|
10.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 179/61 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL IMLAQQA’ FIL-KOMPOŻIZZJONI TA’ KAPIJIET TA’ STAT JEW GVERN
tad-9 ta’ Lulju 2009
li jinnomina l-persuna li biħsiebu jaħtar bħala President tal-Kummissjoni għall-perijodu 2009-2014
(2009/532/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, IMLAQQA’ FIL-KOMPOŻIZZJONI TA’ KAPIJIET TA’ STAT JEW GVERN,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 213(1), it-tieni u t-tielet subparagrafi, u l-Artikolu 214(2), l-ewwel subparagrafu tiegħu, kif ukoll il-Protokoll dwar it-tkabbir tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sur José Manuel DURÃO BARROSO huwa b’dan innominat bħala l-persuna li l-Kunsill biħsiebu jaħtar bħala President tal-Kummissjoni għall-perijodu mill-1 ta’ Novembru 2009 sal-31 ta’ Ottubru 2014.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tintbagħat lill-Parlament Ewropew.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
F. REINFELDT