|
7.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 182/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 49/2022
tat-18 ta’ Marzu 2022
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/1117]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trailers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009, u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Ir-Regolament (UE) 2018/858 iħassar id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li hija inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(3) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu I tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 50 (ir-Regolament (UE) 2019/26 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
|
2. |
L-inċiż li jmiss jiżdied fil-punti 45zt (ir-Regolament (KE) Nru 715/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 45zzk (ir-Regolament (KE) Nru 595/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
|
3. |
It-test tal-punt 45zx (id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) jitħassar. |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament (UE) 2018/858 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Marzu 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(1) ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1.
(2) ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.
(*) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.