|
16.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 356/6 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10766 — DANSKE BANK / LÄNSFŐRSÄKRINGAR BANK / NORDEA / SBAB BANK / SEB / HANDELSBANKEN / SWEDBANK / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 356/05)
1.
Fit-8 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Tambur, pjattaforma ta’ komunikazzjoni diġitali kif ukoll assi, data, ftehimiet, eċċ. assoċjati li huma meħtieġa għall-operazzjonijiet tagħha, li bħalissa hija proprjetà ta’ UC AB, ikkontrollata minn Enento Group Plc (“Tambur”, l-Iżvezja), |
|
— |
Danske Bank A/S, Danmark, Sverige Filial (“Danske Bank”, id-Danimarka), |
|
— |
Länsförsäkringar Bank AB, (“Länsförsäkringar Bank”, l-Iżvezja), |
|
— |
Nordea Bank Abp (“Nordea”, il-Finlandja), |
|
— |
SBAB Bank AB (publ) (“SBAB Bank”, l-Iżvezja), |
|
— |
Skandinaviska Enskilda Banken AB (publ) (“SEB”, l-Iżvezja), |
|
— |
Svenska Handelbanken AB (publ) (“Handelbanken”, l-Iżvezja), |
|
— |
Swedbank AB (publ) (“Swedbank”, l-Iżvezja). |
Danske Bank, Länsförsäkringar Bank, Nordea, SBAB Bank, SEB, Handelsbanken u Swedbank se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Tambur kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Tambur hija pjattaforma ta’ komunikazzjoni diġitali li tappoġġa l-proċessi ta’ tranżazzjonijiet ta’ proprjetà residenzjali għall-banek u l-aġenti tal-proprjetà immobbli fis-suq Żvediż. |
|
— |
Danske Bank hija kumpanija tas-servizzi finanzjarji bbażata fid-Danimarka. Danske Bank huwa attiv f’servizzi bankarji għall-konsumatur u bl-ingrossa, skemi tal-pensjoni, assikurazzjoni, finanzjament ipotekarju, ġestjoni tal-assi, senserija, proprjetà immobbli, u servizzi ta’ lokazzjoni; primarjament fil-pajjiżi Nordiċi u l-pajjiżi tal-Baħar Baltiku; |
|
— |
Länsförsäkringar Bank hija kumpanija ta’ servizzi finanzjarji bbażata fl-Iżvezja li toffri servizzi fl-Iżvezja. Länsförsäkringar Bank joffri servizzi finanzjarji lill-konsumaturi, l-agrikoltura u l-klijenti korporattivi tal-SMEs, inkluż self, tfaddil, servizzi ta’ konsulenza, depożiti, servizzi ta’ kontijiet u pagamenti u prodotti tal-pensjoni. Länsförsäkringar Bank huwa wkoll permezz ta’ sussidjarja attiva f’xiri ta’ lokazzjoni/kiri. |
|
— |
Nordea huwa bank ibbażat fil-Finlandja, li joffri firxa sħiħa ta’ servizzi fl-erba’ oqsma ewlenin tan-negozju: servizzi bankarji personali, servizzi bankarji kummerċjali, korporattivi u istituzzjonijiet kbar kif ukoll il-ġestjoni tal-assi u tal-ġid; primarjament fl-erba’ swieq tad-djar Nordiċi tagħha - id-Danimarka, il-Finlandja, in-Norveġja u l-Iżvezja. |
|
— |
SBAB Bank huwa bank Żvediż tal-Istat li jopera fis-suq Żvediż tas-self għad-djar, dirett lejn individwi, assoċjazzjonijiet tas-sidien tal-kera u kumpaniji. Il-Bank SBAB joffri wkoll prodotti ta’ tfaddil u self mhux garantit. |
|
— |
SEB huwa bank ibbażat fl-Iżvezja, li joffri firxa sħiħa ta’ servizzi finanzjarji lil klijenti privati u korporattivi, inklużi servizzi bankarji ta’ investiment, servizzi bankarji bl-imnut u bl-ingrossa, self, tfaddil, assikurazzjoni, self ipotekarju, ġestjoni tal-assi u tal-investiment, servizzi ta’ konsulenza, u lokazzjoni; primarjament fin-Nordiċi, fil-Baltiċi, u fil-Ġermanja. |
|
— |
Handelsbanken huwa bank ibbażat fl-Iżvezja, li joffri firxa sħiħa ta’ servizzi finanzjarji, li jkopru l-qasam bankarju kollu bi tranżazzjonijiet korporattivi tradizzjonali, servizzi bankarji ta’ investiment u negozjar, kif ukoll servizzi bankarji għall-konsumatur, inkluża l-assikurazzjoni fuq il-ħajja; primarjament fin-Nordiċi, fir-Renju Unit u fin-Netherlands. |
|
— |
Swedbank huwa bank ibbażat fl-Iżvezja, li joffri firxa sħiħa ta’ servizzi finanzjarji lil klijenti bl-imnut u korporattivi u lis-settur pubbliku, inklużi self, tfaddil, servizzi ta’ konsulenza, depożiti, kontijiet u servizzi ta’ pagamenti u prodotti tal-pensjoni; primarjament fil-pajjiżi Nordiċi u l-pajjiżi tal-Baħar Baltiku; |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10766 — DANSKE BANK / LÄNSFŐRSÄKRINGAR BANK / NORDEA / SBAB BANK / SEB / HANDELSBANKEN / SWEDBANK / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).