<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTA.0800707501.case.xml"><NO.CASE>C-73/07</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62007O0073</NO.CELEX><NO.SEQ>0007.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>7077</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7082</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><LEFT>DIGRIET TAT-<DATE ISO="20070912">12.9.2007</DATE> — KAWŻA C-73/07</LEFT><RIGHT>SATAKUNNAN MARKKINAPÖRSSI U SATAMEDIA</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P><P><DATE ISO="20070912">12 ta' Settembru 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR"><P>Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C-73/07,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skond l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja), permezz ta' deċiżjoni tat-<DATE ISO="20070208">8 ta' Frar 2007</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20070212">12 ta' Frar 2007</DATE>, fil-proċedura</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P>Tietosuojavaltuutettu</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P>Satakunnan Markkinapörssi Oy et Satamedia Oy,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-PRESIDENT TAL-QORTI TAL-GUSTIZZJA</P><P>wara li ra l-proposta ta' E. Levits, Imħallef relatur,</P><P>wara li nstema l-Avukat Ġenerali,</P></PREAMBLE.INIT><?PAGE NO="I-7078"?><PREAMBLE.FINAL><P>jagħti l-preżenti</P></PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Digriet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>B'rikors tas-<DATE ISO="20070607">7 ta' Ġunju 2007</DATE>, il-Kontrollur Ewropew ghall-Protezzjoni tad-Data (iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>Kontrollur<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>) talab li jiġi ammess jintervjeni fil-preżenti kawża sabiex jippreżenta osservazzjonijiet fuq id-domandi preliminari magħmula mill-Korkein hallinto-oikeus.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Dan ir-rikors ġie ppreżentat bis-saħħa ta' l-Artikolu 47(1)(i) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20001218">18 ta' Diċembru 2000</DATE>, dwar il-protezzjoni ta individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali millistituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="008" DATE.PUB="2000" PAGE.FIRST="1">ĠU L 8, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>In sostenn tat-talba tiegħu, il-Kontrollur isostni li l-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet, f'digrieti preċedenti, id-dritt tal-kontrollur li jintervjeni fil-kawżi li tagħhom tintalab tieħu konjizzjoni. Huwa jirreferi, f'dan ir-rigward, għad-digrieti tas-<DATE ISO="20050317">17 ta' Marzu 2005</DATE>, Il-Parlament vs Il-Kunsill (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-317/04" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-2457">C-317/04, Ġabra p. I-2457</REF.DOC.ECR>), u Il-Parlament vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-318/04" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-2467">C-318/04, Ġabra p. I-2467</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>F'dawn il-kawżi, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet awtorizzat il-Kontrollur jintervjeni minkejja li ma kienx jidher fil-lista li hemm fl-Artikolu 7(1) KE u minkejja li dan id-dritt ma jista' jkun ibbażat la fuq din id-dispożizzjoni u lanqas fuq l-Artikolu 40 ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. Hija kienet qieset li l-Artikolu 47(1)(i) tar-Regolament Nru 45/2001 kien jikkostitwixxi bażi ġuridika suffiċjenti.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7079"?><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Jirriżulta wkoll minn dawn id-digrieti li d-dritt ta' intervent tal-Kontrollur huwa marbut mal-limiti li joħorġu mill-inkarigu mogħti lilu. Hekk kif jgħid l-Artikolu 41 (2) tar-Regolament Nru 45/2001, dan l-inkarigu jirrigwarda, b'mod partikolari, li jagħti parir lill-istituzzjonijiet u organi komunitarji kif ukoll lill-persuni kkonċernati mill-kwistjonijiet koliha dwar it-trattament tad-data ta' natura personali.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Id-domandi magħmula lill-Qorti tal-Gustizzja fil-kuntest tal-preżenti kawża jirrigwardaw l-interpretazzjoni ta' l-Artikoli 3(1), 9 u 17 tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' l-<DATE ISO="19951024">24 ta' Ottubru 1995</DATE>, dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="281" DATE.PUB="1995" PAGE.FIRST="31">ĠU L 281, p. 31</REF.DOC.OJ>). Bis-saħħa ta' l-ewwel Artikolu tagħha, din id-direttiva hija intiża li tiggarantixxi li l-Istati Membri jiżguraw il-protezzjoni tallibertajiet u drittijiet fundamentali ta' l-individwi, b'mod partikolari tal-ħajja privata tagħhom, fir-rigward tat-trattament tad-data ta' natura personali.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skond il-Kontrollur, is-suġġett tat-talba għal deċiżjoni preliminari manifestament jidħol fil-limiti ta' l-inkarigu fdat lilu.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-talba għal intervent tal-Kontrollur fil-preżenti kawża, hemm lok li jiġi mfakkar li d-dritt ta' intervent quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja huwa rregolat mill-Artikolu 40 ta' l-Istatut taghha, li jirrikonoxxi dan id-dritt lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi meta huma jiġġustifikawh b'interess għas-soluzzjoni tal-kwistjoni mressqa quddiemha. Dan l-artikolu jiddisponi wkoll li t-talbiet tar-rikors għal intervent jistgħu jkollhom bħala skop dak li jsostnu t-talbiet ta' waħda mill-partijiet. B'hekk, huwa japplika għall-proċeduri kontenzjużi quddiem il-Qorti tal-Gustizzja intiżi li jaqtghu kontroversja (ara d-digrieti tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20040330">30 ta'<?PAGE NO="I-7080"?> Marzu 2004</DATE>, ABNA <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-453/03" YEAR="2004">C-453/03, li mhux ippubblikat fil-Ġabra, punt 14</REF.DOC.ECR>; tal-<DATE ISO="20040525">25 ta' Mejju 2004</DATE>, Parking Brixen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-458/03" YEAR="2004">C-458/03, li mhux ippubblikat fil-Ġabra, punt 5</REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad-<DATE ISO="20060609">9 ta' Gunju 2006</DATE>, Ordre des barreaux francophones et germanophone <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (talba tal-kamra ta' l-Avukati Franċiża), <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-305/05" YEAR="2006">C-305/05, li mhux ippubblikat fil-Gabra, punt 7</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 234 KE, li bis-saħħa tieghu tressqet din il-kawża, ma jiftaħx proċedura kontenzjuża intiża li taqta' kontroversja, iżda jibda proċedura ddestinata, sabiex tiżgura l-unità ta' intepretazzjoni tad-dritt Komunitarju permezz ta' kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali, li tippermettilhom jitolbu interpretazzjoni tat-testi Komunitarji li huma wara japplikaw għall-kawżi li tagħhom jieħdu konjizzjoni (ara, f'dan is-sens, is-sentenza ta l-<DATE ISO="19730301">1 ta' Marzu 1973</DATE>, Bollmann, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="62/72" YEAR="1973" PAGE.ECR="269">62/72, Gabra p. 269, punt 4</REF.DOC.ECR>; id-digrieti tal-President tal-Qorti tal-Gustizzja tat-<DATE ISO="20060502">2 ta' Mejju 2006</DATE>, SGAE, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-306/05" YEAR="2006">C-306/05, li mhux ippubblikat fil-Gabra, punt 4</REF.DOC.ECR>, u Ordre des barreaux francophones et germanophone <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> iċċitata iktar 'il fuq, punt 8).</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Isegwi li l-intervent fi proċedura preliminari ma jistax isehh (ara d-digrieti tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="19640603">3 ta' Ġunju 1964</DATE>, Costa, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="6/64" YEAR="1964" PAGE.ECR="1194">6/64, Ġabra p. 1194</REF.DOC.ECR>, u Ordre des barreaux francophones et germanophone <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> iċċitata iktar 'il fuq, punt 9).</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-parteċipazzjoni fil-proċedura fil-każijiet previsti fl-Artikolu 234 KE hija rregolata mill-Artikolu 23 ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, li jillimita d-dritt ta' preżentata quddiemha ta' noti jew osservazzjonijiet għall-partijiet fil-kawża, ghall-Istati Membri, ghall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll, jekk ikun il-każ, ghall-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, ghall-Parlament Ewropew, ghall-Bank Ċentrali Ewropew, ghall-Istati membri tal-ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, barra mill-Istati Membri, għall-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA u ghall-Istati terzi. Blespressjoni <QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>partijiet fil-kawża<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/>, din id-dispożizzjoni tinkludi biss dawk li jkollhom din il-kwalità fil-kontroversja quddiem il-qorti nazzjonali (ara, f'dan is-sens, is-sentenza Bollmann, iċċitata iktar il fuq, punt 4, u d-digriet tal-President tal-Qorti SGAE, iċċitat iktar il fuq, punt 5).</TXT></NP><?PAGE NO="I-7081"?><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Peress li mhuwuex espressament imsemmi fl-Artikolu 23 ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u peress li m'għandux, fil-proċedura fil-kawża prinċipali, il-kwalità ta' <QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>parti fil-kawża<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/> fis-sens ta' dan l-artikolu, il-Kontrollur ma jistax jiġi awtorizzat jippreżenta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja osservazzjonijiet fuq id-domandi preliminari magħmula mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Peress li t-talba ppreżentata mill-Kontrollur ma tistax tiġi ammessa la taħt l-Artikolu 40 ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u lanqas taħt l-Artikolu 23 ta' l-istess Statut, hija għandha tiġi miċħuda bħala inammissibbli.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fin-nuqqas ta' spejjeż, m'hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq dan il-kap.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-PRESIDENT TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA</P><P>jordna:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>It-talba għal intervent tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data hija miċħuda bħala inammissibbli.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-7082"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq l-ispejjeż.</TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></ORDER>