<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-400/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CC0400</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:607">EU:C:2019:607</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Pitruzzella – Kawża C‑400/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Infohos</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P>#<HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Pitruzzella</HT></P><P>ippreżentati fil‑<DATE ISO="20190711">11 ta’ Lulju 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑400/18</HT></P><P>Infohos</P><P>vs</P><P>Belgische Staat</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie (il-Qorti tal-Kassazzjoni, il-Belġju))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>VAT</KEYWORD><KEYWORD>Eżenzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Gruppi awtonomi ta’ persuni</KEYWORD><KEYWORD>Provvisti mogħtija lil persuni membri u lil persuni mhux membri</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Grupp awtonomu ta’ persuni magħmul minn ħafna ċentri pubbliċi ta’ assistenza soċjali, li lilhom jiġu pprovduti servizzi ta’ interess pubbliku, jitlef il-kwalità tiegħu li jiġi eżentat mill-VAT għall-attivitajiet imwettqa għall-membri minħabba l-fatt li jiddeċiedi li jwettaq servizzi anki għal terzi?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Din hija essenzjalment id-domanda magħmula mill-qorti nazzjonali Belġjana li qiegħda titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tevalwa l-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tikkundizzjona l-eżenzjoni mill-VAT għall-gruppi awtonomi ta’ persuni komposti minn ċentri pubbliċi ta’ assistenza soċjali fiċ-ċirkustanza fejn dawn jipprovdu servizzi esklużivament lill-membri.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni Ewropea</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas‑<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE> fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi ta’ stima<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>(ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).</P></NOTE>, fir-rigward ta’ eżenzjonijiet fit-territorju tal-pajjiż, jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>A. Eżenzjonijiet għal ċertu attivitajiet fl-interess pubbliku</P><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijet oħrajn tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom jeżentaw li ġejjin taħt kondizzjonijet li huma għandhom jistabilixxu għal skopijiet biex jassiguraw l-applikazzjoni korretta u ċara tat-tali eżenzjonijet u tal-prevenzjoni ta’ kawlunkwe evażjoni, evitar jew abbuż possibbli:</P><P>[…]</P><?PAGE NO="2"?><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>servizzi fornuti minn grupp ta’ persuni indipendenti li l-attivitajiet tagħhom huma eżenti minn jew m’humiex soġġetti għat-taxxa tal-valur miżjud, għall-iskopijiet li jagħtu lill-membri tagħhom is-servizzi neċessarji direttament għall-eżerċizzju ta’ l-attività tagħhom, fejn dawn il-gruppi kemm jitolbu mill-membri tagħhom ħlas lura eżatt tas-sehem tagħhom ta’ l-ispejjeż konġunti, dejjem jekk t-tali eżenzjoni mhux probabbli li twassal għal tfixkil ta’ kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 13A(1)(f) tas-Sitt Direttiva jikkorrispondi għall-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>(<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 335, p. 60</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, li tħassar u tissostitwixxi d-Direttiva 77/388. Madankollu, minkejja dan it-tħassir, peress li d-data tal-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali tippreċedi d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha, għal din il-kawża jirriżulta li hija applikabbli s-Sitt Direttiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Belġjan</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 44(2)(1a) tal-Btw‑wetboek (il-Kodiċi dwar il-VAT), fil-verżjoni applikabbli għall-fatti, jipprevedi l-eżenzjoni tal-ħlas tat-taxxa għal:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>il-provvisti ta’ servizzi pprovduti lill-membri tagħhom stess min-naħa ta’ gruppi awtonomi ta’ persuni li jwettqu attività eżentata minn dan l-artikolu jew li għaliha ma humiex persuni taxxabbli, meta dawn is-servizzi huma direttament neċessarji għat-twettiq tal-imsemmija attività, u li l-gruppi jimpenjaw ruħhom sabiex jitolbu lill-membri tagħhom stess ir-rimbors eżatt tal-parti tal-ispejjeż konġunti sostnuti minn kull wieħed minnhom, bil-kundizzjoni li din l-eżenzjoni ma tkunx tista’ toħloq distorsjonijiet tal-kompetizzjoni; ir-Re jirregola l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ din l-eżenzjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-Koninklijk Besluit nr. 43 van <DATE ISO="19910705">5 juli 1991</DATE> met betrekking tot de vrijstelling op het stuk van de belasting over de toegevoegde waarde ten aanzien van de door zelfstandige groeperingen van personen aan hun leden verleende diensten (id-Digriet Irjali Nru 43 tal‑<DATE ISO="19910705">5 ta’ Lulju 1991</DATE> dwar l-eżenzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward ta’ provvisti ta’ servizzi pprovduti minn gruppi awtonomi ta’ persuni lill-membri tagħhom stess) (Belgische Staatsblad <DATE ISO="19910806">6 ta’ Awwissu 1991</DATE>), jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Il-provvisti ta’ servizzi, ipprovduti lill-membri tagħhom stess minn gruppi awtonomi ta’ persuni previsti mill-Artikolu 1, huma eżentati mit-taxxa bil-kundizzjoni li:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>l-attivitajiet tal-grupp jikkonsistu esklużivament fl-għoti ta’ provvisti ta’ servizzi direttament lill-membri tiegħu stess, u li dawn kollha jwettqu attività eżenti bis-saħħa tal-Artikolu 44 tal-Kodiċi jew li għaliha ma humiex persuni taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċedura prinċipali u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Infohos, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali, huwa grupp tal-informatika għall-isptarijiet stabbilit minn diversi ċentri pubbliċi ta’ assistenza soċjali, iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>ĊPAS<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> (Openbare centra voor maatschappelijk welzijn)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Mill-fajl jirriżulta li Infohos huwa grupp li ġie stabbilit fil‑<DATE ISO="19860221">21 ta’ Frar 1986</DATE> fil-forma ta’ entità pubblika min-naħa taċ-ĊPAS ta’ Aalst, Blankenberge, Brugge, Gent, Kortrijk, Oostende u Ronse. L-Artikolu 3 tal-att kostituttiv jiddefinixxi l-għan tal-grupp li huwa dak li jiżgura, janalizza, jorganizza u jiġġestixxi sistemi tal-informatika li jappoġġjaw l-organizzazzjoni tal-isptarijiet tal-membri tiegħu stess kif ukoll l-attivitajiet marbuta li jitwettqu mill-istess membri.</P></NOTE>. Infohos jipprovdi servizzi informatiċi għall-isptarijiet liċ-ĊPAS li huma affiljati miegħu u, flimkien mal-provvisti mwettqa għall-membri tiegħu, jipprovdi servizzi lil persuni mhux membri. Fil‑<DATE ISO="20000905">5 ta’ Settembru 2000</DATE>, dan laħaq ftehim ma’ NV IHC-Group sabiex jiżviluppaw flimkien, fuq talba ta’ Infohos stess, applikazzjonijiet ta’ softwer ġodda jew innovattivi għall-isptarijiet li huma rreġistrati bħala membri tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Infohos ma rreġistrax ruħu bħala persuna taxxabbli għall-VAT, bl-affermazzjoni li, minn naħa, ma jistax jitqies bħala tali skont l-Artikolu 6 tal-Kodiċi dwar il-VAT<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>L-artikolu ċċitat jipprevedi li l-istabbilimenti pubbliċi ma humiex meqjusa bħala persuni taxxabbli għall-attivitajiet jew għat-tranżazzjonijiet li jwettqu bħala awtoritajiet pubbliċi, anki meta permezz ta’ dawn l-attivitajiet jew it-tranżazzjonijiet jirċievu drittijiet, oneri, kwoti jew remunerazzjonijiet.</P></NOTE> u li, fi kwalunkwe każ, huwa eżentat bis-saħħa tal-Artikolu 44(2)(1a) tal-istess kodiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20050420">20 ta’ April 2005</DATE>, wara kontroll, l-awtorità fiskali ddikjarat li s-servizzi mwettqa b’mod reċiproku bejn Infohos u NV IHC-Group (bħala persuna mhux membru tal-grupp) kellhom jiġu suġġetti għall-ħlas tal-VAT. Barra minn hekk, skont l-awtorità fiskali, it-twettiq ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli għal persuni mhux membri kien jinvolvi li anki t-tranżazzjonijiet imwettqa għall-membri ta’ Infohos kellhom jiġu suġġetti għall-VAT u li għalhekk, Infohos, ma setax iktar jibbenefika mill-eżenzjoni tat-taxxa fuq il-provvisti mogħtija lill-membri tiegħu msemmija fl-Artikolu 44(2)(1a) tal-Kodiċi dwar il-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20051213">13 ta’ Diċembru 2005</DATE>, l-awtorità fiskali fformulat f’rapport il-kontestazzjoni u, fuq il-bażi ta’ dan ir-rapport, intbagħat avviż ta’ ħlas iddikjarat eżekuttiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20070522">22 ta’ Mejju 2007</DATE>, permezz ta’ rikors ippreżentat quddiem ir-Rechtbank van eerste aanleg Brugge (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Brugge, il-Belġju), Infohos ikkontesta l-avviż ta’ ħlas, u talab is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tiegħu, kif ukoll id-dikjarazzjoni li l-ammonti mitluba ma kinux dovuti; sussidjarjament talab l-annullament tas-sanzjonijiet imposti jew għall-inqas it-tnaqqis sostanzjali tagħhom, ir-rimbors tal-ammonti kollha miġbura fuq il-bażi tal-avviż ta’ ħlas, inklużi l-interessi moratorji, u l-kundanna tal-konvenut għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tat‑<DATE ISO="20090223">23 ta’ Frar 2009</DATE>, din il-qorti ddikjarat l-assenza tar-rekwiżiti għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 44(2)(1a) tal-Kodiċi dwar il-VAT u li r-rikorrent kellu jħallas il-VAT għas-servizzi kollha li huwa pprovda, kemm lill-persuni membri kif ukoll lill-persuni mhux membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Infohos ippreżenta appell minn din id-deċiżjoni quddiem il-Hof van Beroep te Gent (il-Qorti tal-Appell ta’ Gent, il-Belġju), liema qorti, permezz ta’ sentenza tal‑<DATE ISO="20100921">21 ta’ Settembru 2010</DATE>, iddikjarat li Infohos ma setax jagħmel użu mill-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 44(2)(1a) tal-Kodiċi dwar il-VAT, sa fejn kien qiegħed jipprovdi servizzi anki lil persuni mhux membri, u għalhekk, l-applikazzjoni tal-eżenzjoni kienet toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni. Madankollu, din iddikjarat ukoll li Infohos, bħala persuna taxxabbli mħallta, seta’ jibda azzjoni ta’ ħlas lura fil-konfront tal-Istat Belġjan għas-somma ugwali għal EUR 117 781.03.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20120705">5 ta’ Lulju 2012</DATE>, l-awtorità fiskali ppreżentat appell fil-kassazzjoni quddiem il-Hof van Cassatie (il-Qorti tal-Kassazzjoni, il-Belġju). Permezz ta’ sentenza tal‑<DATE ISO="20141031">31 ta’ Ottubru 2014</DATE>, il-Hof van Cassatie (il-Qorti tal-Kassazzjoni) annullat id-deċiżjoni tal-Hof van Beroep te Gent (il-Qorti tal-Appell ta’ Gent) għar-raġuni li huwa kontradittorju li jiġi ddikjarat, minn naħa, li r-rikorrent ma jistax jinvoka l-Artikolu 44(2)(1a) tal-Kodiċi dwar il-VAT, billi Infohos jipprovdi servizzi mhux biss lill-membri tiegħu stess iżda wkoll lil persuni mhux membri, u dan jimplika li ngħata l-istatus ta’ persuna taxxabbli sħiħa, u, min-naħa l-oħra, li Infohos jista’ jinvoka l-istatus ta’ persuna taxxabbli mħallta, skont l-Artikolu 46 tal-Kodiċi dwar il-VAT, sabiex jibbenefika mill-eżenzjoni għas-servizzi pprovduti lill-membri tiegħu, fi proporzjon mal-għoti ta’ servizzi lil persuni mhux membri, bid-dritt ta’ tnaqqis limitat għall-provvisti taxxabbli mogħtija lill-persuni mhux membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Il-Hof van Cassatie (il-Qorti tal-Kassazzjoni) irrinvijat il-kawża quddiem il-Hof van Beroep Antwerpen (il-Qorti tal-Appell ta’ Antwerpen, il-Belġju). Permezz ta’ sentenza tal‑<DATE ISO="20160920">20 ta’ Settembru 2016</DATE>, din il-qorti ddikjarat li l-awtorizzazzjoni li jikkummerċjalizzaw bi ħlas applikazzjonijiet ta’ softwer, li jew huma proprjetà esklużiva tar-rikorrent, jew huma ta’ komunjoni <HT TYPE="ITALIC">pro<?PAGE NO="4"?> indiviso</HT> bejn ir-rikorrent u NV IHC-Group, tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 18(1)(2)(7) tal-Kodiċi dwar il-VAT u għandha għalhekk titqies bħala servizz taxxabbli. Barra minn hekk, din iddikjarat li, peress li r-rikorrent fil-kawża prinċipali ma jillimitax ruħu għall-provvista ta’ servizzi lill-membri tiegħu, iżda permezz ta’ NV IHC-Group li miegħu stabbilixxa ftehim ta’ kollaborazzjoni, jikkummerċjalizza, anki għal persuni mhux membri, applikazzjonijiet ta’ softwer żviluppati minnu jew fuq talba tiegħu, dan ma jista’ jinvoka għall-ebda waħda mill-attivitajiet tiegħu l-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 44(2)(1a) tal-Kodiċi dwar il-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Infohos għalhekk ikkontesta d-deċiżjoni quddiem il-Hof van Cassatie (il-Qorti tal-Kassazzjoni) billi afferma li l-kundizzjoni ta’ implimentazzjoni tal-eżenzjoni prevista mill-Artikolu 2(1) tad-Digriet Irjali, li skontha l-grupp awtonomu ta’ persuni (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>GAP<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Bi gruppi awtonomi ta’ persuni (GAP) wieħed għandu jifhem dawk il-gruppi ta’ persuni jew impriżi li jipprovdu oġġetti jew servizzi lill-membri tagħhom stess b’mod awtonomu.</P></NOTE> jista’ jipprovdi servizzi esklużivament lill-membri tiegħu stess, ma hijiex prevista mill-Artikolu 13A(1)(f) tas-Sitt Direttiva u li, għalhekk, id-dispożizzjoni nazzjonali ma hijiex konformi mal-leġiżlazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju, il-Hof van Cassatie (il-Qorti tal-Kassazzjoni) tirrileva li l-Hof van Beroep Antwerpen (il-Qorti tal-Appell ta’ Antwerpen) kienet sostniet li interpretazzjoni stretta tal-Artikolu 13A(1)(f) tas-Sitt Direttiva, u b’mod partikolari tal-kundizzjoni imposta minn din id-dispożizzjoni li tipprevedi l-obbligu għall-GAP li jitlob biss mill-membri tiegħu r-rimbors eżatt tal-parti tal-ispejjeż konġunti tagħhom, tkun teskludi li l-provvista ta’ servizzi pprovduti jistgħu jitwettqu anki għal persuni mhux membri. Barra minn hekk, peress li ma llimitax ruħu għall-provvista ta’ servizzi lill-membri tiegħu stess iżda kien jikkummerċjalizza wkoll applikazzjonijiet ta’ softwer għall-kummerċjalizzazzjoni lil terzi, Infohos ma setax jistrieħ fuq l-eżenzjoni għall-attivitajiet kollha mwettqa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Għalhekk, il-kontestazzjoni li tqajmet tista’ tiġi riżolta biss, skont il-qorti nazzjonali, permezz ta’ interpretazzjoni tal-Artikolu 13A(1)(f) tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Hof van Cassatie (il-Qorti tal-Kassazzjoni, il-Belġju), issospendiet il-proċeduri u għamlet lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>L-Artikolu 13A(1)(f) tad-Direttiva 77/388/KEE tas‑<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, li sar l-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza lill-Istati Membri li mal-eżenzjoni stabbilita minnu tiżdied kundizzjoni ta’ esklużività li għandha bħala effett li grupp awtonomu li jipprovdi wkoll servizzi lil persuni mhux membri jkun suġġett b’mod sħiħ għall-VAT, anki għas-servizzi li jipprovdi lill-membri tiegħu?<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi ġuridika</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju qiegħda tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 13A(1)(f) tas-Sitt Direttiva jipprekludix leġiżlazzjoni bħal dik Belġjana li tippermetti l-eżenzjoni tal-ħlas tal-VAT għall-GAP esklużivament fil-każ li dawn iwettqu provvisti ta’ servizzi għall-membri tal-grupp biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Jekk dan ma jkunx il-każ, f’każ li dispożizzjoni nazzjonali bħal din kellha titqies kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, ikun jirriżulta li, f’kull każ fejn il-GAP iwettaq provvisti ta’ servizzi anki għal persuni mhux membri, dan isir persuna taxxabbli għall-VAT anki għall-finijiet tal-provvisti mwettqa għall-membri tiegħu stess.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Il-klassifikazzjoni tar-rikorrent fil-proċedura prinċipali bħala GAP u l-eżistenza għall-attivitajiet li dan iwettaq – għall-inqas għall-membri tiegħu stess – tal-kundizzjonijiet previsti mill-Artikolu 13A(1)(f) tas-Sitt Direttiva, u għalhekk tal-prekundizzjonijiet li fil-preżenza tagħhom il-provvisti mwettqa huma eżentati mill-pagament tal-VAT, ma humiex is-suġġett ta’ kontestazzjoni speċifika u, għalhekk, fil-kawża li hija s-suġġett ta’ din is-sentenza t-tnejn jistgħu jitqiesu bħala vverifikati. Fi kwalunkwe każ, hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika b’mod konkret, li l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13A(1)(f) ġew osservati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081211">11 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Centraal Begeleidingsorgaan voor de Intercollegiale Toetsing</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑407/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:713">EU:C:2008:713</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Madankollu, inżid li l-qorti nazzjonali għandha tevalwa wkoll il-kompatibbiltà tal-għoti ta’ servizzi lil persuni mhux membri mal-għan tan-negozju tal-GAP. Fil-fatt, fil-każ li l-attività għal persuni mhux membri ma taqax taħt l-għan tal-GAP, għandhom jiġu evalwati l-konsegwenzi ta’ dan abbażi tad-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Essenzjalment, tressqu żewġ argumenti mill-partijiet fil-kawża sabiex tingħata risposta għad-domanda preliminari magħmula.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>L-ewwel argument, imressaq mill-Kummissjoni u mir-rikorrent, huwa dirett lejn risposta fin-negattiv għad-domanda preliminari u għalhekk lejn l-inkompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni ta’ dispożizzjoni bħal dik Belġjana, li tikkundizzjona l-eżenzjoni mill-VAT għall-fatt li s-servizzi tal-grupp huma offruti b’mod esklużiv lill-membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>B’mod partikolari, dan l-argument huwa bbażat fuq l-ipoteżi li l-fatt li jiġu esklużi mill-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 13A(1)(f) il-GAP li jwettqu anki provvisti ta’ servizzi għal persuni mhux membri, ikun jista’ jiġi solvut f’interpretazzjoni eċċessivament restrittiva tad-dispożizzjoni u, għalhekk, f’implimentazzjoni kumplessa, jekk mhux impossibbli tal-eżenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Għandu jiġi ppreċiżat il-punt li l-għoti ta’ servizzi lil terzi min-naħa ta’ GAP ikun permess biss jekk dan ikun suġġett għall-impożizzjoni normali (sakemm ma jkunux suġġetti għal eżenzjoni differenti), skont l-Artikolu 2 tas-Sitt Direttiva li jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Il-possibbiltà ta’ provvista ta’ servizzi lil persuni barra mill-grupp ma tkunx, għalhekk, skont dan l-argument, tista’ titqiegħed f’dubju minn kundizzjoni ta’ esklużività addizzjonali, li ma hijiex inkluża fil-kontenut tad-dispożizzjoni msemmija fl-Artikolu 13A(1)(f) tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>It-tieni argument, li tressaq mill-Gvern Belġjan u mill-Gvern Portugiż, huwa dirett lejn risposta fl-affermattiv għad-domanda preliminari u għalhekk lejn il-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni ta’ dispożizzjoni bħal dik Belġjana li tikkundizzjona l-eżenzjoni mill-VAT għall-fatt li s-servizzi tal-grupp huma offruti b’mod esklużiv lill-membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>L-esklużività neċessarja tkun tirriżulta mid-dispożizzjoni nnifisha fejn tipprevedi, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, li l-eżenzjoni tingħata sakemm ma tkunx tinvolvi distorsjoni tal-kompetizzjoni, li sseħħ fil-każ li jiġu offruti servizzi lil terzi, fil-mument fejn il-GAP ikun prinċipalment ikkostitwit biss sabiex joffri servizzi lil persuni membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-kundizzjoni ta’ esklużività jkollha l-funzjoni li tiżgura implimentazzjoni korretta tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>L-ewwel argument jidhirli li huwa iktar konvinċenti permezz tal-preċiżazzjonijiet li ser nagħti iktar ’il quddiem.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, huwa neċessarju li jiġi vverifikat jekk l-introduzzjoni ta’ tali kundizzjoni ta’ esklużività hijiex konformi ma’ interpretazzjoni testwali, sistematika u teleoloġika tal-Artikolu 13A(1)(f) tas-Sitt Direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>B’riferiment għall-interpretazzjoni tal-istess dispożizzjoni, ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170921">21 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>DNB Banka</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑326/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:719">EU:C:2017:719</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), li skontha, għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss it-termini tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet tal-leġiżlazzjoni li tagħmel parti minnha.</P></NOTE>, u fit-tieni lok, jekk jeżistix marġni ta’ diskrezzjoni għall-Istati Membri sabiex jintroduċuha.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Interpretazzjoni tal-Artikolu 13A(1)(f) tas-Sitt Direttiva fir-rigward tal-għanijiet tad-direttiva nnifisha u tal-funzjoni tal-eżenzjonijiet</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>It-test tad-dispożizzjoni ċċitata ma jsemmi bl-ebda mod in-neċessità li l-provvista ta’ servizzi lill-membri proprji tkun esklużiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-eżenzjonijiet mill-VAT – li, kif ser jintwera fil-punt 41, jikkostitwixxu kunċetti awtonomi tad-dritt tal-Unjoni – għandhom jiġu interpretati b’mod strett, peress li dawn l-eżenzjonijiet jinvolvu eċċezzjoni għall-prinċipju ġenerali li jistabbilixxi li l-VAT għandha tinġabar fuq is-servizzi kollha pprovduti bi ħlas minn persuna taxxabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Madankollu, din l-interpretazzjoni restrittiva min-naħa tal-Istat Membru fil-mument tat-traspożizzjoni tad-direttiva, ma tistax tasal sal-punt li trendi eċċessivament diffiċli l-implimentazzjoni tas-sistema ta’ eżenzjonijiet sal-punt fejn il-kunċett awtonomu tagħhom jiġi nieqes mill-effetti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>F’dan ir-rigawrd, dejjem b’riferiment għall-interpretazzjoni tal-istess dispożizzjoni, ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081211">11 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Centraal Begeleidingsorgaan voor de Intercollegiale Toetsing</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑407/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:713">EU:C:2008:713</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Il-Qorti tal-Ġustizzja tafferma li minkejja li hija neċessarja interpretazzjoni restrittiva, dan ma jfissirx li t-termini użati sabiex jiġu ddefiniti l-eżenzjonijiet għandhom jiġu interpretati b’mod li jċaħħadhom mill-effetti tagħhom jew li jrendi l-eżenzjonijiet previsti kważi inapplikabbli.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Għalhekk, huwa neċessarju li jsir riferiment għar-<HT TYPE="ITALIC">ratio legis</HT> tad-dispożizzjoni nnifisha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>L-għan tas-Sitt Direttiva fir-rigward tal-VAT<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>L-istess bħall-għan tad-Direttiva 2006/112 fis-seħħ.</P></NOTE> huwa dak li tarmonizza l-leġiżlazzjonijiet nazzjonali sabiex tistabbilixxi sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud u għalhekk, valur taxxabbli uniformi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Dan l-għan huwa ppreċiżat fid-disa’ premessa fit-termini li ġejjin: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>[b]illi l-bażi taxxabbli għandha tkun armonizzata biex l-applikazzjoni tar-rata tal-Komunità għal operazzjonijiet taxxabbli twassal għal riżultati komparabbli fl-Istati Membri kollha<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Id-disa’ premessa tas-Sitt Direttiva.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Kif tippreċiża l-ħdax‑il premessa tas-Sitt Direttiva, fil-fatt, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>għandha ssir lista komuni ta’ eżenzjonijiet sabiex ir-riżorsi tal-Komunitajiet innifishom ikunu jistgħu jinġabru b’mod uniformi fl-Istati Membri kollha<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Kif ippreċiżat diġà l-Qorti tal-Ġustizzja, jirriżulta li l-għan li r-riżorsi tal-Unjoni nnifishom ikunu jistgħu jinġabru b’mod uniformi fl-Istati Membri kollha, jista’ jintlaħaq biss permezz ta’ interpretazzjoni u applikazzjoni armonizzata tal-eżenzjonijiet, li tinvolvi l-elaborazzjoni ta’ kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni ta’ dawn l-eżenzjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Dwar dan il-punt, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19890615">15 ta’ Ġunju 1989</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Uitvoering Financiële Acties</NAME.CASE> (<NO.CASE>348/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:246">EU:C:1989:246</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) kif ukoll is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061214">14 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>VDP Dental Laboratory</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑401/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:792">EU:C:2006:792</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>B’mod iktar preċiż, l-Artikolu 13A(1)(f) jipprevedi l-eżenzjoni mill-VAT li minnha jistgħu jibbenefikaw dawn il-GAP li jibbażaw ruħhom fuq sistema ta’ awtoassistenza, jiġifieri grupp li l-għan tiegħu huwa dak li jipprovdi lill-membri tiegħu s-servizzi direttament neċessarji għall-eżerċizzju tal-attività tagħhom (li għandha tiġi eżentata jew li għaliha ma humiex persuni taxxabbli) u li jitlob biss mill-membri tiegħu r-rimbors eżatt tas-sehem tagħhom tal-ispejjeż konġunti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>L-għan ta’ din l-eżenzjoni, fil-fatt, huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>li tistabbilixxi eżenzjoni mill-VAT sabiex jiġi evitat li l-persuna li toffri ċerti servizzi tkun suġġetta għall-ħlas tal-imsemmija taxxa meta hija kellha tikkollabora ma’ professjonisti oħra permezz ta’ struttura komuni responsabbli għall-attivitajiet neċessarji għat-twettiq tal-imsemmija servizzi<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081211">11 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Centraal Begeleidingsorgaan voor de Intercollegiale Toetsing</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑407/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:713">EU:C:2008:713</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170921">21 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑616/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:721">EU:C:2017:721</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> kif ukoll <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>l-eżenzjoni mill-VAT ta’ ċerti attivitajiet ta’ interess ġenerali, sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal ċerti provvisti kif ukoll il-provvista ta’ ċerti beni, billi jiġu evitati tariffi addizzjonali li jirriżultaw mill-issuġġettar tagħhom għall-VAT<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170921">21 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>DNB Banka</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑326/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:719">EU:C:2017:719</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata) u s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170921">21 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑616/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:721">EU:C:2017:721</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata) dwar l-għan tal-Artikolu 132(1)(f) fil-kuntest tad-Direttiva 2006/112.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, kif jista’ jiġi dedott mill-osservazzjonijiet ippreżentati fil-fajl, fl-assenza ta’ interpretazzjoni tad-dispożizzjoni ta’ eżenzjoni min-naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja, f’diversi dokumenti ta’ ħidma dwar il-VAT, ippreċiżat li la n-natura partikolari tal-eżenzjoni u lanqas in-neċessità li tingħata interpretazzjoni restrittiva tal-eżenzjoni ma huma tali li jiġġustifikaw il-projbizzjoni għall-benefiċjarji biex jeżerċitaw ukoll attivitajiet (sakemm jiġu suġġetti għat-taxxa) għal terzi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Kif jirriżulta mill-fajl, il-Kumitat tal-VAT esprima ruħu dwar dan l-aspett fir-rigward tal-Artikolu 132(1)(f), iżda l-Kummissjoni tafferma li din l-interpretazzjoni għandha tiġi estiża għall-Artikolu 13A(1)(f) preċedenti minħabba l-identità tal-kontenut; ara l-Artikolu 398 tad-Direttiva 2006/112/KE u d-Dokument ta’ Ħidma Nru 654 tat‑<DATE ISO="20100303">3 ta’ Marzu 2010</DATE>, punt 3.4(a).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Għalhekk, mir-<HT TYPE="ITALIC">ratio legis</HT> tad-dispożizzjoni ċċitata u tal-eżenzjonijiet previsti, ma tirriżultax, kif ġie ċċarat ukoll fid-dokumenti uffiċjali tal-Kummissjoni, in-neċessità li tiġi introdotta kundizzjoni ta’ esklużività tas-servizzi pprovduti mill-GAP lill-membri tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Bħala konklużjoni dwar il-punt ta’ koerenza ta’ dispożizzjoni bħal dik Belġjana mal-għanijiet tal-eżenzjoni, din, fi kwalunkwe każ, fir-riġidità tagħha tidher sproporzjonata meta mqabbla mal-għan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret f’diversi okkażjonijiet li, b’mod konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, li jagħmel parti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, il-mezzi implimentati mis-Sitt Direttiva għandhom ikunu kapaċi jwettqu l-għanijiet intiżi minn din il-leġiżlazzjoni u ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex dawn jintlaħqu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171123">23 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Di Maura</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑246/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:887">EU:C:2017:887</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u, b’analoġija, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120426">26 ta’ April 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑508/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:243">EU:C:2012:243</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>It-telf tal-eżenzjoni anki minħabba t-tranżazzjonijiet imwettqa għall-membri, jirriskja, min-naħa l-oħra, li jiżbilanċja d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni b’intenzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>sanzjonatorja<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, li ma hijiex inkluża fl-ispirtu tad-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Jidher iktar xieraq, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni, li wieħed iħares lejn l-attività mwettqa mill-persuna iktar milli lejn in-natura tal-persuna nnifisha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Dan ifisser li l-eżenzjoni prevista għandha tingħata biss għas-servizzi pprovduti mill-GAP lill-membri tagħhom, iżda mhux ukoll li l-GAP jistgħu joffru servizzi lill-membri tagħhom biss. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddikjarat li s-servizzi pprovduti minn GAP lill-membri tagħhom jibbenefikaw mill-eżenzjoni prevista mill-imsemmija dispożizzjoni anki jekk dawn il-provvisti huma forniti lil wieħed jew lil xi wħud mill-imsemmija membri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081211">11 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Centraal Begeleidingsorgaan voor de Intercollegiale Toetsing</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑407/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:713">EU:C:2008:713</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Hija l-attività mwettqa għall-membri, għall-għanijiet protetti mid-dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, li għandu jistħoqqilha protezzjoni u għalhekk eżenzjoni, u mhux in-natura tal-persuna li għandha titqies li jistħoqqilha eżenzjoni jekk tkun toffri biss provvista ta’ servizzi esklużivament lill-membri tal-grupp nnifsu. Dan naturalment, bil-kundizzjoni, li l-qorti nazzjonali tistabbilixxi għall-persuna li qiegħda titlob l-eżenzjoni, l-eżistenza tar-rekwiżiti previsti mis-Sitt Direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081211">11 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Centraal Begeleidingsorgaan voor de Intercollegiale Toetsing</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑407/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:713">EU:C:2008:713</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>L-Artikolu 13A(1) jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>biex jassiguraw l-applikazzjoni korretta u ċara tat-tali eżenzjonijet u l-prevenzjoni ta’ kawlunkwe evażjoni, evitar u abbuż possibbli<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Il-punt (f) iżid li l-eżenzjoni ma għandhiex tkun tali li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>twassal għal tfixkil ta’ kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Il-marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri fl-iffissar tal-kundizzjonijiet għall-għoti tal-eżenzjoni ma jistax jasal sal-punt li jbiddel id-definizzjoni tal-kontenut tal-eżenzjonijiet elenkati mid-direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Dwar dan il-punt, ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061214">14 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>VDP Dental Laboratory</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑401/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:792">EU:C:2006:792</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata) u s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121115">15 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Zimmermann</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑174/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:716">EU:C:2012:716</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Għalhekk, l-Istat Membru ma jistax jintroduċi dispożizzjonijiet li jistgħu jċaħdu lill-eżenzjoni mill-kontenut jew irendu l-implimentazzjoni tagħha iktar diffiċli jew impossibbli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara, għal darba oħra, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081211">11 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Centraal Begeleidingsorgaan voor de Intercollegiale Toetsing</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑407/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:713">EU:C:2008:713</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Din is-sitwazzjoni tista’ titfaċċa fil-każ fejn l-Istat Membru, fl-implimentazzjoni tad-direttiva, jadotta miżuri riġidi ta’ natura ġenerali, bħal dawk previsti mill-Artikolu 2 tad-Digriet Irjali Belġjan, li jillimitaw il-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>L-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>biex jassiguraw l-applikazzjoni korretta u ċara tat-tali eżenzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> għandha l-għan, fil-fehma tiegħi, li tippermetti lill-Istati Membri jintroduċu regoli nazzjonali xierqa sabiex irendu mhux eċċessivament kumpless għall-operaturi ekonomiċi l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet u, eventwalment, anki sabiex jirrazzjonalizzaw il-modalitajiet ta’ kontroll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Żgur li ma għandhiex tinftiehem, kif jidher li qiegħda tinftiehem skont uħud mill-argumenti tal-partijiet, bħala intiża biss sabiex tiffavorixxi l-verifiki min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Sussegwentement, mill-fajl ma jirriżultax liema tkun id-diffikultà eċċessiva għall-awtoritajiet nazzjonali biex japplikaw u jistħarrġu l-applikazzjoni korretta tal-eżenzjonijiet previsti mid-direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Dwar dan il-punt, ara l-Artikolu 398 tad-Direttiva 2006/112/KE, id-Dokument ta’ Ħidma Nru 654 tat‑<DATE ISO="20100303">3 ta’ Marzu 2010</DATE>, punt 3.4(a) fejn jissemmew aggravazzjonijiet u diffikultajiet prattiċi possibbli għall-awtoritajiet li madankollu, kif ġie affermat, ma humiex differenti mid-diffikultajiet prattiċi li jirriżultaw f’ħafna sitwazzjonijiet oħra fejn huwa neċessarju li jiġu eżaminati l-attivitajiet suġġetti għat-taxxa u l-attivitajiet eżenti. Il-Kummissjoni enfasizzat ukoll li tali analiżi ġiet miżmuma u żviluppata fid-Dokument ta’ Ħidma anness mal-Green Paper dwar il-ġejjieni tal-VAT (SEC(2010) 1455 finali tal‑<DATE ISO="20101201">1 ta’ Diċembru 2010</DATE>) u fil-ħdima sussegwenti tal-Kumitat tal-VAT (l-Artikolu 398 tad-Direttiva 2006/112/KE, id-Dokument ta’ Ħidma Nru 856 tas‑<DATE ISO="20150506">6 ta’ Mejju 2015</DATE>, punt 3.1.10).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika li l-benefiċjarji tal-eżenzjonijiet ifasslu kontabbiltà organizzata u separata li tippermetti l-istħarriġ neċessarju min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Madankollu, din l-espressjoni ma tistax timmotiva l-introduzzjoni ta’ kundizzjoni riġida ta’ esklużività, li ma hijiex inkluża, kif diġà ntqal, fil-formulazzjoni u fir-<HT TYPE="ITALIC">ratio legis</HT> tad-dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>L-istess għandu jingħad fir-rigward tal-parti l-oħra tad-dispożizzjoni msemmija iktar ’il fuq, li tippermetti lill-Istati jistabbilixxu l-kundizzjonijiet biex jiżguraw il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>prevenzjoni ta’ kawlunkwe evażjoni, evitar jew abbuż possibbli<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Lanqas din ma tippermetti li titqies neċessarja l-miżura addizzjonali, mhux inkluża fid-direttiva, ta’ esklużività għat-twettiq ta’ servizzi għall-membri.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Il-provvista ta’ servizzi possibbli lil terzi ma tistax titqies li hija modalità idonea sabiex twassal għal evażjoni, evitar jew abbuż sa fejn din il-provvista tkun debitament separata fil-kontabbiltà tal-grupp u suġġetta għall-ħlas tat-taxxa dovuta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Finalment, fir-rigward tar-riskju ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni, l-analiżi tista’ tirriżulta iktar kumplessa, iżda, fil-fehma tiegħi, twassal għall-istess konklużjoni fir-rigward tal-possibbiltà jew le għall-GAP biex jipprovdu servizzi anki lil terzi mhux membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja kellha l-opportunità li tippreċiża li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>l-għoti tal-eżenzjoni mill-VAT għandu jiġi miċħud jekk ikun hemm perikolu reali, li l-eżenzjoni fiha nnifisha tista’ twassal għal distorsjonijiet fil-kompetizzjoni immedjatament jew fil-futur<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031120">20 ta’ Novembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Taksatorringen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑8/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:621">EU:C:2003:621</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Aviva</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑605/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:150">EU:C:2017:150</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Kif diġà sostniet l-Avukat Ġenerali Kokott, għall-eżistenza ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni ma tistax tittieħed <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> deċiżjoni astratta għal oqsma partikolari. Għalhekk, is-Sitt Direttiva ma tagħti l-ebda marġni ta’ diskrezzjoni lil-leġiżlatur nazzjonali sabiex jintroduċi dispożizzjoni astratta irrispettivament minn verifika b’mod konkret tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>DNB Banka</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑326/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:145">EU:C:2017:145</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Dispożizzjoni bħal dik Belġjana, min-naħa l-oħra, skont kif jista’ jinftiehem mill-fajl fejn il-Gvern Belġjan isemmi distorsjoni possibbli tal-kompetizzjoni billi jibbaża b’mod prevalenti fuq ir-raġunijiet għall-introduzzjoni tal-kundizzjoni ta’ esklużività, tippreżumi, f’dispożizzjoni ġenerali u riġida mingħajr l-ebda marġni ta’ evalwazzjoni għall-qorti, li l-provvista ta’ servizzi lil terzi toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni f’dak is-suq speċifiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà affermat li sabiex jiġi ddeterminat jekk l-applikazzjoni, għal attività partikolari, tal-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112 tistax tikkawża distorsjoni tal-kompetizzjoni, huwa ċertament possibbli għal-leġiżlatur nazzjonali li jipprevedi regoli li huma faċilment amministrati u kkontrollati mill-awtoritajiet kompetenti. Madankollu, dawn il-kundizzjonijiet ma jistgħux jaffettwaw id-definizzjoni tal-kontenut tal-eżenzjonijiet previsti minn din id-direttiva, filwaqt li għandu jiġi ppreċiżat li l-kundizzjoni dwar l-assenza ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni, imsemmija fl-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112 ma għandhiex bħala konsegwenza tippermetti lill-Istat Membru jillimita, b’mod ġenerali, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-eżenzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170921">21 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑616/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:721">EU:C:2017:721</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata u l-punt 67).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>L-eżenzjoni tista’ toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni ħielsa jekk il-parti l-kbira tal-provvista ta’ servizzi tkun twettqet għal persuni mhux membri u fil-każ fejn anki l-provvisti mogħtija lil persuni mhux membri tal-grupp ikunu ġew eżentati mill-ħlas tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>L-ebda waħda minn dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet ma tista’ tidħol fl-interpretazzjoni li qiegħda tiġi proposta u, għalhekk, għandu jitqies li anki fir-rigward ta’ dan il-punt l-argumenti favur in-neċessità ta’ kundizzjoni ta’ esklużività ma humiex konvinċenti, anki fl-assenza ta’ elementi konkreti insostenn ta’ dan.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Limiti għall-possibbiltà għall-GAP biex jipprovdu servizzi lil terzi mhux membri</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni previsti mill-artikolu inkwistjoni, kif fakkret ukoll il-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet li ppreżentat fil-kawża, jistgħu jitqassru b’dan il-mod: il-fatt li l-provvisti eżenti jitwettqu minn grupp awtonomu ta’ persuni; li tali grupp iwettaq attività eżenti jew li għaliha ma huwiex persuna taxxabbli; li l-għan ta’ dawn il-provvisti jkun dak li jiġu pprovduti lill-membri tal-grupp servizzi direttament neċessarji għat-twettiq tal-attività; li dawn il-gruppi jitolbu biss mill-membri tagħhom ir-rimbors eżatt ta’ sehemhom mill-ispejjeż konġunti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Dawn il-kundizzjonijiet kollha għandhom ikunu suġġetti għal verifika min-naħa tal-qorti nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi ċċarat li, fid-dawl ta’ interpretazzjoni teleoloġika u sistematika li ġiet offruta sa issa, għandhom jiġu ppreżentati kundizzjonijiet ulterjuri sabiex tkun tista’ teżisti l-eżenzjoni mill-VAT għas-servizzi mwettqa għall-membri fil-każ fejn persuna toffri servizzi anki lil persuni li huma esterni għall-grupp (li għandhom jiġu suġġetti għall-VAT).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok jeħtieġ li s-servizzi offruti lill-membri jkunu b’mod kwantitattiv prevalenti meta mqabbla ma’ dawk ipprovduti lil terzi li, għaldaqstant, jista’ jkollhom natura residwa biss fl-istruttura tal-attivitajiet tal-grupp<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Mill-fajl jirriżulta li, mill‑<DATE ISO="20160701">1 ta’ Lulju 2016</DATE>, wara talba għal kjarifiki mibgħuta mill-Kummissjoni lill-Gvern Belġjan, fil-Belġju daħlet fis-seħħ sistema ġdida ta’ eżenzjonijiet għall-GAP. B’mod partikolari, l-Artikolu 44(2a) ġdid tal-Kodiċi dwar il-VAT jipprevedi li, fil-każ li GAP iwettaq servizzi anki għal persuni mhux membri, il-provvisti mwettqa għall-membri tiegħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni fil-każ li dawn it-tranżazzjonijiet jirrappreżentaw il-parti prevalenti tal-attività mwettqa mill-GAP.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Dan sabiex jiġi evitat li tiġi żnaturata l-funzjoni tal-gruppi u li b’dan il-mod ikunu jistgħu jiġu vverifikati implimentazzjonijiet elużivi tad-dispożizzjoni, li jistgħu joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, dejjem sabiex ma tiġix żnaturata l-imsemmija funzjoni, huwa neċessarju li l-benefiċjarju tal-eżenzjoni juri li l-attività mwettqa favur terzi li huma differenti mill-membri tkun funzjonali sabiex timmotiva l-effiċjenza teknika, li eventwalment fil-futur jistgħu jieħdu vantaġġ minnha anki l-membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Iż-żewġ verifiki li ġew deskritti iktar ’il fuq jaqgħu taħt il-kompetenza tal-qorti nazzjonali li għandha tapplika l-kriterji interpretattivi msemmija iktar ’il fuq sabiex tasal għal konklużjoni dwar id-dritt jew le għall-eżenzjoni fil-każ ta’ persuna li tipprovdi servizzi lill-membri tagħha iżda wkoll lil terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>B’dawn il-preċiżazzjonijiet, neċessarji sabiex tiġi ppreżervata l-koerenza tal-għanijiet tad-direttiva u tal-eżenzjonijiet, huwa iktar diffiċli li jkun hemm biża’ ta’ riskji ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni, filwaqt li tiġi msaħħa l-funzjoni tal-eżenzjonijiet li hija dik li l-GAP jiġu kkumpensati għal żvantaġġ kompetittiv meta mqabbla mas-sitwazzjoni meta dawn is-servizzi tal-grupp jiġu pprovduti mill-impjegati tiegħu stess jew fil-kuntest ta’ grupp tal-VAT<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Aviva</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑605/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:150">EU:C:2017:150</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domanda preliminari magħmula mill-Hof van Cassatie (il-Qorti tal-Kassazzjoni, il-Belġju) b’dan il-mod:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>L-Artikolu 13A(1)(f) tad-Direttiva 77/388/KEE tas‑<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, li sar l-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jawtorizzax lill-Istati Membri li mal-eżenzjoni stabbilita minnu tiżdied kundizzjoni ta’ esklużività li għandha bħala effett li grupp awtonomu li jipprovdi wkoll servizzi lil persuni mhux membri jkun suġġett b’mod sħiħ għall-VAT, anki għas-servizzi li jipprovdi lill-membri tiegħu.</P><P>Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika li jeżistu l-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni previsti mid-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq u, fil-każ ta’ servizzi pprovduti lil persuni mhux membri, sabiex ma jiġix żnaturat l-għan tal-eżenzjoni, li dawn tal-aħħar ma humiex b’mod kwantitattiv prevalenti meta mqabbla ma’ dawk ipprovduti lill-membri u huma ġġustifikati minn raġunijiet ta’ effiċjenza teknika li minnha jistgħu jibbenefikaw ukoll il-persuni membri<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>