Brussell, 12.11.2025

COM(2025) 698 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija (Vjenna, l-Awstrija, it-18 ta’ Diċembru 2025)


ANNESS

DEĊIŻJONIJIET SKONT L-ARTIKOLU 91(1)(A) TAT-TRATTAT LI JISTABBILIXXI L-KOMUNITÀ TAL-ENERĠIJA LI JISTABBILIXXU L-EŻISTENZA TA’ KSUR TA’ DAK IT-TRATTAT F’KAŻIJIET SPEĊIFIĊI

Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea hija li jiġu approvati l-abbozzi tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill Ministerjali skont l-Artikolu 91(1)(a) tat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija (EnCT, Energy Community Treaty), dment li l-Kumitat Konsultattiv tal-Komunità tal-Enerġija jagħti malajr kemm jista’ jkun opinjoni minn qabel li tappoġġa s-sejbiet tas-Segretarjat tal-Komunità tal-Enerġija, li tistabbilixxi l-eżistenza ta’ ksur f’dawn li ġejjin:  

(a)id-Deċiżjoni 2025/.../MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Albanija li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Kawża ECS-5/24;

(b)id-Deċiżjoni 2025/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Bożnija-Ħerzegovina li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Kawża ECS-6/24;

(c)id-Deċiżjoni 2025/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Georgia li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Kawża ECS-7/24;

(d)id-Deċiżjoni 2025/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Kosovo* li jikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Kawża ECS-8/24;

(e)id-Deċiżjoni 2025/.../MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Moldova li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Kawża ECS-9/24;

(f)id-Deċiżjoni 2025/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Montenegro li jikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Kawża ECS-10/24;

(g)id-Deċiżjoni 2025/.../MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Maċedonja ta’ Fuq li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Kawża ECS-11/24;

(h)id-Deċiżjoni 2025/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tas-Serbja li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Kawża ECS-12/24;

(i)id-Deċiżjoni 2025/.../MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Ukrajna li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Kawża ECS-13/24;

(j)id-Deċiżjoni 2025/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Bożnija-Ħerzegovina li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Kawża ECS-14/24;

(k)id-Deċiżjoni 2025/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Georgia li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Kawża ECS-15/24;

(l)id-Deċiżjoni 2025/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Kosovo* li jikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Kawża ECS-16/24;

(m)id-Deċiżjoni 2025/.../MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Moldova li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Kawża ECS-17/24;

(n)id-Deċiżjoni 2025/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Bożnija-Ħerzegovina li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Kawża ECS-19/24;

(o)id-Deċiżjoni 2025/.../MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Maċedonja ta’ Fuq li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Kawża ECS-21/24;

(p)id-Deċiżjoni 2025/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tas-Serbja li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Kawża ECS-22/24;

(q)id-Deċiżjoni 2025/.../MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Albanija li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Kawża ECS-23/24;

(r)id-Deċiżjoni 2025/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Bożnija-Ħerzegovina li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Kawża ECS-24/24;

(s)id-Deċiżjoni 2025/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Georgia li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Kawża ECS-25/24;

(t)id-Deċiżjoni 2025/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Kosovo* li jikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Kawża ECS-26/24;

(u)id-Deċiżjoni 2025/.../MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Moldova li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Kawża ECS-27/24;

(v)id-Deċiżjoni 2025/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Montenegro li jikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Kawża ECS-28/24;

(w)id-Deċiżjoni 2025/.../MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Maċedonja ta’ Fuq li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Kawża ECS-29/24;

(x)id-Deċiżjoni 2025/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tas-Serbja li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Kawża ECS-2/21;

(y)id-Deċiżjoni 2025/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Montenegro li jikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Kawża ECS-15-21.

L-Att Proċedurali 2025/XX/MC-EnC dwar l-adozzjoni tal-baġit tal-Komunità tal-Enerġija għas-snin 2026-2027 u dwar il-kontribuzzjonijiet mill-Partijiet għall-baġit

Il-pożizzjoni li trid tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea hija li jiġi approvat l-abbozz tal-att proċedurali tal-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija dwar l-adozzjoni tal-baġit tal-Komunità tal-Enerġija għas-snin 2026-2027 u dwar il-kontribuzzjonijiet mill-Partijiet għall-baġit f’konformità mal-Addendum 1 ta’ dan l-Anness.

Id-Deċiżjoni D/2025/XX/MC-EnC tal-Kunsill Ministerjali DWAR IL-KWITTANZA TAD-DIRETTUR TAS-SEGRETARJAT

Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea hija li jiġi approvat l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill Ministerjali dwar il-Kwittanza Finanzjarja tad-Direttur tas-Segretarjat tal-Komunità tal-Enerġija f’konformità mal-Addendum 2 ta’ dan l-Anness.

L-ATT PROĊEDURRALI 2025/PA/XX/MC-EnC dwar l-emendar tal-Proċeduri tal-Komunità tal-Enerġija għall-Istabbiliment u għall-Implimentazzjoni tal-Baġit, l-Awditjar u l-Ispezzjoni tas-17 ta’ Novembru 2006, kif emendat bl-Atti Proċedurali 2014/01/MC-EnC, 2022/02/MC-EnC u 2024/06/MC-EnC

Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ministerjali hija li jiġi approvat l-abbozz tal-att proċedurali tal-Kunsill Ministerjali li jemenda l-Proċeduri tal-Komunità tal-Enerġija għall-Istabbiliment u għall-Implimentazzjoni tal-Baġit, l-Awditjar, u l-Ispezzjoni f’konformità mal-Addendum 3 ta’ dan l-Anness.

L-Att Proċedurali 2025/PA/XX/MC-EnC DWAR L-ADOZZJONI TAL-ORGANIGRAMMA TAS-SEGRETARJAT

Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ministerjali hija li jiġi approvat l-abbozz tal-att proċedurali tal-Kunsill Ministerjali dwar l-adozzjoni tal-organigramma tas-Segretarjat tal-Komunità tal-Enerġija f’konformità mal-Addendum 4 ta’ dan l-Anness.

Il-ħatra mill-ġdid tar-rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea fil-Kumitat ta’ Arbitraġġ tal-Komunità tal-Enerġija f’konformità mal-ATT PROĊEDURALI NRU 01/2011 PHLG-EnC tal-Grupp Permanenti ta’ Livell Għoli tal-Komunità tal-Enerġija li jistabbilixxi r-regoli li jirregolaw il-proċedura ta’ arbitraġġ fi kwistjonijiet tal-persunal skont l-Artikolu 14 tar-Regolamenti tal-Persunal

Il-pożizzjoni li trid tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea hija li tappoġġa u li tikkonferma l-ħatra mill-ġdid mill-Kummissjoni Ewropea taż-żewġ uffiċjali tal-Kummissjoni bħala membri permanenti u membri supplenti permanenti tal-Kumitat tal-Arbitraġġ li jirrappreżentaw lill-Kummissjoni Ewropea.

ADDENDUM 1 TAL-ANNESS

L-ATT PROĊEDURALI 2025/PA/XX/MC-EnC

TAL-KUNSILL MINISTERJALI TAL-KOMUNITÀ TAL-ENERĠIJA

dwar l-adozzjoni tal-baġit tal-Komunità tal-Enerġija għas-snin 2026-2027 u dwar il-kontribuzzjonijiet mill-Partijiet għall-baġit

Il-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija, u b’mod partikolari l-Artikoli 73, 74, 86 u 88 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea lill-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija dwar il-baġit tal-Komunità tal-Enerġija għall-perjodu 2026-2027,

Wara li kkunsidra l-Artikoli 24 u 25 tal-Proċeduri tal-Komunità tal-Enerġija għall-Istabbiliment u għall-Implimentazzjoni tal-Baġit, l-Awditjar u l-Ispezzjoni,

Billi l-Kunsill Ministerjali għandu jadotta baġit biannwali li jkopri l-ispejjeż operazzjonali tal-Komunità tal-Enerġija meħtieġa għall-funzjonament tal-istituzzjonijiet tiegħu,

Billi kull Parti għandha tikkontribwixxi għall-baġit tal-Komunità tal-Enerġija kif stipulat fl-Anness IV tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-baġit tal-Komunità tal-Enerġija li jkopri s-snin finanzjarji 2026 u 2027 kif stabbilit fl-Anness A u fl-Anness B huwa b’dan adottat.

Artikolu 2

B’effett mill-1 ta’ Jannar 2026, il-kontribuzzjonijiet għall-baġit tal-Komunità tal-Enerġija mill-Partijiet huma stabbiliti fl-Anness A ta’ dan l-Att Proċedurali.

Artikolu 3

Dan l-Att Proċedurali huwa indirizzat lill-Partijiet u lill-istituzzjonijiet kollha skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija.

Artikolu 4

Id-Direttur tas-Segretarjat tal-Komunità tal-Enerġija għandu jagħmel dan l-Att Proċedurali u l-Annessi tiegħu disponibbli għall-Partijiet u għall-istituzzjonijiet kollha skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija fi żmien 7 ijiem mill-adozzjoni tiegħu.

Magħmul fi Vjenna fit-18 ta’ Diċembru 2025

Għall-Kunsill Ministerjali

………………………………

Il-Presidenza

ADDENDUM 2 TAL-ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL MINISTERJALI TAL-KOMUNITÀ TAL-ENERĠIJA

DWAR IL-KWITTANZA TAD-DIRETTUR TAS-SEGRETARJAT TAL-KOMUNITÀ TAL-ENERĠIJA MIR-RESPONSABBILTÀ FINANZJARJA TIEGĦU

Il-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija,

Wara li kkunsidra l-Att Proċedurali dwar l-istabbiliment ta’ Proċeduri tal-Komunità tal-Enerġija għall-Istabbiliment u l-Implimentazzjoni tal-Baġit, l-Awditjar u l-Ispezzjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 83 tiegħu,

Wara li eżamina r-rapport dwar l-awditjar tar-rapporti finanzjarji tal-Komunità tal-Enerġija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2024, kif ukoll id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tal-awdituri,

B’kont meħud tal-osservazzjonijiet tal-Kumitat tal-Baġit u r-rapport rilevanti,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-Direttur kurrenti, is-Sur Artur Lorkowski tas-Segretarjat, huwa meħlus mir-responsabbiltà maniġerjali u amministrattiva tiegħu fir-rigward tal-baġit għall-perjodu tal-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Għall-Kunsill Ministerjali

ADDENDUM 3 TAL-ANNESS

L-ATT PROĊEDURALI 2025/PA/XX/MC-EnC

TAL-KUNSILL MINISTERJALI TAL-KOMUNITÀ TAL-ENERĠIJA

dwar l-emenda tal-Proċeduri tal-Komunità tal-Enerġija għall-Istabbiliment u għall-Implimentazzjoni tal-Baġit, l-Awditjar u l-Ispezzjoni tas-17 ta’ Novembru 2006, kif emendat mill-Atti Proċedurali 2014/01/MC-EnC, 2022/02/MC-EnC u 2024/06/MC-EnC

Il-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija, u b’mod partikolari l-Artikoli 82, 83, 86 u 87 tiegħu,

Billi l-Proċeduri tal-Komunità tal-Enerġija għall-Istabbiliment u għall-Implimentazzjoni tal-Baġit, l-Awditjar u l-Ispezzjoni jenħtieġ li jirriflettu r-rwol tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF, Office Européen de Lutte Antifraude) u tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

ADOTTA DAN L-ATT PROĊEDURALI:

Artikolu 1

Emendi tal-Proċeduri tal-Komunità tal-Enerġija għall-Istabbiliment u għall-Implimentazzjoni tal-Baġit, l-Awditjar u l-Ispezzjoni tas-17 ta’ Novembru 2006, kif emendati mill-Atti Proċedurali 2014/01/MC-EnC, 2022/02/MC-EnC u 2024/06/MC-EnC

(2)Fl-Artikolu 42:

- Dan li ġej jiżdied fil-paragrafu 2:

“Fil-każ ta’ kriminalità, attività illegali, frodi jew korruzzjoni li jistgħu jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, il-kwistjoni għandha tiġi riferuta lill-awtoritajiet u lill-korpi speċifikati fil-leġiżlazzjoni applikabbli, b’mod partikolari lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE). Fil-qafas ta’ dan l-artikolu, l-“interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea” tfisser id-dħul, l-infiq u l-assi kollha koperti minn, miksuba permezz ta’ jew dovuti għall-baġit tal-Komunità tal-Enerġija.”

- Jiżdiedu l-paragrafi 3 u 4 ġodda li ġejjin:

“3. Fil-każ li kwalunkwe attur finanzjarju jsir konxju ta’ fatti li jwasslu għal preżunzjoni ta’ kwalunkwe attività illegali, frodi, korruzzjoni jew irregolarità possibbli li jistgħu jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, l-attur finanzjarju għandu jinforma lill-uffiċjal awtorizzanti jew, fejn dan jitqies utli, lill-OLAF jew, f’każ ta’ reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) mill-aktar fis possibbli.

4. Meta attività tinstab li tikkostitwixxi irregolarità jew frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, l-uffiċjal awtorizzanti għandu jissospendi l-proċedura u jista’ jieħu kwalunkwe miżura meħtieġa, inkluża l-kanċellazzjoni ta’ kwalunkwe deċiżjoni meħuda fil-kuntest ta’ dik l-attività. L-uffiċjal awtorizzanti għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti kollha, inkluż, fejn applikabbli, lill-OLAF u lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), b’każijiet suspettati ta’ frodi jew irregolaritajiet malajr kemm jista’ jkun.”

(3)Jiżdied l-Artikolu 81a il-ġdid li ġej:

“1. L-uffiċjal awtorizzanti għandu jibgħat lill-OLAF kwalunkwe informazzjoni miksuba skont l-Artikolu 42(3) u (4) u lill-UPPE kull meta din l-informazzjoni tikkonċerna reati suspettati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea mill-aktar fis possibbli.

2. Il-persunal tal-Komunità tal-Enerġija għandu jikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 42(3), b’mod partikolari mal-UPPE u mal-OLAF, u għandu jipprovdihom bl-informazzjoni rilevanti u, fuq talba, bi kwalunkwe assistenza meħtieġa biex ikunu jistgħu jeżerċitaw is-setgħat rispettivi tagħhom, inkluża s-setgħa li jwettqu investigazzjonijiet f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 1 u r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2 .

3. Sa fejn ikun meħtieġ biex jiġi protett l-interess finanzjarju tal-Unjoni Ewropea, l-uffiċjal awtorizzanti għandu jiżgura wkoll li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-Komunità tal-Enerġija tikkoopera bis-sħiħ mal-uffiċjal awtorizzanti bħala parti mill-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 2.

4. Fejn ikun sostanzjat mill-ħtieġa li jiġi protett l-interess finanzjarju tal-Unjoni Ewropea, l-OLAF jista’ jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi fl-uffiċċji tas-Segretarjat tal-Komunità tal-Enerġija; dan jinkludi d-dritt ta’ aċċess għall-ispezzjoni f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.”

5. L-“interessi finanzjarji” tal-Unjoni Ewropea għandhom jinftiehmu f’konformità mad-definizzjoni fl-Artikolu 42(2).”

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Dan l-Att Proċedurali għandu jidħol fis-seħħ mal-adozzjoni tiegħu.

Artikolu 3

Is-Segretarjat għandu jagħmel dan l-Att Proċedurali disponibbli għall-Partijiet u għall-istituzzjonijiet kollha skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija fi żmien 7 ijiem mill-adozzjoni tiegħu.

Magħmul fi Vjenna fit-18 ta’ Diċembru 2025

Għall-Kunsill Ministerjali

………………………………

Il-Presidenza

ADDENDUM 4 TAL-ANNESS

L-ATT PROĊEDURALI 2025/PA/XX/MC-EnC

TAL-KUNSILL MINISTERJALI TAL-KOMUNITÀ TAL-ENERĠIJA

DWAR L-ADOZZJONI TAL-ORGANIGRAMMA TAS-SEGRETARJAT

Il-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija (it-Trattat), u b’mod partikolari l-Artikoli 67 u 68 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att Proċedurali 2006/02/MC-EnC tas-17 ta’ Novembru 2006 dwar l-adozzjoni tar-Regoli għar-Reklutaġġ, il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol u l-Ekwilibriju Ġeografiku tal-Persunal tas-Segretarjat tal-Komunità tal-Enerġija, kif emendat bl-Atti Proċedurali 2016/01/MC-EnC tal-14 ta’ Ottubru 2026 u 2022/02/MC-EnC tal-15 ta’ Diċembru 2022 u 2024/01/MC-EnC tad-19 ta’ Frar 2024, b’mod partikolari l-punt III.1 tagħhom,

Billi l-Kunsill Ministerjali għandu jadotta l-organigramma tas-Segretarjat abbażi ta’ proposta tad-Direttur tas-Segretarjat,

Billi l-organigramma tas-Segretarjat applikabbli bħalissa ġiet adottata fit-19 ta’ Frar 2024 u jenħtieġ li tiġi aġġornata,

Wara li kkunsidra l-proposta magħmula mid-Direttur tas-Segretarjat,

ADOTTA DAN L-ATT PROĊEDURALI:

Artikolu Uniku

L-organigramma tas-Segretarjat annessa ma’ dan l-Att Proċedurali hija b’dan adottata u applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2026.

Dan l-Att Proċedurali għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tiegħu.

Magħmul fi Vjenna fit-18 ta’ Diċembru 2025

Għall-Kunsill Ministerjali

…………………

Il-Presidenza

(1)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠUUE L 283, 31. 10. 2017, p. 1).
(2)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠUUE L 248, 18. 9. 2013, p. 1).