European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1409

13.6.2024

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 319/2023

tat-8 ta' Diċembru 2023

li temenda l-Annessi V (Moviment liberu tal-ħaddiema) u VI (Sigurtà soċjali) u l-Protokoll 31 (Dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet) tal-Ftehim ŻEE [2024/1409]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2019/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tax-Xogħol, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 883/2004, (UE) Nru 492/2011, u (UE) 2016/589 u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2016/344 (1) jenħtieġ li jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2019/1149 iħassar, b’effett mill-1 ta’ Awwissu 2021, id-Deċiżjoni (UE) 2016/344 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V u VI u l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness V tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 2 (ir-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

"-

32019 R 1149: Ir-Regolament (UE) 2019/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 21).”

2.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 9 (ir-Regolament (UE) 2016/589 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat bi:

—

32019 R 1149: Ir-Regolament (UE) 2019/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 21).”

3.

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 10zv (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1949):

“11.

32019 R 1149: Ir-Regolament (UE) 2019/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tax-Xogħol, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 883/2004, (UE) Nru 492/2011, u (UE) 2016/589 u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2016/344 (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 21).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, ir-referenzi għal-liġi tal-Unjoni għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Ftehim ŻEE.

(b)

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 ta’ dan il-Ftehim, u sakemm ma jkunx provdut mod ieħor f’dan il-Ftehim, it-termini “Stat(i) Membru(i)” u “awtoritajiet nazzjonali” għandhom jinftiehmu li jinkludu, apparti t-tifsira tagħhom fir-Regolament, l-Istati tal-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, rispettivament.

(c)

Fl-Artikolu 1(2) u 2, il-kliem "u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA" għandu jiddaħħal wara l-kelma "il-Kummissjoni".

(d)

Fl-Artikolu 7(1)(e) u 13(13), il-kliem “jew, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “l-Kummissjoni”.

(e)

Fl-Artikolu 9(9) u 10(3), l-ewwel subparagrafu, il-kliem “jew, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “l-Kummissjoni”.

(f)

Fl-Artikolu 12, il-paragrafu li ġej għandu jiżdied wara l-paragrafu 3:

“3a.   L-Istati tal-EFTA għandhom jipparteċipaw b’mod sħiħ fil-Pjattaforma u għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi fih bħall-Istati Membri tal-UE ħlief għad-dritt tal-vot.”

(g)

Fl-Artikolu 13:

(i)

Fil-paragrafu 1, il-kliem “u tal-Qorti tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kliem “il-Qorti tal-Ġustizzja”.

(ii)

Fil-paragrafi 3, 5, u 6, il-kliem “, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, meta jkunu involuti Stat tal-EFTA wieħed jew aktar” għandu jiddaħħal wara l-kelma “il-Kummissjoni”.

(h)

Fl-Artikolu 16(2), is-sentenza “L-Awtorità tista’ tistieden rappreżentanti tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għall-gruppi ta’ ħidma u għall-gruppi ta’ esperti bħala osservaturi.” tiddaħħal wara l-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu.

(i)

Fl-Artikolu 17, il-paragrafu li ġej għandu jiżdied wara l-paragrafu 1:

“1a.   L-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandhom jipparteċipaw b’mod sħiħ fil-Bord tat-Tmexxija u għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi fih bħall-Istati Membri tal-UE u l-Kummissjoni rispettivament, ħlief għad-dritt tal-vot.”

(j)

Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 26:

“5.   L-Istati tal-EFTA għandhom jipparteċipaw fil-kontribuzzjoni mill-Unjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (a). Għal dan il-għan, il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 82(1)(a) u l-Protokoll 32 tal-Ftehim ŻEE għandhom japplikaw mutatis mutandis.”

(k)

Is-subparagrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu fl-Artikolu 30:

“B’deroga mill-Artikoli 12(2)(a) u 82(3)(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, ċittadini tal-Istati tal-EFTA li jgawdu d-drittijiet sħaħ tagħhom bħala ċittadini jistgħu jiġu impjegati b’kuntratt mill-awtorità ta’ reklutaġġ tal-Awtorità.

B’deroga mill-Artikoli 12(2)(e), 82(3)(e) u 85(3) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea, il-lingwi msemmijin fl-Artikolu 129(1) tal-Ftehim ŻEE għandhom jitqiesu mill-Awtorità, fir-rigward tal-persunal tagħha, bħala l-lingwi tal-Unjoni msemmijin fl-Artikolu 55(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.”

(l)

Fl-Artikolu 32, il-paragrafu li ġej għandu jiżdied wara l-paragrafu 1:

“1a.   Stat tal-EFTA jista’ jaħtar lill-Uffiċjal Nazzjonali ta’ Kollegament ta’ Stat tal-EFTA ieħor jew ta’ Stat Membru tal-UE bħala l-Uffiċjal Nazzjonali ta’ Kollegament tiegħu.”

(m)

Dan li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 34:

“L-Istati tal-EFTA għandhom jikkonċedu lill-Awtorità u lill-membri tal-persunal tagħha l-privileġġi u l-immunitajiet ekwivalenti għal dawk li jinsabu fil-Protokoll Nru 7 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea.” ”

Artikolu 2

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 1 (ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness VI tal-Ftehim ŻEE:

“-

32019 R 1149: Ir-Regolament (UE) 2019/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 21).”

Artikolu 3

It-test tat-tieni inċiż tal-Artikolu 15(9) tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE (id-Deċiżjoni (UE) 2016/344 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) jitħassar.

Artikolu 4

It-test tar-Regolament (UE) 2019/1149 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Diċembru 2023, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2023.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Pascal SCHAFHAUSER


(1)   ĠU L 186, 11.7.2019, p. 21.

(2)   ĠU L 65, 11.3.2016, p. 12.

(*1)  Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


Dikjarazzjoni Konġunta tal-Partijiet Kontraenti

għad-Deċiżjoni Nru 319/2023 li tinkorpora r-Regolament (UE) 2019/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-Ftehim

Il-partijiet jirrikonoxxu li l-inkorporazzjoni ta’ dan l-att hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni diretta tal-Protokoll 7 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għaċ-ċittadini tal-Istati tal-EFTA fit-territorju ta’ kull Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 11 ta’ dan il-Protokoll.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1409/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)