|
17.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/29 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL,
meħuda bi qbil komuni mal-President elett tal-Kummissjoni,
tal-15 ta' Ottubru 2014
li tadotta l-lista tal-persuni l-oħra li l-Kunsill jipproponi li jinħatru Membri tal-Kummissjoni, u li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni 2014/648/UE, Euratom
(2014/716/UE, Euratom)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3) u (5) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(7) tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2013/272/UE tal-Kunsill Ewropew tat-22 ta' Mejju 2013 dwar in-numru ta' membri tal-Kummissjoni Ewropea (1),
Billi:
|
(1) |
Il-mandat tal-Kummissjoni maħtura permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2010/80/UE (2) jintemm fil-31 ta' Ottubru 2014. |
|
(2) |
Kummissjoni ġdida, li tikkonsisti minn ċittadin wieħed ta' kull Stat Membru, inklużi l-President tagħha u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandha tinħatar sal-31 ta' Ottubru 2019. |
|
(3) |
Il-Kunsill Ewropew innomina lis-Sur Jean-Claude JUNCKER bħala l-persuna proposta lill-Parlament Ewropew bħala President tal-Kummissjoni, u l-Parlament Ewropew ħatru bħala President tal-Kummissjoni fis-Sessjoni Plenarja tiegħu tal-15 ta' Lulju 2014. |
|
(4) |
Fit-30 ta' Awwissu 2014, il-Kunsill Ewropew, bi qbil mal-President elett tal-Kummissjoni, ħatar lis-Sinjura Federica MOGHERINI bħala Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà skont l-Artikolu 18(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
|
(5) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2014/648/UE, Euratom (3), il-Kunsill adotta, bi qbil komuni mal-President elett tal-Kummissjoni, il-ista ta' persuni oħra li huwa jipproponi li jinħatru Membri tal-Kummissjoni sal-31 ta' Ottubru 2019. |
|
(6) |
Bi qbil komuni mal-President elett tal-Kummissjoni, id-Deċiżjoni 2014/648/UE, Euratom għandha titħassar qabel ma l-lista li tinsab fiha tiġi sottomessa għal vot ta' approvazzjoni tal-Parlament Ewropew u għandha tiġi sostitwita b'din id-Deċiżjoni. |
|
(7) |
Skont l-Artikolu 17(7), it-tielet subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-President, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Membri l-oħra tal-Kummissjoni huma soġġetti bħala korp għal vot ta' kunsens mill-Parlament Ewropew, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Bi qbil komuni mas-Sur Jean-Claude JUNCKER, il-President elett tal-Kummissjoni, il-Kunsill jipproponi li jinħatru l-persuni li ġejjin bħala Membri tal-Kummissjoni Ewropea sal-31 ta' Ottubru 2019:
|
|
Is-Sur Vytenis Povilas ANDRIUKAITIS |
|
|
Is-Sur Andrus ANSIP |
|
|
Is-Sur Miguel ARIAS CAÑETE |
|
|
Is-Sur Dimitris AVRAMOPOULOS |
|
|
Is-Sinjura Elżbieta BIEŃKOWSKA |
|
|
Is-Sinjura Violeta BULC |
|
|
Is-Sinjura Corina CREȚU |
|
|
Is-Sur Valdis DOMBROVSKIS |
|
|
Is-Sinjura Kristalina GEORGIEVA |
|
|
Is-Sur Johannes HAHN |
|
|
Is-Sur Jonathan HILL |
|
|
Is-Sur Phil HOGAN |
|
|
Is-Sinjura Věra JOUROVÁ |
|
|
Is-Sur Jyrki KATAINEN |
|
|
Is-Sinjura Cecilia MALMSTRÖM |
|
|
Is-Sur Neven MIMICA |
|
|
Is-Sur Carlos MOEDAS |
|
|
Is-Sur Pierre MOSCOVICI |
|
|
Is-Sur Tibor NAVRACSICS |
|
|
Is-Sur Günther OETTINGER |
|
|
Is-Sur Maroš ŠEFČOVIČ |
|
|
Is-Sur Christos STYLIANIDES |
|
|
Is-Sinjura Marianne THYSSEN |
|
|
Is-Sur F.C.G.M. (Frans) TIMMERMANS |
|
|
Is-Sur Karmenu VELLA |
|
|
Is-Sinjura Margrethe VESTAGER kif ukoll: |
|
|
Is-Sinjura Federica MOGHERINI, maħtura Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta ' Sigurtà. |
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 2014/648/UE, Euratom hija b'dan imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tintbagħat lill-Parlament Ewropew.
Għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
S. GOZI
(1) ĠU L 165, 18.6.2013, p. 98.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2010/80/UE tad-9 ta' Frar 2010 dwar il-ħatra tal-Kummissjoni Ewropea (ĠU L 38, 11.2.2010, p. 7).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill, meħuda bi qbil komuni mal-President elett tal-Kummissjoni, tal-5 ta' Settembru 2014 li tadotta l-lista tal-persuni l-oħra li l-Kunsill jipproponi li jinħatru Membri tal-Kummissjoni (2014/648/UE, Euratom) (ĠU L 268, 9.9.2014, p. 5).