European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/5507

10.10.2025

Notifika tal-Gvern Awstrijak skont l-Artikolu 52(2) tad-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku (“id-Direttiva dwar l-Elettriku”) rigward id-deżinjazzjoni ta’ Tiroler Übertragungsnetz GmbH bħala operatur tas-sistema tat-trażmissjoni fl-Awstrija

(C/2025/5507)

Wara d-deċiżjoni finali tal-awtorità regolatorja Awstrijaka tat-18 ta’ Lulju 2024 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ Tiroler Übertragungsnetz GmbH bħala operatur tas-sistema tat-trażmissjoni b’separazzjoni tas-sjieda (l-Artikolu 43 tad-Direttiva dwar l-Elettriku), l-Awstrija infurmat lill-Kummissjoni bl-approvazzjoni u d-deżinjazzjoni uffiċjali ta’ din il-kumpanija bħala operatur tas-sistema tat-trażmissjoni fl-Awstrija f’konformità mal-Artikolu 52 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Elettriku.

Id-deżinjazzjoni ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tal-Awstrija (Bundesgesetzblatt für die Republik Österreich) u tinsab fil-link li ġejja:

https://www.ris.bka.gv.at/eli/bgbl/II/2024/219,

Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali tista’ tinkiseb permezz ta’ dan l-indirizz:

Bundesministerium für Klimaschutz, Umwelt, Energie, Mobilität, Innovation und Technologie

Abteilung VI/4 (Rechtskoordination und Energie Rechtsangelegenheiten)

Mag. Katharina Saric-Gruber

Stubenring 1, 1010 Wien, Österreich

vi-4@bmk.gv.at


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5507/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)