|
23.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 128/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/557
tat-22 ta’ April 2020
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 988/2014 rigward il-kwoti tariffarji tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw mir-Repubblika tal-Moldova
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 58(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (2) (“il-Ftehim”) ġie konkluż f’isem l-Unjoni fit-23 ta’ Mejju 2016 bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/839 (3). Il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2016, iżda kien ġie applikat fuq bażi proviżorja mill-1 ta’ Settembru 2014. |
|
(2) |
Fit-18 ta’ Settembru 2014, ġie adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 988/2014 (4) li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għal prodotti agrikoli li joriġinaw fir-Repubblika tal-Moldova. |
|
(3) |
Fis-16 ta’ Diċembru 2014, permezz tad-Deċiżjoni Nru 3/2014 (5) il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ddelega s-setgħa li jaġġorna jew jemenda ċerti Annessi tal-Ftehim li għandhom x’jaqsmu mal-kummerċ lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, kif imsemmi fl-Artikolu 438(4) tal-Ftehim. |
|
(4) |
Wara konsultazzjonijiet mar-Repubblika tal-Moldova f’konformità mal-Artikolu 147 tal-Ftehim, l-Unjoni qablet li żżid il-volum tal-kwoti tar-rati tariffarji (TRQs) għall-għeneb tal-mejda u l-għanbaqar li joriġinaw mill-Moldova, u li tintroduċi TRQ ġdida għaċ-ċirasa (6). B’segwitu ta’ dan, il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ adotta d-Deċiżjoni Nru 1/2020 li taġġorna l-Anness XV tal-Ftehim (7). |
|
(5) |
Wara d-dħul fis-seħħ tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, il-Kummissjoni tiġġestixxi t-TRQs skont l-ordni kronoloġika tad-dati tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera skont ir-regoli ta’ ġestjoni tal-kwoti tariffarji stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (8). |
|
(6) |
Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 988/2014 jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni 1/2020 tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova daħlet fis-seħħ fit-23 ta’ Jannar 2020. Biex tkun żgurata l-ġestjoni effettiva u l-applikazzjoni f’waqtha tal-kwoti stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika minn dik id-data. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 988/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 4 Il-kwoti tariffarji stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom jitmexxew skont l-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (*1) (*1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).” " |
|
(2) |
L-Anness huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-23 ta’ Jannar 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) ĠU L 260, 30.8.2014, p. 4.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/839 tat-23 ta’ Mejju 2016 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (ĠU L 141, 28.5.2016, p. 28).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 988/2014 tat-18 ta’ Settembru 2014 li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għal prodotti agrikoli li joriġinaw fir-Repubblika tal-Moldova (ĠU L 278, 20.9.2014, p. 12).
(5) Id-Deċiżjoni Nru 3/2014 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova tas-16 ta’ Diċembru 2014 dwar id-delega ta’ ċerti setgħat mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ (ĠU L 110, 29.4.2015, p. 40).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2245 tad-19 ta’ Diċembru 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ stabbilit mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-aġġornament tal-Anness XV (It-tneħħija ta’ dazji doganali) għall-Ftehim (ĠU L 336, 30.12.2019, p. 283).
(7) Id-Deċiżjoni Nru 1/2020 tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni Bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova fil-Konfigurazzjoni tal-Kummerċ tat-23 ta’ Jannar 2020 dwar l-aġġornament tal-Anness XV (It-tneħħija ta’ dazji doganali) għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (ĠU L 34, 6.2.2020, p. 52).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).
ANNESS
“ANNESS
Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem li jiddeskrivu l-prodotti għandu jkollhom biss valur indikattiv. Fil-kuntest ta’ dan l-Anness, l-ambitu tal-iskema preferenzjali għandu jkun iddeterminat, mill-kodiċijiet tan-NM kif jeżistu fil-ħin tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.
|
Nru tal-Ordni |
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Perjodu tal-kwota |
Volum annwali tal-kwota (piż nett f’tunnellati metriċi sakemm mhux speċifikat mod ieħor) |
|
09.6800 |
0702 00 00 |
Tadam, frisk jew imkessaħ |
Mill-1.9.2014 sal-31.12.2014 |
2 000 |
|
Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015 u għal kull sena kalendarja minn hemm ’il quddiem |
2 000 |
|||
|
09.6801 |
0703 20 00 |
Tewm, frisk jew imkessaħ |
Mill-1.9.2014 sal-31.12.2014 |
220 |
|
Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015 u għal kull sena kalendarja minn hemm ’il quddiem |
220 |
|||
|
09.6802 |
0806 10 10 |
Għeneb tal-mejda, frisk |
Mill-1.9.2014 sal-31.12.2014 |
10 000 |
|
Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015 u għal kull sena kalendarja sal-31.12.2019 |
10 000 |
|||
|
|
|
|
Mill-1.1.2020 sal-31.12.2020 u għal kull sena kalendarja minn hemm ’il quddiem |
20 000 |
|
09.6803 |
0808 10 80 |
Tuffieħ frisk (ħlief it-tuffieħ tas-sidru, fi kwantità, mis-16 ta’ Settembru sal-15 ta’ Diċembru) |
Mill-1.9.2014 sal-31.12.2014 |
40 000 |
|
Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015 u għal kull sena kalendarja minn hemm ’il quddiem |
40 000 |
|||
|
09.6806 |
0809 29 00 |
Ċirasa (minbarra ċ-ċirasa qarsa), friska |
mill-23.1.2020 sal-31.12.2020 u għal kull sena kalendarja minn hemm ’il quddiem |
1 500 |
|
09.6804 |
0809 40 05 |
Għanbaqar, frisk |
Mill-1.9.2014 sal-31.12.2014 |
10 000 |
|
Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015 u għal kull sena kalendarja sal-31.12.2019 |
10 000 |
|||
|
|
|
|
Mill-1.1.2020 sal-31.12.2020 u għal kull sena kalendarja minn hemm ’il quddiem |
15 000 |
|
09.6805 |
2009 61 10 |
Meraq tal-għeneb (inkluż il-most tal-għeneb), mhux iffermentat u mingħajr spirtu miżjud, ta’ valur Brix li ma jaqbiżx it-30, ta’ valur jaqbeż it-€18-il kull 100 kg tal-piż nett, fih jew ma fihx zokkor miżjud jew dolċifikant ieħor |
Mill-1.9.2014 sal-31.12.2014 |
500 |
|
Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015 u għal kull sena kalendarja minn hemm ’il quddiem |
500 |
|||
|
|
2009 69 19 |
Meraq tal-għeneb (inkluż il-most tal-għeneb), mhux iffermentat u ma fihx spirtu miżjud, ta’ valur Brix li jaqbeż is-67, ta’ valur jaqbeż it-€ 22 kull 100 kg tal-piż nett, fih jew ma fihx zokkor miżjud jew dolċifikant ieħor |
|
|
|
|
2009 69 51 2009 69 59 |
Meraq tal-għeneb (inkluż il-most tal-għeneb), mhux iffermentat u ma fihx spirtu miżjud, ta’ valur Brix li jaqbeż it-30 iżda ma jaqbiżx is-67, ta’ valur jaqbeż it-€ 18-il kull 100 kg tal-piż nett, fih jew ma fihx zokkor miżjud jew dolċifikant ieħor” |
|
|