|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/3268 |
27.5.2024 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.
(C/2024/3268)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
Yecla
PDO-ES-A0606-AM03
Data tal-komunikazzjoni: 01.03.2024
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA
INTRODUZZJONI TAL-VARJETÀ VIOGNIER
Deskrizzjoni:
L-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tikkonċerna l-inklużjoni tal-varjetà ta’ għeneb abjad Viognier.
Din l-emenda tikkonċerna l-punt 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott “Varjetajiet tal-Għeneb” u l-punt 7 tad-Dokument Uniku.
Din l-emenda hija normali. Din jirriżulta fil-produzzjoni tal-istess tipi ta’ nbid u bl-istess karatteristiċi u profil kif stabbilit fil-punt 2 “Deskrizzjoni tal-Inbejjed” tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Għalhekk jitqies li din l-emenda ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (ir-Regolament dwar l-OKS Unika).
Raġunament.
Twettaq studju li jirrifletti l-addattament perfett tal-varjetà Viognier għat-territorju tagħna u l-kwalità tal-inbejjed ta’ dan it-territorju. Barra minn hekk, l-istudju juri li qed jinżammu l-karatteristiċi stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għall-inbejjed ta’ din id-Denominazzjoni ta’ Oriġini. Barra minn hekk, l-inklużjoni ta’ din il-varjetà hi ġustifikata mid-domanda tas-suq attwali.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/Ismijiet għar-reġistrazzjoni
Yecla
2. Tip ta’ Indikazzjoni Ġeografika:
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
|
3. |
Inbid likur |
|
4. |
Inbejjed Spumanti |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1. INBID – Inbejjed Bojod
DESKRIZZJONI FIL-QOSOR
|
— |
Dehra viżiva: nadifa u brillanti, sfumaturi minn sofor ċari għal sofor lewn id-deheb, jista’ jkollhom kulur ħadrani mad-dawra. |
|
— |
Riħa: nadifa u aromi tal-frott u/jew tal-fjuri. Jekk l-inbid ġie mqaddem fl-injam, dawn ikunu bbilanċjati mal-aromi tipiċi li tagħti l-bettija. |
|
— |
Togħma: aċidità friska, tal-frott. Jekk l-inbid ġie mqaddem fl-injam, in-noti klassiċi li jagħti dan il-fatt lill-inbid kollu kemm hu jkunu jistgħu jiġu pperċepiti. L-inbejjed ħelwin mezzani u ħelwin huma bbilanċjati fejn jidħlu l-qawwa alkoħolika, l-aċidità u l-kontenut ta’ zokkor residwu. |
|
* |
Jekk il-kontenut taz-zokkor ikun ta’ 5 g/l jew aktar, il-kontenut massimu tal-kubrit ikun 250 mg/l. |
Karatteristiċi analitiċi
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
|
— |
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): 10,5 |
|
— |
Aċidità totali minima: 4,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
— |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): 13,3 |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): 200 |
2. INBID – Inbejjed Rożè
DESKRIZZJONI FIL-QOSOR
|
— |
Dehra viżiva: nadifa u brillanti, tvarja minn lewn is-salamun ċar għal roża. |
|
— |
Riħa: aromi tal-frott u/jew tal-fjuri. |
|
— |
Togħma: aċidità tajba, ibbilanċjata, tal-frott. L-inbejjed ħelwin mezzani u ħelwin huma bbilanċjati fejn jidħlu l-qawwa alkoħolika, l-aċidità u l-kontenut ta’ zokkor residwu. |
|
* |
Jekk il-kontenut taz-zokkor ikun ta’ 5 g/l jew aktar, il-kontenut massimu tal-kubrit ikun 250 mg/l. |
Karatteristiċi analitiċi
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
|
— |
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): 11 |
|
— |
Aċidità totali minima: 4,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
— |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): 13,3 |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): 200 |
3. INBID – Inbejjed Ħomor
DESKRIZZJONI FIL-QOSOR
|
— |
Dehra viżiva: Kulur ta’ intensità medja għal skur ħafna. Lewn iċ-ċirasa bi sfumaturi vjola, vjola, tal-granata, jista’ jkollu sfumaturi vjola jew sfumaturi ħomor lewn iċ-ċirasa, lewn ir-rubini jew lewn il-briks. |
|
— |
Riħa: ta’ frott frisk u/jew misjur, ta’ intensità tajba. Meta jkun iffermentat jew imqaddem fl-injam, ikun hemm bilanċ bejn il-frott u l-injam. Kemxejn misjur iżżejjed, b’noti ta’ ħwawar u balsamiċi, traċċi ta’ ballut. |
|
— |
Togħma: B’bosta saffi u b’persistenza, korpożità, sħana u maturità tajbin u tannini rotob, ibbilanċjata ħafna. L-inbejjed ħelwin mezzani u ħelwin huma bbilanċjati fejn jidħlu l-qawwa alkoħolika, l-aċidità u l-kontenut ta’ zokkor residwu. |
|
* |
Jekk il-kontenut taz-zokkor ikun ta’ 5 g/l jew aktar, il-kontenut massimu tal-kubrit ikun 200 mg/l. |
Karatteristiċi analitiċi
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
|
— |
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): 12 |
|
— |
Aċidità totali minima: 4,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
— |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): 20 |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): 150 |
4. INBID LIKUR
DESKRIZZJONI FIL-QOSOR
|
— |
Dehra viżiva: Skont it-tip ta’ nbid: abjad, rożè jew aħmar. |
|
— |
Riħa: B’intensità tajba assoċjata mat-tqaddim, qawwija ħafna u karatteristika meta jkun magħmul mill-għeneb tal-varjetà Monastrell. |
|
— |
Togħma: B’bilanċ tajjeb bejn il-ħlewwa u l-imrar, robusta, żejtnija b’finitura twila. |
|
* |
Jekk il-kontenut taz-zokkor ikun ta’ 5 g/l jew aktar, il-kontenut massimu tal-kubrit ikun 200 mg/l. |
Karatteristiċi analitiċi
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
|
— |
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): 15 |
|
— |
Aċidità totali minima: 3,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
— |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): 20 |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): 150 |
5. INBID SPUMANTI
DESKRIZZJONI FIL-QOSOR
|
— |
Dehra viżiva: Meta l-inbid bażi jkun abjad, jiddominaw sfumaturi sofor ċari għal sofor lewn id-deheb. Meta l-inbid bażi jkun rożè, l-inbejjed ikunu jkanġu fir-roża, u jista’ jkollhom sfumaturi ta’ lampun, frawli, ribes aħmar jew salamun. Meta l-inbid bażi jkun aħmar, l-inbejjed ikunu jkanġu fl-aħmar bi sfumaturi vjola, tal-granata, taċ-ċirasa jew tar-rubini. |
|
— |
Riħa: b’aromi tal-fjuri jew tal-frott speċifiċi għall-varjetà. |
|
— |
Togħma: B’bilanċ bejn iz-zokkor u l-aċidità. |
Karatteristiċi analitiċi
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
|
— |
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): 11,5 |
|
— |
Aċidità totali minima: 4,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
— |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): 16,7 |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): 235 |
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
Prattika enoloġika speċifika
L-għeneb irid ikollu qawwa minima ta’ 11 °Bé għall-għeneb aħmar u ta’ 10 °Bé għall-għeneb abjad; għall-inbejjed likuri, il-qawwa minima trid tkun 13 °Bé.
Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed
|
— |
Għall-estrazzjoni tal-most mill-għeneb frisk fil-produzzjoni tal-inbid li tinvolvi l-fermentazzjoni mingħajr il-qxur, jew tal-inbid mill-karfa ffermentat fil-produzzjoni tal-inbid aħmar, l-uniċi sistemi mekkanizzati permessi huma dawk li ma jagħmlux ħsara u li ma jqattgħux il-partijiet solidi tal-għenieqed. L-użu ta’ magni tat-tgħaffiġ ċentrifugi b’veloċità għolja huwa pprojbit. |
|
— |
L-użu ta’ preses kontinwi huwa pprojbit, |
|
— |
Fl-estrazzjoni tal-most jew tal-inbid u s-separazzjoni tiegħu mill-karfa, ir-rendiment ma jridx jaqbeż l-74 litru ta’ nbid lest għal kull 100 kilogramma ta’ għeneb maħsud. Il-lottijiet ta’ most jew inbid miksuba bl-applikazzjoni ta’ pressjoni mhux xierqa ma jistgħu jintużaw fl-ebda każ biex isiru nbejjed protetti. |
Prattika ta’ kultivazzjoni
Is-sistemi tat-tħarriġ u taż-żbir użati fil-vinji huma s-sistema tradizzjonali tal-gobelet u l-varjanti tagħha, u t-tħarriġ fuq il-kannizzati u l-varjanti tiegħu.
5.2. Rendimenti massimi għal kull ettaru
1. PJANTAĠĠUNI MINGĦAJR IRRIGAZZJONI TA’ VARJETAJIET BOJOD
|
|
4 500 kilogramma għeneb għal kull ettaru |
|
|
33,3 ettolitru għal kull ettaru |
2. PJANTAĠĠUNI MINGĦAJR IRRIGAZZJONI TA’ VARJETAJIET ĦOMOR
|
|
4 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru |
|
|
29,6 ettolitru għal kull ettaru |
3. PJANTAĠĠUNI B’IRRIGAZZJONI TA’ VARJETAJIET BOJOD
|
|
9 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru |
|
|
66,6 ettolitru għal kull ettaru |
4. PJANTAĠĠUNI B’IRRIGAZZJONI TA’ VARJETAJIET ĦOMOR
|
|
7 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru |
|
|
51,8 ettolitru għal kull ettaru |
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
Iż-żona tat-tkabbir tad-dwieli għall-inbejjed koperti mid-denominazzjoni ta’ oriġini tikkonsisti miż-żoni ta’ art inklużi fir-reġistru tad-dwieli, li lkoll jinsabu fil-muniċipalità ta’ Yecla fir-reġjun ta’ Murcia.
Iż-żona tal-produzzjoni tal-inbid taqbel maż-żoni tat-tkabbir tad-dwieli u tat-tqaddim.
7. VARJETÀ JEW VARJETAJIET TAD-DWIELI LI MINNHOM JINKISEB L-INBID/JINKISBU L-INBEJJED
AIRÉN
CABERNET SAUVIGNON
CHARDONNAY
GARNACHA TINTA
GARNACHA TINTORERA
MACABEO - VIURA
MALVASIA AROMÁTICA - MALVASÍA SITGES
MERLOT
MERSEGUERA
MONASTRELL
MOSCATEL DE GRANO MENUDO
PETIT VERDOT
SAUVIGNON BLANC
SYRAH
TEMPRANILLO
VERDEJO
VIOGNIER
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Yecla għandha klima kontinentali xotta bi sjuf sħan u xtiewi kesħin ħafna. L-ammont medju ta’ xita annwali huwa ta’ 300 millimetru. L-ammont ta’ sigħat ta’ dawl tax-xemx annwali jaqbeż it3 000 siegħa.
L-aktar karatteristika importanti f’termini tar-riżalt ta’ din iż-żona hija l-altitudni konsiderevoli tal-plateau għoli.
In-natura endoreika tal-baċiri idrografiċi fiż-żona hija karatteristika notevoli tas-sistema tal-ilma. Il-ħamrija, fiha fost l-oħrajn il-ġir u hija fonda, b’permeabbiltà tajba, u hija partikolarment nieqsa mill-materja organika. Hemm evidenza arkeoloġika tat-tkabbir tad-dwieli li tmur lura għall-ewwel seklu Q.K.
9. Rekwiżiti oħra essenzjali (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)
Qafas legali:
|
|
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali |
Tip ta’ rekwiżit ieħor:
|
|
Rekwiżiti addizzjonali relatati mat-tikkettar |
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
|
|
Dan li ġej għandu jidher fuq it-tikketti tal-inbejjed ippakkjati: “Denominación de Origen Yecla” jew “Denominación de Origen Protegida Yecla”. It-tikketti jiġu eżaminati mill-korp tal-ispezzjoni li jivverifika l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. |
|
|
L-imballaġġ li fih jiġu kkunsinnati l-inbejjed irid ikollu siġilli ta’ garanzija jew tikketti ta’ ċertifikazzjoni, fiż-żewġ każijiet numerati, li jinħarġu mill-korp ta’ kontroll jew jużaw in-numerazzjoni pprovduta minnu u li jitwaħħlu fil-kantina tal-inbid stess (użu ta’ darba biss). |
LINK GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT
Yecla_2022_06_14.docx (carm.es)
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3268/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)