13.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 37/15


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/225

tal-11 ta' Frar 2015

li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/861/KE dwar miżuri tranżitorji skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta' ħalib nej mhux konformi f'ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija

(notifikata bid-dokument C(2015) 631)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b'mod partikolari it-tieni paragrafu tal-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali għal operaturi tan-negozji tal-ikel. Dawn ir-regoli jinkludu ħtiġijiet tal-iġjene għall-ħalib mhux proċessat u għall-prodotti tal-ħalib.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/861/KE (2) fih previst ċerti derogi mir-rekwiżiti stabbiliti fis-subkapitoli II u III tal-Kapitolu I tat-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għall-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija elenkati f'dik id-Deċiżjoni. Dik id-Deċiżjoni tapplika sal-31 ta' Diċembru 2015.

(3)

B'konformità, ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/861/KE jistgħu, b'deroga mid-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, jipproċessaw ħalib konformi u ħalib mhux konformi sakemm l-ipproċessar tal-ħalib konformi jew mhux konformi jitwettaq fuq linji ta' produzzjoni separati. Barra minn hekk, ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness II ta' dik id-Deċiżjoni jistgħu jipproċessaw il-ħalib mhux konformi mingħajr linji ta' produzzjoni separati.

(4)

Fit-28 ta' April 2014, fit-18 ta' Awwissu 2014 u fit-2 ta' Diċembru 2014 il-Bulgarija bagħtet lista riveduta u aġġornata ta' dawk l-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib lill-Kummissjoni.

(5)

F'dik il-lista, l-istabbiliment elenkat f'Nru 4 (BG 1212001 “S i S — 7” EOOD) tat-tabella stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/861/KE ġie imħassar minħabba li temm l-attivitajiet tiegħu.

(6)

Barra minn hekk, ċerti stabbilimenti li bħalissa huma elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/861/KE tħassru f'dik il-lista riveduta u aġġornata minħabba li issa huma awtorizzati jipproċessaw biss ħalib konformi biex jitqiegħed fis-suq ta' ġewwa l-Unjoni. Dawk l-istabbilimenti huma elenkati fit-tabella fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/861/KE f'Nru 3 (0912016 OOD “Persenski”), Nru 8 (1612064 OOD “Ikay”), Nru 11 (2512021 “Keya-Komers- 03” EOOD), Nru 22 (BG 1612051 ET “Radev-Radko Radev”), Nru 37 (1512010 ET “Militsa Lazarova- 90”), Nru 50 (BG 1112016 Mandra “IPZHZ”), Nru 51 (BG 1712042 ET “Madar”) Nru 54 (1312005 “Ravnogor” OOD), Nru 63 (BG 2612034 ET “Eliksir-Petko Petev”) Nru 75 (2312033 “Balkan spetsial” OOD) u Nru 79 (2612015 ET “Detelina 39”).

(7)

Barra minn hekk, f'dik il-lista, l-istabbilimenti elenkati f'Nru 7 (1612049 “Alpina-Milk” EOOD), Nru 21 (BG 1612028 ET “Slavka Todorova”), Nru 23 (BG 1612066 “Lakti ko” OOD) u Nru 71 (2012032 “Kiveks” OOD) tat-tabella stabbilita fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/861/KE tħassru, minħabba li temmew l-attivitajiet tagħhom.

(8)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2009/861/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/861/KE huma sostitwiti bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/861/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar miżuri tranżitorji skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta' ħalib nej mhux konformi f'ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija (ĠU L 314, 1.12.2009, p. 83).


ANNESS

“ANNESS I

Lista ta' stabbilimenti tal-ħalib li għandhom il-permess jipproċessaw ħalib konformi u mhux konformi kif imsemmi fl-Artikolu 2

Nru

Nru tal-Veterinarju

Isem l-istabbiliment

Belt/Triq jew Raħal/Reġjun

1

BG 0612027

‘Mlechen ray — 2’ EOOD

gr. Vratsa

kv. ‘Bistrets’

2

BG 0612043

ET ‘Zorov- 91 — Dimitar Zorov’

gr. Vratsa

Mestnost ‘Parshevitsa’

3

BG 2112001

‘Rodopeya — Belev’ EOOD

Ul. ‘Trakya’ 20 Smolyan

4

BG 2812003

‘Balgarski yogurt’ OOD

s. Veselinovo,

obl. Yambolska

“ANNESS II

Lista ta' stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib li għandhom il-permess jipproċessaw ħalib mhux konformi kif imsemmi fl-Artikolu 3

Nru

Nru tal-Veterinarju

Isem l-istabbiliment

Belt/Triq jew Raħal/Reġjun

1

BG 2412037

‘Stelimeks’ EOOD

s. Asen

2

0912015

‘Anmar’ OOD

s. Padina

obsht. Ardino

3

1012014

ET ‘Georgi Gushterov DR’

s. Yahinovo

4

1012018

‘Evro miyt end milk’ EOOD

gr. Kocherinovo

obsht. Kocherinovo

5

1112017

ET ‘Rima-Rumen Borisov’

s. Vrabevo

6

2112008

MK ‘Rodopa milk’

s. Smilyan

obsht. Smolyan

7

2412039

‘Penchev’ EOOD

gr. Chirpan

ul. ‘Septemvriytsi’ 58

8

0112014

ET ‘Veles-Kostadin Velev’

gr. Razlog

ul. ‘Golak’ 14

9

2312041

‘Danim-D.Stoyanov’ EOOD

gr. Elin Pelin

m-st Mansarovo

10

0712001

‘Ben Invest’ OOD

s. Kostenkovtsi obsht. Gabrovo

11

1512012

ET ‘Ahmed Tatarla’

s. Dragash voyvoda,

obsht. Nikopol

12

2212027

‘Ekobalkan’ OOD

gr. Sofia

bul ‘Evropa’ 138

13

2312030

ET ‘Favorit- D.Grigorov’

s. Aldomirovtsi

14

2312031

ET ‘Belite kamani’

s. Dragotintsi

15

BG 1512033

ET ‘Voynov-Ventsislav Hristakiev’

s. Milkovitsa

obsht. Gulyantsi

16

BG 1512029

‘Lavena’ OOD

s. Dolni Dębnik

obl. Pleven

17

BG 2112029

ET ‘Karamfil Kasakliev’

gr. Dospat

18

BG 0912004

‘Rodopchanka’ OOD

s. Byal izvor

obsht. Ardino

19

0112003

ET ‘Vekir’

s. Godlevo

20

0112013

ET ‘Ivan Kondev’

gr. Razlog

Stopanski dvor

21

0212037

‘Megakomers’ OOD

s. Lyulyakovo

obsht. Ruen

22

0512003

SD ‘LAF-Velizarov i sie’

s. Dabravka

obsht. Belogradchik

23

0612035

OOD ‘Nivego’

s. Chiren

24

0612041

ET ‘Ekoprodukt-Megiya- Bogorodka Dobrilova’

gr. Vratsa

ul. ‘Ilinden’ 3

25

0612042

ET ‘Mlechen puls — 95 — Tsvetelina Tomova’

gr. Krivodol

ul. ‘Vasil Levski’

26

1012008

‘Kentavar’ OOD

s. Konyavo

obsht. Kyustendil

27

1212031

‘ADL’ OOD

s. Vladimirovo

obsht. Boychinovtsi

28

1512006

‘Mandra’ OOD

s. Obnova

obsht. Levski

29

1512008

ET ‘Petar Tonovski-Viola’

gr. Koynare

ul. ‘Hr.Botev’ 14

30

1612024

SD ‘Kostovi — EMK’

gr. Saedinenie

ul. ‘L.Karavelov’ 5

31

1612043

ET ‘Dimitar Bikov’

s. Karnare

obsht. ‘Sopot’

32

1712046

ET ‘Stem-Tezdzhan Ali’

gr. Razgrad

ul. ‘Knyaz Boris’23

33

2012012

ET ‘Olimp-P.Gurtsov’

gr. Sliven

m-t ‘Matsulka’

34

2112003

‘Milk- inzhenering’ OOD

gr.Smolyan

ul. ‘Chervena skala’ 21

35

2112027

‘Keri’ OOD

s. Borino,

obsht. Borino

36

2312023

‘Mogila’ OOD

gr. Godech,

ul. ‘Ruse’ 4

37

2512018

‘Biomak’ EOOD

gr. Omurtag

ul. ‘Rodopi’ 2

38

2712013

‘Ekselans’ OOD

s. Osmar,

obsht. V. Preslav

39

2812018

ET ‘Bulmilk-Nikolay Nikolov’

s. General Inzovo,

obl. Yambolska

40

2812010

ET ‘Mladost-2-Yanko Yanev’

gr. Yambol,

ul. ‘Yambolen’ 13

41

BG 1012020

ET ‘Petar Mitov-Universal’

s. Gorna Grashtitsa

obsht. Kyustendil

42

BG 0912011

ET ‘Alada-Mohamed Banashak’

s. Byal izvor

obsht. Ardino

43

1112026

‘ABLAMILK’ EOOD

gr. Lukovit

ul. ‘Yordan Yovkov’ 13

44

1712010

‘Bulagrotreyd-chastna kompaniya’ EOOD

s. Yuper

Industrialen kvartal

45

2012011

ET ‘Ivan Gardev 52’

gr. Kermen

ul. ‘Hadzhi Dimitar’ 2

46

2012024

ET ‘Denyo Kalchev 53’

gr. Sliven

ul. ‘Samuilovsko shose’ 17

47

2112015

OOD ‘Rozhen Milk’

s. Davidkovo, obsht. Banite

48

2112026

ET ‘Vladimir Karamitev’

s. Varbina

obsht. Madan

49

2312007

ET ‘Agropromilk’

gr. Ihtiman

ul. ‘P.Slaveikov’ 19

50

BG 1812008

‘Vesi’ OOD

s. Novo selo

51

BG 2512003

‘Si Vi Es’ OOD

gr. Omurtag

Promishlena zona

52

0812030

‘FAMA’ AD

gr. Dobrich

bul. ‘Dobrudzha’ 2

53

0912003

‘Koveg-mlechni produkti’ OOD

gr. Kardzhali

Promishlena zona

54

1412015

ET ‘Boycho Videnov — Elbokada 2000’

s. Stefanovo

obsht. Radomir

55

1712017

‘Diva 02’ OOD

gr. Isperih

ul. ‘An.Kanchev’

56

1712037

ET ‘Ali Isliamov’

s. Yasenovets

57

1712043

‘Maxima milk’ OOD

s. Samuil

58

2012010

‘Saray’ OOD

s. Mokren

59

2012036

‘Minchevi’ OOD

s. Korten

60

2212009

‘Serdika -94’ OOD

gr. Sofia

kv. Zheleznitza

61

2312028

ET ‘Sisi Lyubomir Semkov’

s. Anton

62

2312039

EOOD ‘Laktoni’

s. Ravno pole, obl. Sofiyska

63

2412040

‘Inikom’ OOD

gr. Galabovo

ul. ‘G.S.Rakovski’ 11

64

2512011

ET ‘Sevi 2000- Sevie Ibryamova’

s. Krepcha

obsht. Opaka

65

2812002

‘Arachievi’ OOD

s. Kirilovo,

obl. Yambolska'

66

BG 1612021

ET ‘Deni-Denislav Dimitrov-Ilias Islamov’

s. Briagovo

obsht. Gulyantsi

67

2012008

‘Raftis’ EOOD

s. Byala

68

2112023

ET ‘Iliyan Isakov’

s. Trigrad

obsht. Devin

69

2312020

‘MAH 2003’ EOOD

gr. Etropole

bul. ‘Al. Stamboliyski’ 21

”