|
16.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 330/68 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1232/2009
tal-15 ta’ Diċembru 2009
li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Wiśnia nadwiślanka (DPO)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni mressqa mill-Polonja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Wiśnia nadwiślanka” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tkun irreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament hija rreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum tal-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat tal-KE:
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali fl-istat naturali tagħhom jew ipproċessati
IL-POLONJA
Wiśnia nadwiślanka (DPO)