Brussell, 3.7.2026

COM(2026) 365 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

Previżjoni fit-tul tal-influssi u l-ħruġ ta’ flus futuri tal-baġit tal-UE (2027-2034)


Werrej

Werrej    

1.    Introduzzjoni    

2.    Previżjoni tal-influssi ta’ flus tal-baġit tal-UE 2027-2034    

2.1.    Pagamenti b’rabta mal-impenji tal-QFP 2021–2027    

2.2.    Pagamenti fir-rigward tal-impenji tal-QFP 2028-2034    

2.3.    Diżimpenji    

2.4.    Evoluzzjoni tal-livell ta’ impenji pendenti    

3.    Previżjoni tal-influssi ta’ flus tal-baġit tal-UE 2027-2034    

3.1.    Sorsi ta’ dħul    

4.    Konklużjonijiet    

Anness II – Riżultati tal-previżjoni    

Tabella 1.1 – Previżjoni fit-tul tal-ħruġ ta’ flus futuri matul l-2027–2034 għall-QFP    

Tabella 1.2 – Pagamenti b’rabta mal-impenji tal-QFP 2021–2027    

Tabella 1.3 – Pagamenti għat-tlestija tal-impenji ta’ qabel l-2021    

Tabella 1.4 — Pagamenti għall-impenji tal-2028-2034    

Tabella 2 – Previżjoni tad-diżimpenji 2027–2034    

Tabella 3 – Impenji pendenti 2027–2034    

Tabella 4 — Previżjoni fit-tul tal-influssi futuri tal-baġit tal-UE tal-2027 u tal-QFP 2028–2034    

1.Introduzzjoni

Dan ir-rapport jipproġetta l-flussi ta’ dħul u ta’ ħruġ tal-baġit tal-UE skont l-Artikolu 253(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju I . Din is-sitt II edizzjoni tipprevedi d-dħul u n-nefqa li jirriżultaw mill-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2021–2027 III , u l-QFP 2028-2034 abbażi tal-proposta tal-Kummissjoni għall-QFP li jmiss IV għall-pagamenti fuq l-impenji 2028-2034.

Fuq in-naħa tan-nefqa, ir-rapport jipprevedi pagamenti li jirriżultaw minn impenji li saru bis-saħħa tal-QFP kurrenti u dawk preċedenti, inkluż l-istokk ta’ impenji pendenti (RAL) mistennija fi tmiem l-2027. Bħal fir-rapport tas-sena l-oħra, huwa jipproġetta wkoll pagamenti relatati ma’ impenji li jsiru bis-saħħa tal-QFP 2028–2034 abbażi tal-proposta tal-Kummissjoni għall-QFP li jmiss.

Id-dħul għall-2027 huwa bbażat fuq l-abbozz tal-baġit tal-2027. Id-dħul mill-2028 huwa previst abbażi tas-sistema proposta mill-Kummissjoni fl-2025 bil-proposta għal Deċiżjoni ġdida dwar ir-Riżorsi Proprji V . Il-projezzjonijiet tad-dħul iqisu wkoll il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika VI (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”).

L-estimi għall-pagamenti ppreżentati f’dan ir-rapport huma bbażati fuq il-limiti massimi tan-nefqa riveduti (aġġustament tekniku tal-QFP għall-2027) VII u l-approprjazzjonijiet ta’ impenn inklużi fl-ipprogrammar finanzjarju li jakkumpanja l-abbozz tal-baġit għall-2027 VIII , li jinkorpora l-aġġustamenti speċifiċi għall-programm skont l-Artikolu 5 tar-Regolament QFP IX (MFFR) X kif ukoll l-użu mill-ġdid tad-diżimpenji skont l-Artikolu 15(3) XI tar-Regolament Finanzjarju.

Fir-rigward tan-NextGenerationEU, is-self nett kollu għall-finanzjament ta’ żborżi ġodda se jitlesta sa tmiem l-2026. Sussegwentement, se jsiru biss ammonti żgħar, l-aktar għan-nefqa amministrattiva. L-iżborżi tan-NextGenerationEU jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-rapport, li jkopri l-perjodu mill-2027.

2.Previżjoni tal-influssi ta’ flus tal-baġit tal-UE
2027-2034

Matul il-perjodu 2027–2034 il-pagamenti huma stmati għal EUR 2 173 biljun XII . Il-medja annwali stmata tal-flussi ta’ ħruġ tal-baġit tal-UE hija ta’ EUR 272 biljun.

Dawn huma magħmula minn:

·Pagamenti fuq impenji li saru fil-QFP 2021–2027 u dawk preċedenti

Pagamenti fuq impenji li saru fil-QFP 2021–2027, li jitħallsu parzjalment fl-2027 u parzjalment fil-QFP 2028–2034, stmati b’kollox għal EUR 527 biljun; , jew EUR 75,3 biljun bħala medja għall-2027-2033. Madwar 40 % ta’ dawk il-pagamenti, jiġifieri EUR 210 biljun huma mistennija fl-2027 f’konformità mal-proposta tal-abbozz tal-baġit. L-EUR 317 biljun li jifdal huma pproġettati li jitħallsu l-aktar fl-ewwel 3 snin tal-QFP il-ġdid. Dan huwa konsistenti max-xejriet ta’ implimentazzjoni tal-passat meta l-programmi (partikolarment il-politika ta' koeżjoni) jilħqu ritmu tajjeb. Il-pagamenti fuq impenji pendenti li jirriżultaw mill-QFP qabel l-2021–2027 huma stmati għal EUR 5,9 biljun, jew medja ta’ EUR 0,8 biljun għall-2027–2033. Huma mistennija li jonqsu u jitneħħew gradwalment sa tmiem l-2033.

·Pagamenti fuq impenji għall-QFP 2028–2034

Skont il-proposta tal-Kummissjoni għall-QFP 2028-2034 ta’ Lulju 2025, u r-rapport tas-sena l-oħra, il-pagamenti fuq l-impenji li saru fil-QFP 2028-2034 huma bħala medja EUR 234 biljun kull sena, li jammontaw għal EUR 1 641 biljun matul il-perjodu. B’mod ġenerali, il-pagamenti huma pjuttost antiċipati għall-ewwel nofs tal-perjodu tas-7 snin peress li l-programmi l-ġodda huma mistennija li jkollhom xejra ta’ implimentazzjoni aktar rapida. Kif spjegat fir-rapport tas-sena l-oħra, il-frontloading huwa r-riżultat ta’ miżuri proposti biex jiffaċilitaw bidu f’waqtu u profil ta’ implimentazzjoni aktar faċli, li jirriżulta f’xejra aktar uniformi ta’ pagamenti matul il-perjodu.

Tabella1 - Previżjoni tal-pagamenti skont il-kategorija

Meta mqabbel mal-estimi li jirfdu l-proposta tal-Kummissjoni ta’ Lulju 2025, il-previżjoni kurrenti tindika livell aktar baxx ta’ pagamenti b’EUR 18-il biljun marbut ma’ bidliet fil-pagamenti tar-RAL (jiġifieri pagamenti fuq impenji li saru qabel l-2028). Din id-differenza hija prinċipalment xprunata mill-aċċellerazzjoni tal-pagamenti bis-saħħa tal-politika ta’ koeżjoni 2021–2027 fl-2026 u l-2027, li tnaqqas l-istokk ta’ impenji pendenti mistennija fi tmiem il-QFP kurrenti u, konsegwentement, il-livell ta’ pagamenti fuq impenji ta’ qabel l-2028 meħtieġa matul il-perjodu 2028–2034.

Il-limitu massimu ta’ pagamenti propost għall-QFP 2028–2034 jibqa’ biżżejjed biex ikopri b’mod ġenerali l-ħtiġijiet ta’ pagament li hemm previsti bħalissa għal matul il-perjodu, b’xi varjazzjonijiet bejn is-snin. Skont is-suppożizzjonijiet kurrenti, il-pagamenti jistgħu jaqbżu l-limiti massimi annwali fl-2030 (EUR 14 biljun), 2032 (EUR 6 biljun) u 2033 (EUR 4 biljun). Il-pagamenti jkunu taħt il-limiti massimi fis-snin 2028 (EUR 4 biljun), 2029 (EUR 17-il biljun), u 2031 (EUR 21 biljun). Sabiex jiġi żgurat li l-limitu massimu tal-pagamenti jiġi rispettat f’kull sena tal-QFP, jista’ jkun meħtieġ l-użu tal-mekkaniżmi previsti fir-Regolament QFP biex jiġu aġġustati l-livelli massimi tal-pagamenti annwali.

Id-differenza li tirriżulta bejn il-previżjoni ġenerali kurrenti tal-pagamenti u l-limiti massimi proposti tal-pagamenti tal-QFP għandha, madankollu, tiġi interpretata b’kawtela. Filwaqt li l-previżjoni għall-pagamenti fuq l-impenji eżistenti tibbenefika minn data ta’ implimentazzjoni aktar reċenti, il-profil tal-pagamenti tal-programmi taħt il-QFP futur huwa soġġett għall-eżitu tan-negozjati li għaddejjin. Il-bidliet fid-daqs u l-kompożizzjoni ġenerali tal-QFP jistgħu jaffettwaw it-twaqqit u l-livell tal-ħtiġijiet futuri ta’ pagament.



Tabella2 – Previżjoni tal-pagamenti mqabbla mal-limitu massimu tal-pagamenti tal-QFP għall-perjodu 2027–2034

3.Pagamenti b’rabta mal-impenji tal-QFP 2021–2027

Il-koeżjoni u l-Politika Agrikola Komuni (PAK) jirrappreżentaw aktar minn nofs il-pagamenti proġettati li jirriżultaw mill-QFP 2021–2027.

Intestatura 2a - Politika ta’ koeżjoni

L-implimentazzjoni tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni qed taċċellera meta mqabbla mal-aħħar rapport ta’ previżjoni tal-pagamenti fit-tul XIII . It-tisħiħ għall-politika ta’ koeżjoni fl-2026 XIV (EUR 3,4 biljuni għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, EUR 0,6 biljun għall-Fond ta’ Koeżjoni, EUR 1,4 biljun għall-Fond Soċjali Ewropew Plus) jirrikjedi finanzjament addizzjonali biex ikopri t-talbiet għal pagament ogħla.

Din l-aċċellerazzjoni hija r-riżultat tal-preżentazzjoni mill-Istati Membri fl-2025 ta’ applikazzjonijiet għal pagament ferm lil hinn mir-regola ta’ diżimpenn n+3, xprunata mill-flessibbiltajiet u l-inċentivi finanzjarji pprovduti lill-Istati Membri bħala parti mir-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-politika ta’ koeżjoni u r-Regolament dwar il-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (STEP). Dan żied il-pressjoni fuq il-baġit tal-2026 (kif rifless fil-proposta għal abbozz tal-baġit emendatorju 2/2026). Din l-aċċellerazzjoni hija mbassra li tkompli fl-2027 u fl-2028. Il-previżjoni tal-2027 u l-2028 tassumi li s-sottomissjoni tat-talbiet għall-pagamenti tkun allinjata mal-profil storiku fis-snin li ġejjin, li jwassal għall-iżborż ta’ madwar 18 % tal-allokazzjonijiet tal-fondi fl-2027, u għal madwar 50 % tal-allokazzjonijiet totali li għandhom jitħallsu mill-2028 ’il quddiem.

Intestatura 3 — Politika Agrikola Komuni (PAK) u Fond għal Tranżizzjoni Ġusta

Il-pagamenti previsti għall-Pilastru I tal-PAK, in-nefqa relatata mas-suq u l-pagamenti diretti, jammontaw għal EUR 40,6 biljun fl-2027, li jirriflettu l-abbozz ta' baġit l-aktar reċenti.

L-implimentazzjoni tal-Pilastru II skont il-pjanijiet strateġiċi tal-PAK, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) – bdiet fl-2023. Id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali li estendew il-programmi 2014-2020 sal-2022 li ppermettew l-implimentazzjoni kontinwa tagħhom skont ir-regola n+3 pprovdew sena oħra biex jitlestew il-pagamenti meta mqabbla mar-regoli tal-pjanijiet strateġiċi tal-PAK 2023–2027, li huma soġġetti għar-regola N+2.

Il-previżjoni tal-pagamenti li jirriżultaw mill-QFP 2021–2027 tinkludi l-pagamenti mill-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK 2023–2027 kif ukoll dawk marbuta mal-estensjoni tal-programmi ta’ żvilupp rurali għall-2021 u l-2022, li se jitlestew sal-2027. Il-previżjoni tqis ukoll it-trasferimenti bejn il-pilastri tal-Politika Agrikola Komuni kkomunikati mill-Istati Membri XV , li rriżultaw fi trasferiment nett ta’ EUR 5,5 biljuni mill-Pilastru I (FAEG) għall-Pilastru II (FAEŻR) għas-snin 2023–2027.

L-implimentazzjoni tal-pjanijiet tal-PAK 2023–2027 hija mistennija li tilħaq il-quċċata tagħha fl-2028 b’pagamenti aktar baxxi fl-2029 u aktar tard fl-2030, u l-għeluq mistenni fl-2031. It-tlestija u l-aħħar pagamenti tal-programmi operazzjonali tal-iżvilupp rurali għall-perjodu 2014–2022 huma mistennija għall-2027.

Għall-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, il-pagamenti sal-lum ġew iffinanzjati b’mod predominanti taħt il-komponent NextGenerationEU tiegħu, li se jintuża sa tmiem l-2026, f’konformità mal-iskadenzi legali. L-ewwel pagamenti sostanzjali taħt il-komponent tal-QFP huma mistennija mill-2026 ’il quddiem.

Programmi u intestaturi oħrajn

Ir-riżerva għall-Ukrajna, strument speċjali li jimmobilizza l-appoġġ għan-nefqa lil hinn mil-limiti massimi tan-nefqa tal-QFP għall-2024–2027, hija prevista li tikkonkludi l-biċċa l-kbira tal-pagamenti sa tmiem l-2027. EUR 0,9 biljun ikunu koperti fil-QFP 2028–2034 bħala pagamenti fuq impenji pendenti.

4.Pagamenti fir-rigward tal-impenji tal-QFP 2028-2034

Il-pagamenti għall-QFP 2028–2034 huma mbassra li jkunu ta’ EUR 1 641 biljun matul il-perjodu, u jkopru aktar minn 80 % tal-QFP. Meta jitqies li n-negozjati dwar il-QFP li jmiss għadhom għaddejjin, id-data ppreżentata fit-taqsima hija bbażata fuq il-proposta tal-Kummissjoni ta’ Lulju 2025 u bħala tali hija l-istess bħal fir-rapport tas-sena l-oħra.

Intestatura 1 — Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, agrikoltura, prosperità u sigurtà rurali u marittima

Il-mutur ewlieni tal-profil tal-pagamenti fil-QFP 2028–2034 se jkun il-Pjanijiet ta’ Sħubija Nazzjonali u Reġjonali b’total ta’ EUR 965 biljun f’pagamenti previsti għall-intestatura b’mod kumplessiv.

Mill-2028, l-UE mistennija tibda l-ħlas lura tad-dejn maħruġ taħt NextGenerationEU. Għall-QFP 2028–2034, il-Kummissjoni tipproponi ammont fiss ta’ EUR 24 biljun fis-sena fi prezzijiet kurrenti għall-ħlas lura tal-imgħax u tal-kapital tal-appoġġ mhux ripagabbli pprovdut taħt NextGenerationEU. Dan ifisser ammont globali ta’ EUR 168 biljun matul l-2028–2034.

Il-pagamenti li jifdal fir-rigward ta’ din l-intestatura huma fil-biċċa l-kbira għal aġenziji deċentralizzati (bħall-Frontex u l-Europol) fejn il-pagamenti tal-UE jsiru bis-sħiħ fl-istess sena meta jiġi impenjat is-sussidju lill-aġenzija.

Intestatura 2 — Kompetittività, prosperità u sigurtà

Il-pagamenti taħt l-intestatura 2 jammontaw għal EUR 424 biljun. Il-pagamenti huma prinċipalment xprunati mill-Fond Ewropew għall-Kompetittività u minn Orizzont Ewropa.

Intestatura 3 — Ewropa Globali

Il-pagamenti taħt l-intestatura 3 jammontaw għal EUR 135 biljun. Il-pagamenti huma prinċipalment xprunati mill-Ewropa Globali.

Strumenti speċjali

Strumenti speċjali jaqgħu taħt żewġ kategoriji:

Strument tematiku (Ukrajna) — Ir-Riżerva għall-Ukrajna se tkun strument speċjali tematiku (EUR 100 biljun) li jippermetti lill-Unjoni tiffinanzja l-isforzi ta’ rkupru u rikostruzzjoni tal-Ukrajna kif ukoll tappoġġa t-triq tal-adeżjoni tal-pajjiż permezz ta’ assistenza ta’ qabel l-adeżjoni. L-appoġġ kollu lill-Ukrajna se jingħata u jiġi implimentat permezz tal-Ewropa Globali. Ir-Regolament QFP jipprevedi li l-ammont annwali mobilizzat taħt ir-Riżerva għall-Ukrajna f’sena partikolari ma għandux jaqbeż l-EUR 13,5 biljun fi prezzijiet tal-2025. Fl-24 ta’ Frar 2026, ġie adottat ir-Regolament XVI li jistabbilixxi self ta’ appoġġ għall-Ukrajna ta’ EUR 90 biljun. Fit-23 ta’ Mejju 2026, ir-Regolament QFP 2021–2027 ġie emendat biex jippermetti l-appoġġ finanzjarju ta’ dan is-self taħt il-marġni ta’ manuvra tal-baġit tal-UE, lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP, kif ukoll biex jinħoloq strument speċjali għall-finanzjament tas-sussidju tar-rata tal-imgħax ipprovdut mill-Unjoni lill-Ukrajna għas-self. Din in-nefqa u l-obbligazzjonijiet kontinġenti relatati, li għandhom jiġu koperti taħt il-marġni ta’ manuvra tal-baġit tal-UE, mhumiex inklużi fir-Riżerva għall-Ukrajna ta’ EUR 100 biljun proposta f’Lulju 2025.

Strumenti mhux tematiċi — l-allokazzjoni ta’ ammonti addizzjonali għal programmi speċifiċi tal-QFP soġġetti għal kundizzjonijiet speċifiċi. Il-mobilizzazzjoni tagħhom u l-ħtiġijiet ta’ pagament sussegwenti ma jistgħux jiġu mbassra. Għall-istrument ta’ Flessibbiltà, ir-Regolament QFP għall-2028–2034 jipprevedi bħala minimu ammont fiss annwali ta’ EUR 2 000 miljun fi prezzijiet tal-2025.

In-nefqa koperta mill-mobilizzazzjoni ta’ strumenti speċjali tingħadd flimkien mal-limiti massimi tal-QFP u hija eskluża għall-finijiet tal-istabbiliment tal-marġnijiet għall-impenji u l-pagamenti. Minħabba n-natura tagħhom u peress li huma soġġetti għal deċiżjonijiet tal-awtorità baġitarja fuq bażi annwali, l-ammonti għall-2028–2034 ippreżentati f’dan ir-rapport ma jqisux il-mobilizzazzjoni ta’ dawn l-istrumenti speċjali.

5.Diżimpenji

Il-previżjoni tad-diżimpenji li tirriżulta mill-programmi tal-QFP kurrenti u dawk preċedenti sa tmiem l-2034 hija ta’ EUR 11-il biljun. Hija sostanzjalment xprunata mill-programmi ta’ koeżjoni taħt il-QFP kurrenti u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR).

Il-QFP 2028–2034 jipproponi bidliet sostantivi fil-modi ta’ twettiq immirati lejn is-simplifikazzjoni u l-aċċellerazzjoni tal-implimentazzjoni, li jwasslu għal adozzjoni sħiħa tal-impenji fil-QFP li jmiss. Għalhekk, ma hija preżunta l-ebda previżjoni speċifika ta’ diżimpenn għall-programmi taħt il-QFP li jmiss.

Intestatura 2a - Politika ta’ koeżjoni

Meta titqies l-aħħar informazzjoni disponibbli, id-diżimpenji għat-tlestija tal-programmi 2014–2020 żdiedu meta mqabbla mar-rapport tas-sena l-oħra minn EUR 0,5 biljun għal EUR 1,6 biljun. B’mod ġenerali, ir-riskju ta’ diżimpenji fi tmiem l-2027 għall-programmi tal-2021-2027 huwa baxx bis-saħħa tal-implimentazzjoni aċċellerata, u prefinanzjament addizzjonali minħabba r-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-politika ta’ koeżjoni. Fl-2025 u l-2026, l-Istati Membri ppreżentaw applikazzjonijiet għal pagament li jaqbżu r-regola ta’ diżimpenn n+3, u din ix-xejra hija mistennija li tkompli fl-2027. Madankollu, huma mistennija EUR 0,4 biljun f’diżimpenji fl-għeluq, f’konformità max-xejriet ta’ implimentazzjoni tal-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti.

Intestatura 3 – Politika Agrikola Komuni

Il-previżjoni tad-diżimpenji mill-programmi tal-iżvilupp rurali 2014–2022 naqset meta mqabbla mal-aħħar previżjoni, minn EUR 3,1 biljun għal EUR 1,5 biljun mistennija fl-2027. Id-diżimpenji preċedenti ammontaw għal EUR 0,3 biljun. B’mod ġenerali, id-diżimpenji taħt il-FAEŻR għall-programmi tal-2014–2022 issa huma stmati għal 1,5 % tal-allokazzjoni totali, filwaqt li jiġi nnotat titjib meta mqabbel mal-programmi tal-iżvilupp rurali tal-2007–2013 fejn is-sehem tad-diżimpenji kien ta’ 2 %. Fir-rigward taż-żmien, id-diżimpenji huma mistennija sa tmiem l-2027 meta jiġi proċessat l-għeluq tal-pagamenti.

Bħalissa, ammont ta’ EUR 1 biljun huwa mistenni li jiġi diżimpenjat taħt il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK 2023–2027. Dawk id-diżimpenji huma mistennija li jseħħu bejn l-2026 u l-2030.

Programmi u intestaturi oħrajn

Għall-programmi ġestiti direttament jew indirettament mill-Kummissjoni, il-previżjoni tad-diżimpenn hija mibnija fuq l-aktar informazzjoni reċenti fil-livell tal-proġett. Il-projezzjonijiet għad-diżimpenji relatati mal-programmi tal-QFP 2021–2027 huma ppreżentati fit-Tabella 2. Huma konsistenti mal-estimi mill-iskedi tal-pagamenti. Madankollu, is-sena preċiża ta’ diżimpenn ma tistax tiġi prevista bi preċiżjoni, peress li tiddependi fuq l-għeluq ta’ proġetti u azzjonijiet individwali.

6.    Evoluzzjoni tal-livell ta’ impenji pendenti

Il-QFP li jmiss huwa mistenni li jibda b’RAL ta’ EUR 321 biljun XVII , li huwa tnaqqis ta’ EUR 18-il biljun meta mqabbel mal-previżjoni tas-sena l-oħra (EUR 339 biljun). Dan ir-riżultat huwa xprunat l-aktar mill-aspettattivi riveduti għall-programmi tal-politika ta’ koeżjoni u miż-żieda fil-pagamenti fl-2026–2027. Ir-RAL aktar baxx mistenni fil-bidu tal-QFP li jmiss jissarraf direttament fil-previżjoni korrispondenti aktar baxxa ta’ pagamenti għat-tlestija tal-programmi ta’ qabel l-2028 fil-QFP li jmiss.

Ir-RAL tan-NextGenerationEU se jiġi assorbit sa tmiem l-2026 meta l-pagamenti kollha se jitlestew, ħlief għal ammonti żgħar prinċipalment marbuta man-nefqa amministrattiva.

Għalkemm ir-RAL huwa pproġettat li jiżdied f’termini nominali minn EUR 321 biljun fil-bidu tal-QFP għal EUR 344 biljun fi tmiem l-2034, il-piż relattiv tiegħu fl-ekonomija tal-UE u fir-rigward tad-daqs tal-QFP huwa mistenni li jonqos. Ir-RAL jonqos minn 1,6 % tal-ING tal-UE fi tmiem l-2027 għal 1,3 % fi tmiem l-2034 u jirrappreżenta madwar 20 % tal-QFP 2028–2034, proporzjon aktar baxx milli previst għall-QFP kurrenti. Dan jindika stokk aktar ikkontrollat ta’ impenji pendenti milli taħt perjodi ta’ programmazzjoni preċedenti u konċentrazzjoni mnaqqsa ta’ pagamenti lil hinn minn tmiem il-QFP. L-iżvilupp ipproġettat jirrifletti kemm l-implimentazzjoni aktar b’saħħitha osservata lejn tmiem il-QFP kurrenti kif ukoll il-karatteristiċi ta’ implimentazzjoni proposti għall-QFP 2028–2034, li huma mistennija li jwasslu għal eżekuzzjoni aktar f’waqtha tal-programmi u akkumulazzjoni aktar baxxa ta’ impenji pendenti maż-żmien.

7.Previżjoni tal-influssi ta’ flus tal-baġit tal-UE
2027-2034

Id-dħul għall-2027 huwa bbażat fuq l-abbozz tal-baġit tal-2027. Id-dħul mill-2028 jibqa’ kif previst fir-rapport tas-sena l-oħra peress li jirrifletti l-proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni ġdida dwar ir-Riżorsi Proprji, li bħalissa qed tiġi nnegozjata. L-estimu tar-riżorsa proprja residwa tal-ING huwa aġġustat mekkanikament biex jiġi żgurat bilanċ kumplessiv mal-pagamenti previsti, li ġew aġġornati għat-tlestija tal-programmi ta’ qabel l-2028.

Il-baġit tal-UE huwa ffinanzjat mir-riżorsi proprji u minn dħul ieħor. Barra minn hekk, l-Unjoni għandha s-setgħa li tissellef fondi biex tiffinanzja n-NextGenerationEU, li jiġu diretti fil-baġit permezz ta’ dħul assenjat estern – bis-self li jmiss li jispiċċa fl-2026.

Ir-riżorsi proprji meħtieġa għall-finanzjament tal-baġit huma ddeterminati min-nefqa totali mingħajr “dħul ieħor”. Il-previżjoni tad-dħul tal-baġit tal-UE hija bbażata fuq il-prinċipju li n-nefqa trid tkun akkumpanjata mid-dħul; għalhekk, id-dħul totali huwa daqs in-nefqa totali.

Mill-2021, f’konformità mal-Ftehim dwar il-Ħruġ (il-parti V), ir-Renju Unit jikkontribwixxi għall-baġit tal-UE fir-rigward tal-impenji pendenti ta’ oqfsa finanzjarji preċedenti. Il-kontribuzzjoni tar-Renju Unit tikkostitwixxi “dħul ieħor” tal-baġit tal-UE. Din se titneħħa gradwalment hekk kif il-pagamenti fuq l-impenji pendenti jsiru fil-QFP li jmiss, kif ippreżentat fit-taqsima 2.1. Għall-2028–2034, “dħul ieħor” jinkludi l-kontribuzzjoni aġġornata tar-Renju Unit.

Ir-riżorsi proprji — bħalissa r-riżorsi proprji tradizzjonali kif ukoll ir-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT, il-plastik u l-ING — jammontaw għall-biċċa l-kbira tad-dħul meħtieġ biex tiġi ffinanzjata n-nefqa tal-baġit. Iċ-ċiklu ta’ nfiq jiddetermina l-iżvilupp tal-kontribuzzjonijiet tar-riżorsi proprji tal-Istati Membri matul il-perjodu ta’ previżjoni.

8.    Sorsi ta’ dħul

Għall-2027, id-dħul f’dan ir-rapport jirrifletti l-abbozz tal-baġit tal-2027. Għall-QFP li jmiss, ir-riżorsi proprji huma pproġettati f’konformità mal-proposta tal-Kummissjoni ta’ Lulju 2025. Skont il-previżjoni li takkumpanja l-proposta tal-Kummissjoni, ir-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali) huma pproġettati li jikbru bl-istess rata bħall-ING fi prezzijiet kurrenti ta’ kull Stat Membru billi jibdew mil-livell tad-dazji doganali grossi pproġettati għall-abbozz tal-baġit 2026, bl-użu tal-parametri tal-proposta l-ġdida għal Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji għall-QFP li jmiss.

Id-dħul mir-riżorsa proprja bbażata fuq il-VAT huwa pproġettat li jibda mill-bażijiet tal-VAT tal-Istati Membri individwali inklużi fl-abbozz tal-baġit 2026. Il-bażijiet tal-VAT huma pproġettati li jikbru bl-istess rata tal-ING fil-prezzijiet kurrenti.

Ir-riżorsa proprja bbażata fuq il-plastik hija pproġettata li tibda mill-iskart mhux riċiklat mill-imballaġġ tal-plastik inkluż fl-abbozz tal-baġit 2026. L-iskart mill-imballaġġ tal-plastik korrispondenti huwa pproġettat li jikber bl-istess rata tal-ING fi prezzijiet kostanti. Ir-rati ta’ riċiklaġġ huma pproġettati li jikkonverġu b’mod lineari lejn il-mira ta’ riċiklaġġ tal-UE ta’ 55 %, li trid tintlaħaq sal-2030.

Ir-riżorsa proprja bbażata fuq l-ING għall-EU-27 hija kkalkulata bħala d-differenza li jifdal bejn ir-riżorsi proprji l-oħra kollha u dħul ieħor minn naħa waħda u n-nefqa prevista min-naħa l-oħra. Il-parametri għar-riżorsi proprji speċifikati fid-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji jiddeterminaw is-sehem tal-Istati Membri fl-ammont totali ta’ kontribuzzjonijiet għar-riżorsi proprji li huwa meħtieġ biex jiġi bbilanċjat il-baġit tal-UE.

Il-proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji tinkludi diversi riżorsi proprji addizzjonali.

Il-previżjoni tad-dħul għar-riżorsa proprja bbażata fuq is-Sistema Ewropea għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS1) hija bbażata fuq prezz preżunt tal-karbonju ta’ EUR 88,33 fi prezzijiet tal-2025. L-għadd ta’ kwoti tal-emissjonijiet irkantati ġej mid-dispożizzjonijiet legali fid-Direttiva dwar l-ETS XVIII .

Fir-rigward tar-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskart elettroniku, l-ewwel jiġi kkalkulat l-iskart sottostanti mhux miġbur ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) fi Stat Membru f’sena partikolari. Imbagħad, ir-rati ta’ ġbir huma pproġettati jikkonverġu b’mod lineari lejn il-mira ta’ ġbir tal-UE ta’ 65 % sal-2034.

Id-dħul mir-Riżorsa Proprja tad-Dazju tas-Sisa fuq it-Tabakk huwa pproġettat abbażi tad-Direttiva dwar id-Dazju tas-Sisa fuq it-Tabakk u r-riformulazzjoni proposta tagħha.

Id-dħul mir-riżorsa proprja bbażata fuq il-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri (CBAM) huwa pproġettat li jassumi l-istess prezz tal-karbonju bħal tal-ETS1.

Il-projezzjonijiet għar-Riżorsa Korporattiva għall-Ewropa (CORE) huma bbażati fuq data fil-livell tal-kumpaniji tal-2023 mill-bażi tad-data Orbis. Kontribuzzjoni annwali ta’ somma f’daqqa mill-kumpaniji kollha li joperaw u jbigħu fl-UE hija applikata kif speċifikat fil-proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni ġdida dwar ir-Riżorsi Proprji.

Dħul ieħor tal-baġit tal-UE jinkludi kontribuzzjonijiet tal-persunal, dħul li jakkumula mill-operat amministrattiv tal-istituzzjonijiet, kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet b’rabta ma’ ftehimiet u programmi tal-Unjoni, imgħax fuq pagamenti tard u multi, dħul minn operazzjonijiet ta’ għoti u teħid b’self, dħul minn tariffi mhux assenjati għal nefqa speċifika, u dħul mixxellanju — kif ukoll surpluses minn snin preċedenti. Minħabba l-volatilità inerenti tagħhom, il-biċċa l-kbira ta’ dawk il-komponenti diffiċli li jiġu previsti fit-tul. Għalhekk, l-ammont annwali inkluż fil-proposta tal-Kummissjoni għall-QFP li jmiss ta’ Lulju 2025 (jiġifieri EUR 3 biljun) huwa preżunt li jibqa’ nominalment kostanti matul il-perjodu ta’ previżjoni.

Mill-2021, minbarra l-partiti msemmija hawn fuq, dħul ieħor tal-baġit tal-UE jinkludi l-kontribuzzjoni tar-Renju Unit relatata ma’ impenji pendenti (RAL) li għalihom ir-Renju Unit huwa responsabbli, obbligi tal-pensjoni u komponenti oħra tas-saldu finanzjarju, kif stabbilit fil-Ftehim dwar il-Ħruġ XIX . Dan huwa rifless ukoll fil-finanzjament propost tal-abbozz tal-baġit 2027.

Il-kontribuzzjoni tar-Renju Unit relatata mal-impenji pendenti fil-31 ta’ Diċembru 2020 hija ddeterminata bl-applikazzjoni tas-sehem ta’ finanzjament tar-Renju Unit għall-pagamenti tar-RAL previsti għal kull sena tal-perjodu 2027–2034. Il-kontribuzzjoni annwali li tirriżulta tqis il-modalitajiet ta’ pagament stabbiliti fl-Artikolu 148 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.

Il-previżjoni ta’ dħul ieħor tinkludi l-kontribuzzjoni tar-Renju Unit għall-obbligazzjonijiet tal-pensjonijiet għall-Membri u għad-detenturi ta’ karigi pubbliċi ta’ livell għoli tal-UE kif speċifikat fl-Artikolu 142(5) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ. Il-kontribuzzjoni tar-Renju Unit għall-pensjonijiet tal-persunal (estimu ta’ EUR 351 miljun fl-abbozz tal-baġit tal-2027) iddaħħal il-baġit tal-UE bħala dħul assenjat estern u għalhekk mhijiex parti mill-previżjoni fit-tul ta’ dħul ieħor.

Fi kwalunkwe sena partikolari, ir-riżorsi proprji totali miġbura mill-Unjoni ma jistgħux jaqbżu l-limitu massimu tar-riżorsi proprji stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 ta’ 1,4 % tal-ING tal-EU-27, b’żieda temporanja addizzjonali ta’ 0,6 % tal-ING tal-UE biex jiġu koperti l-obbligazzjonijiet kollha tal-Unjoni mis-self fis-swieq kapitali għall-finanzjament tan-NextGenerationEU.

Id-Deċiżjoni l-ġdida proposta dwar ir-Riżorsi Proprji tistabbilixxi l-limiti massimi tar-riżorsi proprji għall-perjodu 2028–2034 kif ġej:

·1,75 % għal-limitu permanenti.

·0,6 % għal-limitu massimu biex jiġu koperti l-obbligazzjonijiet kollha tal-Unjoni mis-self fis-swieq kapitali għall-finanzjament tan-NextGenerationEU.

·0,25 % għall-istrument għall-kriżijiet, f’każ ta’ attivazzjoni.

Il-marġni disponibbli taħt il-limitu massimu tar-riżorsi proprji permanenti (l-hekk imsejjaħ marġni ta’ manuvra) huwa mistenni li jonqos min]abba li l-pagamenti mistennija jiżdiedu fl-2027 meta mqabbla mal-2026, filwaqt li l-Introjtu Nazzjonali Gross tal-Unjoni huwa mistenni li jiżdied proporzjonalment inqas matul l-istess sena. Il-marġni taħt il-limitu massimu permanenti tar-riżorsi proprji fl-2027 se jkun ta’ madwar EUR 84 biljun.

Għall-2028–2034, il-marġni taħt il-limitu massimu permanenti l-ġdid propost mill-Kummissjoni huwa stmat għal medja ta’ EUR 155 biljun fis-sena u l-marġni taħt il-limitu massimu temporanju tal-NGEU għal medja ta’ EUR 116 biljun. Dan jirrifletti aġġornamenti fil-previżjoni tal-ING tal-UE għall-previżjoni ekonomika tar-rebbiegħa 2026, il-ħtiġijiet aġġornati għall-pagamenti tar-RAL ta’ qabel l-2028 u l-aġġornament minimu fil-pagamenti tar-riżorsi mhux proprji marbuta mal-kontribuzzjoni tar-Renju Unit skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ.

Kemm għal-limitu massimu permanenti kif ukoll għal-limitu massimu temporanju tar-riżorsi proprji tal-NGEU, il-marġni jirrappreżenta l-ispazju liberu taħt dawk il-limiti massimi wara li jitqiesu r-riżorsi proprji meħtieġa għall-finanzjament tal-infiq tal-baġit tal-UE, u għal-limiti massimi temporanji — ir-riżorsi proprji biex ikopru l-kostijiet għall-kopertura tal-imgħax u r-ripagamenti tan-NextGenerationEU (mill-2028). Dan il-marġni ta’ manuvra huwa meħtieġ biex ikopri flussi ta’ ħruġ addizzjonali relatati mal-materjalizzazzjoni possibbli ta’ obbligazzjonijiet kontinġenti u approprjazzjonijiet ta’ pagament addizzjonali possibbli. Meta mqabbla mal-Proposta tal-Kummissjoni għall-QFP li jmiss f’Lulju 2025, hemm obbligazzjonijiet kontinġenti addizzjonali minħabba s-Self ta’ Appoġġ għall-Ukrajna li jeħtieġ li jiġu koperti permezz tal-marġni ta’ manuvra (jiġifieri l-ammont prinċipali ta’ EUR 90 biljun u l-kostijiet tal-finanzjament assoċjati).

9.Konklużjonijiet

Il-previżjoni tikkonferma li l-limitu massimu ta’ pagament propost mill-Kummissjoni għall-QFP 2028–2034 jibqa’ biżżejjed biex ikopri n-nefqa mistennija matul il-perjodu.

Meta mqabbla mal-estimi li fuqhom hija bbażata l-proposta tal-Kummissjoni ta’ Lulju 2025, il-previżjoni għall-pagamenti relatati mal-impenji li saru qabel l-2028 ġiet riveduta ’l isfel. Dan jirrifletti implimentazzjoni aktar b’saħħitha u eżekuzzjoni ogħla tal-pagamenti matul l-aħħar snin tal-QFP kurrenti, li jirriżultaw fi stokk aktar baxx ta’ impenji pendenti fi tmiem l-2027. Il-profil tal-pagamenti li jirriżultaw mill-impenji ta’ qabel l-2028 madankollu jibqa’ dipendenti fuq l-iżviluppi tal-implimentazzjoni fl-2026 u l-2027.

Fl-istess ħin, il-previżjoni għall-pagamenti marbuta mal-programmi proposti taħt il-QFP 2028–2034 tkompli tkun ibbażata fuq il-proposta tal-Kummissjoni tal-2025. Peress li n-negozjati dwar il-QFP futur għadhom għaddejjin, il-parametri li jaffettwaw il-ħtiġijiet futuri ta’ pagament jibqgħu soġġetti għal bidla.

Id-differenzi osservati bħalissa bejn il-livell previst ta’ pagamenti u l-limitu massimu ta’ pagament propost huma soġġetti għal bidla, peress li r-rekwiżiti ta’ pagament taħt il-QFP li jmiss għadhom ma jistgħux jiġu stabbiliti bis-sħiħ. It-tnaqqis fil-pagamenti stmati relatati mal-impenji ta’ qabel l-2028 jirrifletti informazzjoni aġġornata dwar il-ħtiġijiet ta’ legat, filwaqt li l-profil tal-pagamenti ta’ programmi futuri jibqa’ proviżorju.

Il-previżjoni kurrenti għandha għalhekk titqies bħala valutazzjoni intermedja bbażata fuq il-proposta tal-Kummissjoni u l-informazzjoni disponibbli f’dan l-istadju.

Il-previżjoni tindika wkoll livell aktar ikkontrollat ta’ impenji pendenti meta mqabbla mad-daqs tal-ekonomija tal-UE u tal-QFP futur. Dan l-iżvilupp pożittiv jirrifletti kemm l-implimentazzjoni aktar b’saħħitha osservata lejn tmiem il-perjodu ta’ programmazzjoni kurrenti kif ukoll il-profil ta’ implimentazzjoni skont il-proposta tal-Kummissjoni għall-QFP 2028–2034.

Id-dħul għall-finanzjament tal-baġit isegwi ċ-ċiklu tan-nefqa tal-QFP. Il-pakkett propost ta’ riżorsi proprji ġodda huwa mistenni li jnaqqas il-piż fuq il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri bbażati fuq il-VAT u l-ING.

Anness II – Riżultati tal-previżjoni

Il-valuri kollha huma f’biljuni ta’ EUR, prezzijiet kurrenti, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Jista’ jkun li t-totali ma jaqblux bl-eżatt minħabba l-arrotondament.

Tabella 1.1 – Previżjoni fit-tul tal-ħruġ ta’ flus futuri matul l-2027–2034 għall-QFP

Sena

2027

2028

2029

2030

2031

2032

2033

2034

TOTAL

Limitu Massimu ta’ Impenn

188,8

269,5

282,9

283,1

290,4

294,1

285,4

279,7

2 173,7

Limitu Massimu ta’ Pagament

199,7

270,0

300,7

297,1

292,8

277,4

274,7

267,5

2 179,8

Impenji (ipprogrammati)*

199,9

269,5

282,9

283,1

290,4

294,1

285,4

279,7

2 184,8

Pagamenti Previsti**

212,0

265,6

284,1

310,7

272,0

283,4

278,5

267,5

2 173,9

Li minnhom Strumenti Speċjali***

12,8

0,7

0,3

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

13,8

* F’konformità mal-abbozz tal-baġit għall-2027 għas-sena 2027, inkluż l-allokazzjoni tar-Riżerva għall-Ukrajna u l-approprjazzjonijiet li jirriżultaw mill-Artikolu 5 tar-Regolament QFP u l-Artikolu 15(3) tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 15(3) tar-Regolament Finanzjarju.

** L-ammonti għall-istrumenti speċjali fl-2027 ikopru r-Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna ta’ Emerġenza, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, ir-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit, ir-Riżerva għall-Ukrajna, l-Istrument EURI u l-Istrument ta’ Flessibbiltà. Għas-snin sussegwenti, huma inklużi biss il-pagamenti fuq impenji pendenti għall-Istrument ta’ Flessibbiltà u r-Riżerva għall-Ukrajna, inkluż għall-kost tas-servizzjar tad-dejn tas-Self ta’ Appoġġ għall-Ukrajna. Fit-tabelli ta’ hawn taħt, il-pagamenti relatati mal-mobilizzazzjonijiet ta’ strumenti speċjali huma inklużi fl-intestaturi rispettivi.



Tabella 1.2 – Pagamenti b’rabta mal-impenji tal-QFP 2021–2027

Intestatura tal-QFP

2027

2028

2029

2030

2031

2032

2033

Total

1 Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

22,1

16,5

8,3

6,5

3,1

3,5

1,5

61,5

2 Koeżjoni, Reżiljenza u Valuri

81,8

69,0

57,9

53,4

5,1

0,9

0,4

268,5

2.1 Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u territorjali

64,7

66,5

56,6

52,7

5,0

0,7

0,3

246,5

2.2 Reżiljenza u Valuri

17,1

2,5

1,4

0,7

0,1

0,2

0,1

22,0

3 Riżorsi Naturali u Ambjent

61,4

17,9

13,8

2,4

2,4

0,4

0,2

98,5

3.1 Nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti

40,6

0,2

0,1

0,0

0,0

0,0

0,0

40,9

3.2 Programmi oħra ta’ Riżorsi Naturali u Ambjent

20,7

17,8

13,7

2,4

2,4

0,4

0,2

57,5

4 Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri

3,8

2,8

1,6

1,0

0,7

1,9

0,8

12,6

5 Sigurtà u Difiża

2,2

2,1

1,6

1,3

0,9

0,3

0,1

8,5

6 Viċinat u d-Dinja

16,0

12,7

11,1

6,3

3,4

2,8

1,2

53,4

7 Amministrazzjoni Pubblika Ewropea

13,7

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

13,7

BARRA MIL-LIMITI MASSIMI TAL-QFP

7,6

0,6

0,3

0,0

0,0

0,0

0,0

8,4

Strumenti speċjali

1,9

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

1,9

Total

210,3

121,7

94,5

70,9

15,6

9,8

4,2

527,0



Tabella 1.3 – Pagamenti għat-tlestija tal-impenji ta’ qabel l-2021

Intestatura tal-QFP

2027

2028

2029

2030

2031

2032

2033

Total

1 Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

0,7

0,5

0,2

0,2

0,1

0,2

0,1

2,1

2 Koeżjoni, Reżiljenza u Valuri

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

0,1

2.1 Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u territorjali

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

2.2 Reżiljenza u Valuri

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

0,1

3 Riżorsi Naturali u Ambjent

0,1

0,1

0,1

0,0

0,0

0,0

0,0

0,4

3.1 Nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

3.2 Programmi oħra ta’ Riżorsi Naturali u Ambjent

0,1

0,1

0,1

0,0

0,0

0,0

0,0

0,4

4 Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri

0,1

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

0,1

5 Sigurtà u Difiża

0,0

0,1

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

0,1

6 Viċinat u d-Dinja

0,7

0,7

0,6

0,5

0,3

0,2

0,1

3,1

Total

1,7

1,4

0,9

0,8

0,4

0,5

0,2

5,9

Tabella 1.4 — Pagamenti għall-impenji tal-2028-2034

Intestatura tal-QFP

2028

2029

2030

2031

2032

2033

2034

Total

1. Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, agrikoltura u żvilupp rurali, affarijiet marittimi, prosperità u sigurtà

108,0

122,6

150,8

150,7

157,8

144,3

130,3

964,6

2. Kompetittività, prosperità u sigurtà

14,8

40,6

57,4

68,8

73,1

82,9

86,2

423,7

3. Ewropa Globali

4,8

9,9

14,6

19,6

24,8

28,9

32,3

134,8

4. Amministrazzjoni

14,9

15,6

16,3

16,9

17,5

18,1

18,7

117,9

Total

142,6

188,7

239,0

256,0

273,2

274,1

267,5

1 641,0

Tabella 2 – Previżjoni tad-diżimpenji 2027–2034

Intestatura tal-QFP

Tlestija

QFP 2021-2027

Total

1 Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

1,1

1,3

2,4

2 Koeżjoni, Reżiljenza u Valuri

1,7

1,3

2,9

2.1 Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u territorjali

1,6

0,4

2,0

2.2 Reżiljenza u Valuri

0,1

0,9

0,9

3 Riżorsi Naturali u Ambjent

2,3

1,2

3,5

3.1 Nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti

0,0

0,0

0,0

3.2 Programmi oħra ta’ Riżorsi Naturali u Ambjent

2,3

1,2

3,5

4 Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri

0,6

0,0

0,6

5 Sigurtà u Difiża

0,1

0,0

0,1

6 Viċinat u d-Dinja

0,3

1,0

1,3

Total

6,0

4,9

10,9

Il-previżjoni għad-diżimpenji ma tagħmilx distinzjoni bejn is-sorsi tal-fondi għad-diżimpenji.

Tabella 3 – Impenji pendenti 2027–2034

Sors

RAL bidu-2028*

Impenji 2028–2034

Pagamenti 2028–2034

RAL

tmiem l-2034

QFP

320,9

1984,9

1961,9

343,9

* Ir-RAL fil-bidu tal-2028 jeskludi ammonti ġġenerati minn sorsi jew dħul ta’ fondi oħra u diżimpenji stmati.


Tabella 4 — Previżjoni fit-tul tal-influssi futuri tal-baġit tal-UE tal-2027 u tal-QFP 2028–2034

INFLUSSI

2027*

2028

2029

2030

2031

2032

2033

2034

Total

Limitu massimu tar-Riżorsi Proprji f’% tal-Introjtu Nazzjonali Gross tal-UE**

2,00 %

2,35 %

2,35 %

2,35 %

2,35 %

2,35 %

2,35 %

2,35 %

mhux applikabbli

Li minnhom żieda temporanja għall-NGEU

0,60 %

0,60 %

0,60 %

0,60 %

0,60 %

0,60 %

0,60 %

0,60 %

mhux applikabbli

Limitu massimu tar-Riżorsi Proprji espress f’biljuni ta’ EUR

A

403,8

493,0

511,4

530,1

548,0

566,1

584,2

602,3

mhux applikabbli

Li minnhom żieda temporanja għall-NGEU

A’

121,2

125,9

130,6

135,3

139,9

144,5

149,1

153,8

mhux applikabbli

Riżorsi proprji totali

B

208,9

262,2

281,0

307,6

269,0

280,5

275,6

264,6

2149,4

Li minnhom riżorsi proprji għall-finanzjament tal-obbligazzjonijiet tal-NGEU

B’

9,9

24,0

24,0

24,0

24,0

24,0

24,0

24,0

li minnhom

Ammont nett tar-riżorsi proprji tradizzjonali***

25,0

34,5

35,7

36,8

38,0

39,2

40,4

41,6

291,3

Riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT

26,0

26,6

27,5

28,3

29,2

30,1

31,0

31,9

230,4

Riżorsa proprja bbażata fuq il-plastik

6,5

9,3

9,5

9,7

9,9

10,1

10,3

10,5

75,6

Riżorsa proprja bbażata fuq l-iskema tal-Unjoni Ewropea għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet (ETS1)

8,8

11,7

11,3

13,0

11,7

10,3

8,8

75,6

Riżorsa proprja bbażata fuq l-iskart elettroniku

16,2

16,5

16,7

16,9

17,1

17,3

17,4

118,0

Riżorsa proprja bbażata fuq id-dazju tas-sisa fuq it-tabakk

13,0

12,7

12,4

12,8

12,5

12,2

12,7

88,3

Riżorsa proprja bbażata fuq il-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri (CBAM)

0,9

1,0

1,3

1,5

1,9

2,0

2,2

10,8

Riżorsa Korporattiva għall-Ewropa (CORE)

7,4

7,5

7,5

7,6

7,7

7,8

7,9

53,3

Riżorsa proprja bbażata fuq l-ING

151,4

145,5

159,1

183,7

140,1

150,3

144,4

131,6

1 205,9

Dħul ieħor (inklużi tariffi u kontribuzzjoni proviżorja tar-Renju Unit, tariffa tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS))

C

3,1

3,4

3,2

3,1

3,0

2,9

2,9

2,9

24,4

DĦUL TOTALI

D=B+C

212,0

265,6

284,1

310,7

272,0

283,4

278,5

267,5

2 173,9

Marġni disponibbli taħt
il-limitu massimu tar-Riżorsi Proprji

A-B

194,9

230,7

230,4

222,5

279,0

285,6

308,5

337,8

mhux applikabbli

li minnu marġni li jaqa’ taħt iż-żieda temporanja għall-NGEU

A'- B’

111,2

101,9

106,6

111,3

115,9

120,5

125,1

129,8

mhux applikabbli

* Tikkorrispondi għaċ-ċifri tal-AB2027, abbażi tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji tal-2020.

** Limitu massimu tar-Riżorsi Proprji – ikkalkulat abbażi tal-previżjoni ekonomika tar-rebbiegħa tal-2026 għall-introjtu nazzjonali gross tal-EU-27

*** Ir-riżorsi proprji tradizzjonali huma stmati fuq il-bażi ta’ rata ta’ żamma ta’ 10 % għall-kostijiet tal-ġbir għall-2028-2034.

(I)

Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (riformulazzjoni), ĠU L, 2024/2559, 26.9.2024.

(II)

COM(2021)343, 30.6.2021. Din hija l-ewwel edizzjoni ta’ dan ir-rapport għall-perjodu tal-QFP 2021–2027.

(III)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765 tad-29 ta’ Frar 2024 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027, ĠU L, 2024/765, 29.02.2024.

(IV)

Il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2028 sal-2034. COM/2025/571 final. 16.07.2025.    

(V)

Il-Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053. COM(2025) 574 final. 16.07.2025.

(VI)

ĠU C66 I, 19.2.2019, p.1.

(VII)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Aġġustament tekniku tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-2027 f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027. COM(2026) 299

(VIII)

Id-dikjarazzjoni tal-estimi tal-Kummissjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2027. SEC(2026)250.

(IX)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765 tad-29 ta’ Frar 2024 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027, ĠU L, 2024/765, 29.02.2024.

(X)

L-Artikolu 5 tar-Regolament QFP jipprevedi l-allokazzjoni addizzjonali f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament għal lista predefinita ta’ programmi, għal ammont ekwivalenti għal ċertu tipi ta’ multi.

(XI)

L-Artikolu 15(3) tar-Regolament Finanzjarju jipprevedi li l-approprjazzjonijiet ta’ impenn li jikkorrispondu għall-ammont ta’ diżimpenji li jkunu saru fir-rigward ta’ proġetti ta’ riċerka jistgħu jerġgħu jsiru disponibbli.

(XII)

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, l-ammonti kollha fir-rapport huma espressi fi prezzijiet kurrenti.

(XIII)

Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Previżjoni fit-tul tal-influssi u l-flussi ta’ ħruġ tal-baġit tal-UE (2026–2034). COM(2025) 573 final. 16.07.2025.

(XIV)

L-Abbozz ta' baġit emendatorju nru 2 tal-baġit ġenerali tal-2026. L-Aġġornament tad-dħul (riżorsi proprji) u aġġustamenti tan-nefqa. COM(2026) 460 final. 09.06.2026.

(XV)

L-Istati Membri ddeċidew li jittrasferixxu fondi bejn il-pagamenti diretti u l-iżvilupp rurali. Ir-riżultat ġie stabbilit fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2026/1 tal-1 ta’ Diċembru 2025 li jemenda r-Regolament (UE) 2021/2115.

(XVI)

Ir-Regolament (UE) 2026/467 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Frar 2026 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa għall-istabbiliment tas-Self ta’ Appoġġ għall-Ukrajna għall-2026 u l-2027.

(XVII)

Dan l-ammont ma jinkludix diżimpenji u pagamenti minn sorsi oħra ta’ fondi, bħal dħul assenjat.

(XVIII)

Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE

(XIX)

Il-komponenti kollha tal-kontribuzzjoni tar-Renju Unit huma stabbiliti fl-Artikolu 148 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ. Il-previżjoni tinkludi biss komponenti li huma kwantifikabbli f’dan l-istadju, jiġifieri l-kontribuzzjoni proviżorja tar-Renju Unit għall-finanzjament ta’ pagamenti li jirriżultaw minn impenji pendenti qabel l-2021 li għalihom, ir-Renju Unit huwa responsabbli skont l-Artikolu 140 u l-obbligazzjonijiet tal-pensjoni speċifikati skont l-Artikolu 142.5 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ kif ukoll l-ammonti li l-Unjoni għandha tagħti lir-Renju Unit skont l-Artikolu 145 (il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar) u l-Artikolu 146 (L-investiment tal-Unjoni fil-FEI).