27.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/3


Noti ta’ Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

(2016/C 30/04)

Skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) qed jiġu emendati kif ġej:

F’paġna 279, in-Nota ta’ Spjegazzjoni għall-intestatura

“7019

Fibri ta’ ħġieġ (inkluż suf minerali) u oġġetti tiegħu (per eżempju, ħjut, fibra minsuġa)”

tinbidel bi:

“7019

Fibri ta’ ħġieġ (inkluż suf minerali) u oġġetti tiegħu (per eżempju, ħjut, fibra minsuġa)

Il-fibri ta’ ħġieġ jinkludu żewġ kategoriji ewlenin:

(a)

il-fibri tal-ħġieġ tessili (fibri tal-ħġieġ tal-filament) magħmula minn ħġieġ, jiġifieri prodotti tal-ħġieġ li fih fil-biċċa l-kbira filamenti paralleli għal xulxin; il-fibri tal-ħġieġ tessili jintużaw l-aktar għal tisħiħ ta’ materjali oħrajn, eż. komposti, plastik;

(b)

fibri tas-suf tal-ħġieġ; il-fibri tas-suf tal-ħġieġ (fibri orjentati b’mod każwali) huma manifatturati permezz ta’ proċess ta’ għażil rotanti u jintużaw l-aktar għal skopijiet ta’ insulazzjoni.

Hemm żewġ tipi ta’ fibri tal-ħġieġ tessili:

(a)

fibri tal-ħġieġ tal-filament (kontinwi) li jikkonsistu minn numru kbir ta’ filamenti paralleli kontinwi b’dijametri li normalment ikunu ta’ bejn 3 u 34 μm (mikroni). wara li jifformaw, dawk il-filamenti kontinwi jinżammu flimkien f’troffa skont id-daqs (imsejħa wkoll ‘sizing’) sabiex jiġu ffaċilitati l-passi sussegwenti tal-produzzjoni (qtugħ, stralċ, brim, insiġ, eċċ.); il-prodotti intermedji mbagħad jintużaw fil-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti tal-fibra tal-ħġieġ kummerċjali (trofof imqattgħin, ftietel, ħjut, eċċ.);

(b)

fibra tal-ħġieġ tal-filament mhux kontinwa tal-fibra (fibra tal-ħġieġ bażika) magħmula minn filamenti maqtugħa jew imkissra f’tulijiet qosra waqt il-proċess ta’ produzzjoni u miġbuda f’troffa kontinwa ta’ fibri immuntati b’mod laxk; dawn normalment jintużaw f’tessuti minsuġa, pereżempju, għall-kisi ta’ ħitan fis-settur tal-bini u l-kostruzzjoni.

Il-fibri tal-ħġieġ tessili jistgħu jiġu pproċessati aktar f’dawn l-artikoli li ġejjin ta’ din l-intestatura:

—

twapet u skrims b’fibri mwaħħla kimikament, jiġifieri twapet bi trofof imqattgħin, twapet bi trofof kontinwi u prodotti tipiċi mhux minsuġa bħal folji rqaq (voiles), skrims poġġuti, eċċ.,

—

fibri mwaħħla mekkanikament, jiġifieri tessuti minsuġin, tessuti mhux immewġa, tessuti nnittjati, tessuti meħjuta, tessuti bil-labra bħal ftietel minsuġin, tessuti b’xibka miftuħa u skrins.”


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  ĠU C 76, 4.3.2015, p. 1.