|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/928 |
31.7.2025 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/928
tal-21 ta’ Mejju 2025
li jemenda r-Regolament (UE) 2019/125 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċ ta’ ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/125 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 dwar il-kummerċ ta’ ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 24 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont ir-Regolament (UE) 2019/125, kwalunkwe esportazzjoni, importazzjoni jew tranżitu ta’ oġġetti elenkati fl-Anness II għandhom ikunu pprojbiti, irrispettivament mill-oriġini ta’ dawk l-oġġetti. L-Anness II jinkludi oġġetti li ma għandhom l-ebda użu prattiku ħlief għall-iskop tal-piena kapitali jew għall-fini ta’ tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra. |
|
(2) |
Skont ir-Regolament (UE) 2019/125, għal kwalunkwe esportazzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness III, għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni, irrispettivament mill-oriġini ta’ dawk l-oġġetti. L-Anness III jinkludi l-oġġetti li jistgħu jintużaw għall-fini ta’ tortura jew trattament jew piena krudili, inumana jew degradanti oħra, jiġifieri oġġetti li primarjament jintużaw għal skopijiet ta’ infurzar tal-liġi, u oġġetti li, b’kont meħud tad-disinn u l-karatteristiċi tekniċi tagħhom, jippreżentaw riskju materjali ta’ użu għat-tortura jew trattament jew piena krudili, inumana jew degradanti oħra. |
|
(3) |
Il-lista ta’ oġġetti stabbilita fl-Annessi II u III tar-Regolament (UE) 2019/125 jeħtieġ li tibqa’ aġġornata b’reazzjoni għall-bidliet fis-suq tas-sigurtà internazzjonali fejn l-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq qed iseħħu ta’ spiss u għal bidliet fl-użu, u l-użu ħażin, tat-tagħmir tal-infurzar tal-liġi. Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) 2019/125 jiġu emendati. Sabiex ikunu ffaċilitati r-referenzi għall-awtoritajiet kompetenti u għall-operaturi ekonomiċi, jenħtieġ li jiġu sostitwiti l-Annessi II u III ta’ dak ir-Regolament. |
|
(4) |
L-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2019/125 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29 sabiex temenda l-Annessi tar-Regolament. |
|
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/125 jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/125 huwa sostitwit bit-test fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
L-Anness III tar-Regolament (UE) 2019/125 huwa sostitwit bit-test fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Mejju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 30, 31.1.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/125/oj.
ANNESS I
“ ANNESS II
LISTA TA’ OĠĠETTI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLI 3 U 4
Noti introduttorji:
Il-“kodiċijiet NM” f’dan l-Anness jirreferu għall-kodiċijiet speċifikati fit-Tieni Parti tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1).
Fejn il-kodiċi NM ikun preċedut minn “ex”, l-oġġetti koperti minn dan ir-Regolament huma biss parti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-kodiċi NM u huma determinati kemm mid-deskrizzjoni mogħtija f’dan l-Anness kif ukoll mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-kodiċi NM.
Noti:
|
1. |
Il-punti 1.3 u 1.4 fit-taqsima 1 dwar oġġetti mfasslin għall-eżekuzzjoni tal-bnedmin ma jkoprux oġġetti tekniċi mediċi. |
|
2. |
L-iskop tal-kontrolli f’dan l-Anness jenħtieġ li ma jiġix imxejjen bl-esportazzjoni ta’ kwalunkwe oġġett mhux ikkontrollat (inklużi impjanti) li jkollu fih komponent ikkontrollat jew aktar minn wieħed, meta l-komponent jew komponenti kkontrollati jkunu l-element prinċipali tal-oġġetti u jkunu jistgħu jitneħħew jew jintużaw b’faċilità għal għanijiet oħrajn.
|
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
||||||
|
|
|
||||||
|
ex 4421 99 ex 8208 90 00 |
|
||||||
|
ex 8543 70 90 ex 9401 79 00 ex 9401 80 00 ex 9402 10 00 |
|
||||||
|
ex 9406 20 00 ex 9406 90 38 ex 9406 90 90 |
|
||||||
|
ex 8413 81 00 ex 9018 90 50 ex 9018 90 60 ex 9018 90 84 |
|
||||||
|
|
|
||||||
|
ex 8543 70 90 |
|
||||||
|
ex 7326 90 98 ex 7616 99 90 ex 8301 50 00 ex 3926 90 97 ex 4203 30 00 ex 4203 40 00 ex 4205 00 90 ex 4017 00 00 |
Nota: Din il-partita tinkludi manetti u skrejjen kemm bis-snien u kemm mingħajrhom. |
||||||
|
ex 7326 90 98 ex 7616 99 90 ex 8301 50 00 ex 3926 90 97 ex 4203 30 00 ex 4203 40 00 ex 4205 00 90 ex 6217 10 00 ex 6307 90 98 ex 4017 00 00 |
Noti:
|
||||||
|
ex 7326 90 98 ex 7616 99 90 ex 8301 50 00 ex 3926 90 97 ex 4203 30 00 ex 4203 40 00 ex 4205 00 90 ex 6217 10 00 ex 6307 90 98 ex 7315 81 00 ex 7315 82 00 ex 7315 89 00 ex 4017 00 00 |
Nota: Il-ktajjen ta’ gruppi jinkludu diversi pari ta’ manetti, manetti tar-riġlejn, ktajjen taż-żaqq, jew taħlita ta’ dawn, imwaħħla ma’ katina waħda (spiss magħmula mill-metall), li jrażżnu diversi persuni flimkien f’katina. |
||||||
|
ex 7326 90 98 ex 7616 99 90 ex 7315 81 00 ex 7315 82 00 ex 7315 89 00 |
Nota: Il-manetti tas-saqajn huma ċrieki tal-metall mhux aġġustabbli jew trażżin tal-metall mhux aġġustabbli ieħor li jkun imwaħħal madwar l-għaksa tal-priġunier, normalment permezz ta’ arranġament ta’ bolt jew vit. Dawn jista’ jkollhom ċpiepet jew le u normalment ikunu marbuta ma’ katina. (Huma differenti mill-manetti tar-riġlejn li jistgħu jiġu aġġustati fuq l-għaksa tad-detenut (Anness III, 1.3)). |
||||||
|
ex 7326 90 98 ex 7616 99 90 ex 8301 50 00 ex 3926 90 97 ex 4203 30 00 ex 4203 40 00 ex 4205 00 90 ex 6217 10 00 ex 6307 90 98 ex 4017 00 00 |
|
||||||
|
ex 9401 61 00 ex 9401 69 00 ex 9401 71 00 ex 9401 79 00 ex 9401 80 00 ex 9402 10 00 |
Nota: Din il-partita ma tipprojbix is-siġġijiet mgħammra biss b’ċineg jew ċintorini |
||||||
|
ex 9402 90 00 ex 9403 20 80 ex 9403 50 00 ex 9403 60 00 ex 9403 89 00 |
Nota: Din il-partita ma tipprojbix twavel u sodod mgħammra biss b’ċineg jew ċintorini |
||||||
|
ex 9402 90 00 ex 9403 50 00 ex 9403 60 00 ex 9403 70 00 ex 9403 89 00 |
|
||||||
|
ex 9402 90 00 ex 9403 20 20 ex 9403 50 00 ex 9403 60 90 ex 9403 70 00 ex 9403 89 00 |
|
||||||
|
ex 6505 00 10 ex 6505 00 90 ex 6506 91 00 ex 6506 99 10 ex 6506 99 90 ex 6217 10 00 ex 6307 90 98 |
Nota: Din il-partita ma tinkludix braneż tal-bżieq li huma kkontrollati fl-Anness III 1.4. |
||||||
|
|
|
||||||
|
ex 9304 00 00 |
|
||||||
|
ex 7326 90 98 ex 4205 00 90 ex 6602 00 00 ex 7326 90 98 ex 7806 00 80 ex 4203 29 90 ex 4015 19 00 |
Noti:
|
||||||
|
ex 4421 91 00 ex 4421 99 99 ex 3926 90 97 ex 6602 00 00 |
Nota: Lathis huma lembubi flessibbli twal (b’aktar minn 1 m f’tul), tradizzjonalment magħmula mill-injam jew mill-bambù iżda wkoll mill-polikarbonat tat-tip użat bħala arma mill-uffiċjali tal-pulizija. |
||||||
|
ex 3926 90 97 ex 7326 90 98 |
|
||||||
|
ex 3926 20 00 ex 7326 90 98 ex 7616 99 90 ex 4017 00 00 |
Nota: Din il-partita ma tikkontrollax korazzi tal-ġisem b’sistemi li jerfgħu t-tagħbija li fihom partijiet magħmula mill-metall jew materjal iebes ieħor użat biex jitwaħħal jew jinġarr tagħmir. |
||||||
|
|
|
||||||
|
ex 6602 00 00 |
|
||||||
|
ex 6602 00 00 |
|
||||||
|
ex 6602 00 00 |
Nota: Din il-partita tirreferi għal tip ta’ frosta tqila, tradizzjonalment magħmula mill-ġilda, jew minn materjali oħra, bħall-plastik. Din il-partita ma tkoprix strumenti użati tradizzjonalment għall-merħla tal-annimali. |
||||||
|
|
|
||||||
|
ex 8424 20 00 ex 8424 89 70 ex 9304 00 00 |
Nota: Din il-partita tirreferi għal tagħmir jew apparat tat-tip użat fil-ħabsijiet u postijiet oħra ta’ detenzjoni. Mhuwiex ipprojbit tagħmir fiss iddisinjat għat-tixrid ta’ sustanzi tas-satar (bħal fwar tal-ilma jew ċpar), li ma jikkawżawx ħsara fiżika diretta, użati fi spazji kummerċjali jew privati magħluqa għall-iskop ta’ prevenzjoni tas-serq. |
||||||
|
ex 9301 10 00 ex 9301 20 00 ex 9301 90 00 ex 9302 00 00 ex 9303 10 00 ex 9303 20 10 ex 9303 20 95 ex 9303 30 00 ex 9303 90 00 ex 9304 00 00 ex 9306 21 00 ex 9306 29 00 ex 9306 30 10 ex 9306 30 30 ex 9306 30 90 ex 9306 90 10 ex 9306 90 90 |
Nota: Din il-partita ma tikkontrollax granati tad-duħħan u ma tikkontrollax pjattaformi fl-ajru bħala tali. Din il-partita tinkludi tagħmir fejn il-mod ta’ tixrid huwa minnu nnifsu mhux preċiż, jew it-tagħmir jew il-projettili jistgħu jxerrdu ammonti ta’ aġent għall-kontroll tal-irvellijiet li huma ta’ ħsara. |
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/2658/oj).
ANNESS II
“ANNESS III
LISTA TA’ OĠĠETTI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 11
Noti introduttorji:
Il-“kodiċijiet NM” f’dan l-Anness jirreferu għall-kodiċijiet speċifikati fit-Tieni Parti tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87.
Fejn il-kodiċi NM ikun preċedut minn “ex”, l-oġġetti koperti minn dan ir-Regolament huma biss parti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-kodiċi NM u huma determinati kemm mid-deskrizzjoni mogħtija f’dan l-Anness kif ukoll mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-kodiċi NM.
Noti:
|
1. |
L-iskop tal-kontrolli f’dan l-Anness jenħtieġ li ma jiġix imxejjen bl-esportazzjoni ta’ kwalunkwe oġġett mhux ikkontrollat (inklużi impjanti) li jkollu fih komponent ikkontrollat jew aktar minn wieħed, meta l-komponent jew komponenti kkontrollati jkunu l-element prinċipali tal-oġġetti u jkunu jistgħu jitneħħew jew jintużaw b’faċilità għal għanijiet oħrajn.
|
|
2. |
F’xi każijiet is-sustanzi kimiċi huma elenkati bl-isem u n-numru CAS. Il-lista tapplika għal sustanzi kimiċi tal-istess formula strutturali (inklużi l-idrati) irrispettivament mill-isem jew min-numru CAS. In-numri CAS jintwerew sabiex jassistu fl-identifikazzjoni ta’ sustanza kimika jew taħlita partikolari, irrispettivament min-nomenklatura. In-numri CAS ma jistgħux jintużaw bħala identifikaturi uniċi minħabba li xi forom tas-sustanza kimika elenkata għandhom numri CAS differenti, u taħlitiet li jkollhom sustanza kimika elenkata jista’ jkollhom ukoll numri CAS differenti. |
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
ex 7326 90 98 ex 7616 99 90 ex 8301 50 00 ex 3926 90 97 ex 4203 30 00 ex 4203 40 00 ex 4205 00 90 ex 6217 10 00 ex 6307 90 98 ex 7315 81 00 ex 7315 82 00 ex 7315 89 00 ex 4017 00 00 |
Noti:
|
||||||||||||||||||||||||||
|
ex 7326 90 98 ex 7616 99 90 ex 8301 50 00 ex 3926 90 97 ex 4203 30 00 ex 4203 40 00 ex 4205 00 90 ex 6217 10 00 ex 6307 90 98 ex 4017 00 00 |
Nota: Din il-partita tinkludi sistemi ta’ trażżin tal-għonq u manetti jew ċrieki individwali oħra b’mekkaniżmu li jsakkar li huma marbuta mal-manetti ordinarji permezz ta’ katina. |
||||||||||||||||||||||||||
|
ex 7326 90 98 ex 7616 99 90 ex 8301 50 00 ex 3926 90 97 ex 4203 30 00 ex 4203 40 00 ex 4205 00 90 ex 6217 10 00 ex 6307 90 98 ex 7315 81 00 ex 7315 82 00 ex 7315 89 00 ex 4017 00 00 |
Nota:
|
||||||||||||||||||||||||||
|
ex 6505 00 10 ex 6505 00 90 ex 6506 91 00 ex 6506 99 10 ex 6506 99 90 |
Nota: Din il-partita tinkludi barnużi tal-bżieq li huma marbuta mal-manetti ordinarji permezz ta’ katina. |
||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
ex 8543 70 90 ex 9304 00 00 |
Noti:
|
||||||||||||||||||||||||||
|
ex 8543 90 00 ex 9305 99 00 |
Nota: L-oġġetti li ġejjin huma meqjusa li jkunu komponenti essenzjali:
|
||||||||||||||||||||||||||
|
ex 8543 70 90 ex 9304 00 00 |
|
||||||||||||||||||||||||||
|
ex 9303 90 00 ex 9304 00 00 ex 9306 30 90 ex 9306 90 90 |
Nota: Din il-partita tinkludi projettili komunement magħrufa bħala balal tal-gomma jew tal-plastik jew balal ta’ impatt, projettili ta’ impatt irritanti kimiċi u beanbags. Dawn jiġu f’forom u daqsijiet differenti, inklużi blalen jew ċilindri kbar u żgħar, u jistgħu jkunu magħmula minn gomma, PVC, fowm dens, jew injam. Din il-partita ma tikkontrollax l-apparat ikkontrollat mill-partiti ML1, 2 u 12 tal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea. |
||||||||||||||||||||||||||
|
ex 9301 10 00 ex 9301 20 00 ex 9301 90 00 ex 9302 00 00 ex 9303 10 00 ex 9303 20 10 ex 9303 20 95 ex 9303 30 00 ex 9303 90 00 ex 9304 00 00 |
Nota: Din il-partita tinkludi lanċjaturi ta’ kanen multipli li tipikament ikollhom bejn 2 u 36 kanna, u li jistgħu jkunu awtonomi jew immuntati fuq vetturi, vetturi tal-art mingħajr ekwipaġġ, jew bastimenti tat-tbaħħir. Il-lanċjaturi jistgħu jitħaddmu manwalment jew jitħaddmu b’kontroll mill-bogħod, li jippermetti sparar individwali, sekwenzjali jew simultanju ta’ munizzjon b’impatt kinetiku jew irritanti kimiċi, li jirriżulta f’nar rapidu jew fi fqigħ ta’ nar. Din il-partita ma tikkontrollax l-apparat ikkontrollat mill-partiti ML1 u 2 tal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea. |
||||||||||||||||||||||||||
|
ex 9306 21 00 ex 9306 29 00 ex 9306 30 10 ex 9306 30 30 ex 9306 30 90 ex 9306 90 10 ex 9306 90 90 |
Nota: Din il-partita tinkludi munizzjon li jista’ jkun magħmul mil-lastiku, plastik, jew injam, u li jista’ jvarja f’termini tad-daqs, in-numru u l-forma. L-għadd ta’ blalen individwali jista’ jvarja minn għadd żgħir ta’ blalen jew blokok kbar sa mijiet ta’ pellets żgħar. Din il-partita ma tikkontrollax l-apparat ikkontrollat mill-partiti ML1 u 2 tal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea. |
||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
ex 8424 20 00 ex 8424 89 70 ex 9304 00 00 |
Noti:
|
||||||||||||||||||||||||||
|
ex 2939 79 90 |
Nota: Din il-partita ma tikkontrollax l-apparat ikkontrollat mill-partita ML7(e) tal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea. |
||||||||||||||||||||||||||
|
ex 3301 90 30 ex 1302 19 70 |
Nota: Din il-partita ma tikkontrollax l-apparat ikkontrollat mill-partita ML7(e) tal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea. |
||||||||||||||||||||||||||
|
ex 3301 90 30 ex 3302 10 90 ex 3302 90 10 ex 3302 90 90 ex 3824 99 92 |
Noti:
|
||||||||||||||||||||||||||
|
ex 8424 20 00 ex 8424 89 70 ex 9304 00 00 |
Noti:
|
||||||||||||||||||||||||||
|
ex 9306 21 00 ex 9306 29 00 ex 9306 30 10 ex 9306 30 30 ex 9306 30 90 ex 9306 90 10 ex 9306 90 90 |
Nota: Din il-partita tinkludi projettili li fihom aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet, b’mod partikolari OC u PAVA b’kalibru ta’ aktar minn 56 mm. L-użu ta’ tali oġġetti jrid ikun konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi, b’mod partikolari l-Artikolu 2.1 u 2.9.d. |
||||||||||||||||||||||||||
|
ex 2934 99 90 ex 2930 90 95 ex 2933 99 20 ex 2921 29 00 ex 2830 90 85 ex 3824 99 92 ex 3824 99 93 ex 3824 99 96 |
Noti:
|
(1) L-aħħar verżjoni adottata mill-Kunsill fid-19 ta’ Frar 2024 (ĠU C, C/2024/1945, 1.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1945/oj).
(2) Ara b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/726/oj) u d-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2001/83/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/928/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)