3.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 52/51


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ Marzu 2010

li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossiers imressqa għal eżaminazzjoni dettaljata bil-ħsieb tal-inklużjoni possibbli tat-Trichoderma asperelleum (strain T34) u l-isopyrazam fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1099)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/132/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u partikolarment l-Artikolu 6(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 91/414/KEE tipprevedi l-iżvilupp ta’ lista Komunitarja ta’ sustanzi attivi awtorizzati għall-inkorporazzjoni fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

(2)

Fit-22 ta’ April 2009 il-Biocontrol Technologies S.L. ressqet dossier għas-sustanza attiva Trichoderma asperellum (strain T34) lill-awtoritajiet tar-Renju Unit flimkien ma’ applikazzjoni sabiex tinkiseb l-inklużjoni tiegħu fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Għall-isopyrazam, is-Syngenta Crop Protection AG ressqet dossier lill-awtoritajiet tar-Renju Unit fil-25 ta’ Novembru 2008, flimkien ma’ applikazzjoni biex din is-sustanza tiddaħħal fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

L-awtoritajiet tar-Renju Unit indikaw lill-Kummissjoni li, fuq investigazzjoni preliminari, id-dossiers għas-sustanza attiva kkonċernata jidhru li jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stipulati fl-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE. Il-dossiers imressqa jidhru li jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE rigward prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata. B’konformità mal-Artiklu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, id-dossiers tressqu mill-applikanti rispettivi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, u kienu riferiti lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

(4)

Permezz ta’ din id-Deċiżjoni għandu jiġi formalment ikkonfermat fil-livell tal-Unjoni Ewropea li d-dossiers għandhom jitqiesu konformi fil-prinċipju mal-kundizzjonijiet dwar id-dejta u l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness II u, għal tal-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata, mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-dossiers dwar is-sustanzi attivi identifikati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, li kienu tressqu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex tinkiseb l-inklużjoni ta’ dawn is-sustanzi fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE, fil-prinċipju jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar id-dejta u l-informazzjoni stipulati stabbiliti fl-Anness II għal dik id-Direttiva.

Id-dossiers jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti dwar id-dejta u l-informazzjoni stipulati fl-Anness III ta’ din id-Direttiva fir-rigward ta’ prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, fid-dawl tal-użi proposti.

Artikolu 2

L-Istat Membru relatur għandu jeżamina fid-dettall id-dossiers imsemmija fl-Artikolu 1 u għandu jikkomunika lill-Kummissjoni l-konklużjonijiet tal-analiżijiet tiegħu flimkien ma’ rakkomandazzjonijiet dwar l-inklużjoni jew le fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanzi attivi msemmija fl-Artikolu 1 u kwalunkwe kundizzjoni dwar dawn l-inklużjonijiet mill-iktar fis u mhux aktar tard minn perjodu ta’ sena mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1


ANNESS

IS-SUSTANZI ATTIVI KKONĊERNATI MINN DIN ID-DEĊIŻJONI

Nru

Isem Komuni, Numru tal-Identifikazzjoni CIPAC

Applikant

Data tal-applikazzjoni

Stat Membru Relatur

1

Trichoderma asperellum (strain T34)

Nru CIPAC: mhux rilevanti

Biocontrol Technologies S.L.

22.4.2009

Renju Unit

2

Isopyrazam

Nru CIPAC:

Syn-isomer: 683777-13-1

Anti-isomer: 683777-14-2

Syngenta Crop Protection AG

25.11.2008

Renju Unit