|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/49 |
10.1.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/49
tad-9 ta’ Jannar 2025
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela
Il-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-13 ta’ Novembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 (1). |
|
(2) |
Fl-4 ta’ Awwissu 2024, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) ħareġ dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni li ddikjarat li l-Unjoni qed tkompli ssegwi l-iżviluppi fil-Venezwela bi tħassib kbir, inkluż il-fatt li l-elezzjoni presidenzjali li saret fit-28 ta’ Lulju 2024 fil-Venezwela ma kinitx tissodisfa l-istandards internazzjonali ta’ integrità elettorali. Id-dikjarazzjoni kompliet tgħid li mingħajr il-pubblikazzjoni tar-rekords uffiċjali tal-votazzjoni mill-Kunsill Elettorali Nazzjonali tal-Venezwela (CNE), ir-riżultati tal-elezzjoni ppubblikati uffiċjalment fit-2 ta’ Awwissu 2024 mis-CNE ma jistgħux jiġu rikonoxxuti. Id-dikjarazzjoni ddikjarat ukoll li l-Unjoni hija serjament imħassba dwar l-għadd dejjem jikber ta’ detenzjonijiet arbitrarji u l-fastidju kontinwu tal-oppożizzjoni, u appellat lill-awtoritajiet Venezwelani biex itemmu d-detenzjonijiet arbitrarji, ir-repressjoni u r-retorika vjolenti kontra membri tal-oppożizzjoni u s-soċjetà ċivili, u biex jeħilsu lill-priġunieri politiċi kollha. |
|
(3) |
Fl-24 ta’ Awwissu 2024, ir-Rappreżentant Għoli ħareġ it-tieni dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni dwar l-iżviluppi ta’ wara l-elezzjoni li tiddikjara li l-Unjoni tibqa’ estremament imħassba dwar il-kriżi politika li qed tikber fil-Venezwela. Id-dikjarazzjoni ddikjarat ukoll li ser jiġu aċċettati u rikonoxxuti biss riżultati kompluti u verifikabbli b’mod indipendenti biex jiġi żgurat li r-rieda tal-poplu Venezwelan tiġi rispettata, u li l-Unjoni ser tkompli tiffaċilita djalogu mmexxi mill-Venezwela li jipprovdi garanziji liż-żewġ naħat u jwassal għar-restawr tad-demokrazija u għas-soluzzjoni tal-kriżi umanitarja u soċjoekonomika attwali fil-pajjiż. |
|
(4) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tas-17 ta’ Ottubru 2024, il-Kunsill Ewropew iddikjara li baqa’ estremament imħasseb dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem irrappurtat wara l-elezzjoni presidenzjali tat-28 ta’ Lulju 2024. Huwa jħeġġeġ lill-awtoritajiet Venezwelani biex jirrispettaw ir-rieda demokratika tal-poplu Venezwelan u biex itemmu l-vjolenza, ir-repressjoni u l-fastidju tal-oppożizzjoni u tas-soċjetà ċivili. Barra minn hekk, f’dawn il-konklużjonijiet, il-Kunsill Ewropew iddikjara li l-priġunieri politiċi jeħtieġ li jinħelsu, u li ser jiġu aċċettati u rikonoxxuti biss riżultati kompluti u verifikabbli b’mod indipendenti. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew iddikjaraw ukoll li l-Unjoni ser tkompli taħdem mas-sħab reġjonali biex tappoġġa lill-poplu Venezwelan fl-aspirazzjonijiet demokratiċi tiegħu u li hija tinsab lesta li tappoġġa tranżizzjoni kostruttiva u inklużiva b’garanziji għaż-żewġ naħat, biex jiġi solvut l-impass politiku tal-pajjiż u jiġu restawrati l-istituzzjonijiet demokratiċi b’mod paċifiku. Barra minn hekk, il-Kunsill Ewropew iddikjara fil-konklużjonijiet tiegħu li l-Unjoni hija lesta li timmobilizza l-istrumenti kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex tappoġġa d-demokrazija fil-Venezwela. |
|
(5) |
Fid-dawl tal-iżviluppi reċenti fil-Venezwela u n-nuqqas ta’ progress lejn djalogu mmexxi mill-Venezwela li jwassal għar-restawr tad-demokrazija u l-istat tad-dritt, u fid-dawl tas-sitwazzjoni gravi kontinwa tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li 15-il persuna jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 huwa emendat kif jinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
A. SZŁAPKA
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 tat-13 ta’ Novembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU L 295, 14.11.2017, p. 60, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/2074/oj).
ANNESS
Il-persuni li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074:
|
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
“56. |
Caryslia Beatriz RODRÍGUEZ RODRÍGUEZ |
President tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja tal-Venezwela (TSJ) u President tal-Awla Elettorali tat-TSJ Data tat-twelid: 16.7.1967 Post tat-twelid: Maracay, Aragua Nazzjonalità: Venezwelana Numru ta’ identifikazzjoni (Cédula): 8671555 Sess: mara |
President tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja tal-Venezwela (TSJ) u l-President tal-Awla Elettorali tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja tal-Venezwela minn Jannar 2024. Fil-funzjoni tagħha bħala President tal-Awla Elettorali, Caryslia Beatriz RODRÍGUEZ RODRÍGUEZ hija responsabbli għad-dikjarazzjoni tar-rebħa proklamata ta’ Nicolás Maduro fl-elezzjoni presidenzjali tat-28 ta’ Lulju 2024 bħala inkontestabbli, għalkemm it-TSJ ma żvelatx id-data dettaljata tal-votazzjoni li fuqha kienet ibbażata d-deċiżjoni tagħha u minkejja irregolaritajiet fil-ġestjoni tal-proċess elettorali mill-Kunsill Elettorali Nazzjonali (CNE). Fil-kapaċità tagħha bħala President tal-Awla Elettorali tat-TSJ, hija responsabbli wkoll għall-indħil fl-elezzjonijiet primarji tal-oppożizzjoni, u b’hekk ostakolat it-tħejjija tal-oppożizzjoni għall-elezzjoni presidenzjali ta’ Lulju 2024. Għalhekk, l-azzjonijiet ta’ Caryslia Beatriz RODRÍGUEZ RODRÍGUEZ dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. |
10.1.2025 |
|
57. |
Fanny Beatriz MÁRQUEZ CORDERO |
Viċi President tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja tal-Venezwela (TSJ) u tal-Awla Elettorali tat-TSJ Data tat-twelid: 5.2.1969 Numru tal-identifikazzjoni nazzjonali (Cédula) 6272864 Nazzjonalità: Venezwelana Sess: mara |
Viċi President tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja tal-Venezwela (TSJ) u tal-Awla Elettorali tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja tal-Venezwela. F’dan ir-rwol, Fanny Beatriz MÁRQUEZ CORDERO kienet involuta fiċ-ċertifikazzjoni min-naħa tat-TSJ tar-rebħa ta’ Nicolás Maduro fl-elezzjoni presidenzjali tat-28 ta’ Lulju 2024, għalkemm it-TSJ ma żvelatx d-data dettaljata tal-votazzjoni li fuqha kienet ibbażata d-deċiżjoni tagħha u minkejja irregolaritajiet fil-ġestjoni tal-proċess elettorali mill-Kunsill Elettorali Nazzjonali (CNE). Għalhekk, l-azzjonijiet ta’ Fanny Beatriz MÁRQUEZ CORDERO dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. |
10.1.2025 |
|
58. |
Inocencio Antonio FIGUEROA ARIZALETA |
Imħallef fl-Awla Kostituzzjonali tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja tal-Venezwela (TSJ). Data tat-twelid: 17.12.1959 Numru tal-identifikazzjoni nazzjonali (Cédula): 5016509 Nazzjonalità: Venezwelana Sess: raġel |
Imħallef fl-Awla Kostituzzjonali tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja tal-Venezwela (TSJ). F’dan ir-rwol, huwa appoġġa lill-Awla Elettorali tat-TSJ meta din iċċertifikat ir-rebħa ta’ Nicolás Maduro fl-elezzjoni presidenzjali tat-28 ta’ Lulju 2024, għalkemm it-TSJ ma żvelatx data dettaljata tal-votazzjoni li fuqha kienet ibbażata d-deċiżjoni tagħha u minkejja irregolaritajiet fil-ġestjoni tal-proċess elettorali mill-Kunsill Elettorali Nazzjonali (CNE). Għalhekk, l-azzjonijiet ta’ Inocencio Antonio FIGUEROA ARIZALETA dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. |
10.1.2025 |
|
59. |
Malaquias GIL RODRÍGUEZ |
Imħallef, President tal-Awla Politika-Amministrattiva tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja tal-Venezwela (TSJ) Data tat-twelid: 27.2.1960 Post tat-twelid: Carache, Estado Trujillo, Venezuela Numru tal-identifikazzjoni nazzjonali (Cédula): 5352190 Nazzjonalità: Venezwelana Sess: raġel |
Imħallef li ilu jservi bħala l-President tal-Awla Politika-Amministrattiva tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja tal-Venezwela (TSJ) mill-2022. F’din il-pożizzjoni, Malaquías GIL RODRÍGUEZ kien involut fid-deċiżjoni tal-Awla f’Jannar 2024 li tiskwalifika lill-mexxej tal-oppożizzjoni María Corina Machado milli tkun kandidat fl-elezzjoni presidenzjali tat-28 ta’ Lulju 2024. Għalhekk, l-azzjonijiet ta’ Malaquías GIL RODRÍGUEZ dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. |
10.1.2025 |
|
60. |
Antonio José MENESES RODRÍGUEZ |
Segretarju Ġenerali tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali tal-Venezwela (CNE) Data tat-twelid: 10.12.1980 Numru ta’ identifikazzjoni (Cédula): V14316687 Nazzjonalità: Venezwelana Sess: raġel |
Segretarju Ġenerali tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali tal-Venezwela (CNE) minn Awwissu 2023. F’dan ir-rwol, Antonio José MENESES RODRÍGUEZ dewwem il-proċessi fiċ-ċentri elettorali u pprojbixxa l-aċċettazzjoni ta’ messaġġi mill-oppożizzjoni indirizzati lis-CNE li jiżvelaw irregolaritajiet. Qabel ma ħa l-kariga tiegħu fis-CNE, huwa ffirma dokument tal-Uffiċċju Suprem tal-Awditjar li jikkonferma s-sospensjoni tad-drittijiet elettorali tal-mexxej tal-oppożizzjoni María Corina Machado. Għalhekk, Antonio José MENESES RODRÍGUEZ huwa responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Venezwela. |
10.1.2025 |
|
61. |
Carlos Enrique QUINTERO CUEVAS |
Viċi President tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali tal-Venezwela (CNE) Data tat-twelid: 16.2.1972 Numru tal-passaport: 10719241 Nazzjonalità: Venezwelana Sess: raġel |
Viċi President tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali tal-Venezwela (CNE). Bħala Viċi President tas-CNE, Carlos Enrique QUINTERO CUEVAS ħa sehem bis-sħiħ fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tas-CNE li impedixxa proċess elettorali trasparenti u r-rilaxx ta’ riżultati elettorali preċiżi u b’hekk kellu rwol kruċjali fil-ġestjoni tal-elezzjoni presidenzjali tat-28 ta’ Lulju 2024. Għalhekk, l-azzjonijiet tiegħu dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. |
10.1.2025 |
|
62. |
Conrado Ramón PÉREZ BRICEÑO |
Rettur Prinċipali tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali tal-Venezwela (CNE) Data tat-twelid: 24.4.1954 Post tat-twelid: Trujillo State, Venezuela Numru tal-identifikazzjoni nazzjonali (Cédula): 4323185 Nazzjonalità: Venezwelana Sess: raġel |
Rettur Prinċipali tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali tal-Venezwela (CNE) minn Ottubru 2024. Huwa ngħaqad mas-CNE bħala Rettur supplenti u Membru tal-Bord Elettorali Nazzjonali tas-CNE f’Awwissu 2023. Fir-rwoli tiegħu bħala Rettur supplenti u Membru tal-Bord Elettorali Nazzjonali tas-CNE, Conrado Ramón PÉREZ BRICEÑO pparteċipa fid-deċiżjonijiet tas-CNE fir-rigward tal-ġestjoni tal-proċess elettorali li impedixxiet proċess elettorali trasparenti u r-rilaxx ta’ riżultati elettorali preċiżi u għalhekk kellu rwol kruċjali fil-ġestjoni tal-elezzjoni presidenzjali tat-28 ta’ Lulju 2024. Għalhekk, l-azzjonijiet tiegħu dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. |
10.1.2025 |
|
63. |
Rosalba GIL PACHECO |
Rettur Prinċipali tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali tal-Venezwela (CNE) u President tal-Kummissjoni tar-Reġistru Ċivili u Elettorali, u Membru tal-Kummissjoni għall-Parteċipazzjoni Politika u l-Finanzjament tas-CNE Data tat-twelid: 18.3.1965 Numru tal-identifikazzjoni nazzjonali (Cédula): 6186648 Nazzjonalità: Venezwelana Sess: mara |
Rettur Prinċipali tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali tal-Venezwela (CNE) u President tal-Kummissjoni tar-Reġistru Ċivili u Elettorali, u Membru tal-Kummissjoni għall-Parteċipazzjoni Politika u l-Finanzjament tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali tal-Venezwela (CNE) minn Awwissu 2023. Fir-rwoli tagħha bħala Rettur prinċipali tas-CNE, Rosalba GIL PACHECO pparteċipat fid-deċiżjonijiet tas-CNE fir-rigward tal-ġestjoni tal-proċess elettorali li impedixxiet proċess elettorali trasparenti u r-rilaxx ta’ riżultati elettorali preċiżi u għalhekk kellha rwol kruċjali fil-ġestjoni tal-elezzjoni presidenzjali tat-28 ta’ Lulju 2024. Għalhekk, l-azzjonijiet tagħha dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. |
10.1.2025 |
|
64. |
Luis Ernesto DUEÑEZ REYES |
Assistent Prosekutur, Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tal-Venezwela Data tat-twelid: 20.9.1988 Post tat-twelid: San Cristobal, Venezuela Numru tal-identifikazzjoni nazzjonali (Cédula): 18880942 Nazzjonalità: Venezwelana Sess: raġel |
Assistent Prosekutur fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tal-Venezwela. F’dan ir-rwol, Luis Ernesto DUEÑEZ REYES kien involut fil-prosekuzzjoni politika ta’ Edmundo González Urrutia, kandidat presidenzjali tal-oppożizzjoni demokratika. Edmundo González Urrutia huwa s-soġġett ta’ prosekuzzjoni għal diversi ‘delitti’ politiċi, li minħabba fihom ġie sfurzat fl-eżilju. Għalhekk, l-azzjonijiet ta’ Luis Ernesto DUEÑEZ REYES dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. |
10.1.2025 |
|
65. |
Edward Miguel BRICEÑO CISNEROS |
Imħallef Speċjali, l-Ewwel Qorti tal-Prim’Istanza tal-Venezwela Numru ta’ identifikazzjoni (Cédula): V-17514632 Nazzjonalità: Venezwelana Sess: raġel |
Imħallef Speċjali tal-Ewwel Qorti tal-Prim’Istanza b’ġuriżdizzjoni fuq kawżi relatati ma’ delitti assoċjati mat-terroriżmu, u l-kompetenza li jisma’ delitti assoċjati mal-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata. F’dan ir-rwol, Edward Miguel BRICEÑO CISNEROS ħareġ mandat ta’ arrest fit-2 ta’ Settembru 2024 kontra Edmundo González Urrutia, kandidat presidenzjali tal-oppożizzjoni demokratika. Edmundo González Urrutia huwa s-soġġett ta’ prosekuzzjoni għal diversi ‘delitti’ politiċi, li minħabba fihom ġie sfurzat fl-eżilju. Għalhekk, Edward Miguel BRICEÑO CISNEROS huwa responsabbli għar-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela u l-azzjonijiet tiegħu dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. |
10.1.2025 |
|
66. |
Alexis José RODRÍGUEZ CABELLO |
Direttur tal-Bolivarian National Intelligence Service (SEBIN) Data tat-twelid: 1.10.1965 Numru ta’ identifikazzjoni (Cédula): V-8959785 Nazzjonalità: Venezwelana Sess: raġel |
Direttur tal-Bolivarian National Intelligence Service (SEBIN). Huwa nħatar minn Nicolás Maduro f’din il-funzjoni fl-14 ta’ Ottubru 2024. Is-SEBIN kien involut fi ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, bħal eżekuzzjoni ekstraġudizzjarja, detenzjonijiet arbitrarji u r-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela. Bħala direttur tas-SEBIN, Alexis José RODRÍGUEZ CABELLO huwa responsabbli għal ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela. |
10.1.2025 |
|
67. |
Miguel Antonio MUÑOZ PALACIOS |
Viċi Direttur tal-Bolivarian National Intelligence Service (SEBIN) Data tat-twelid: 12.7.1964 Numru tal-passaport: 6186648 Nazzjonalità: Venezwelana Sess: raġel |
Viċi Direttur tal-Bolivarian National Intelligence Service (SEBIN) mill-2021. L-uffiċjali tas-SEBIN taħt is-superviżjoni tiegħu wettqu atti ta’ detenzjoni arbitrarja, tortura u trattament krudili u inuman, inkluż vjolenza sesswali, fiċ-ċentru ta’ detenzjoni ‘El Helicoide’, ħabs SEBIN. Bħala Viċi Direttur tas-SEBIN, Miguel Antonio MUÑOZ PALACIOS huwa għaldaqstant responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż detenzjoni arbitrarja, trattament inuman u degradanti, tortura, u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela. |
10.1.2025 |
|
68. |
Elio Ramón ESTRADA PAREDES |
Kmandant tal-Bolivarian National Guard of Venezuela (GNB) Data tat-twelid: 2.12.1966 Post tat-twelid: Caracas, Venezuela Numru ta’ identifikazzjoni (Cédula): 6857541 Nazzjonalità: Venezwelana Sess: raġel |
Kmandant tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana (GNB) minn Lulju 2023. Bħala kmandant tal-GNB, Elio Ramón ESTRADA PAREDES kien involut fi ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż detenzjoni arbitrarja, tortura, u trattament krudili u inuman, u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela wara l-elezzjoni presidenzjali tat-28 ta’ Lulju 2024. Qabel il-ħatra tiegħu bħala Kmandant tal-GNB f’Lulju 2023, Elio Ramón ESTRADA PAREDES mexxa l-Korp Nazzjonali tal-Pulizija Bolivarjan (PNB) minn Mejju 2019 sa Lulju 2023, u ssorvelja l-operazzjonijiet li rriżultaw fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Għalhekk, Elio Ramón ESTRADA PAREDES huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela. |
10.1.2025 |
|
69. |
Asdrúbal José BRITO HERNÁNDEZ |
Direttur tal-Criminal Investigations department (DEIPC) Data tat-twelid: 6.1.1974 Nazzjonalità: Venezwelana Sess: raġel |
Direttur tad-dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali (DEIPC) tad-Direttorat Ġenerali tal-Counterintelligence Militari (DGCIM) mill-2021. Id-DEIPC huwa responsabbli għat-twettiq ta’ investigazzjonijiet u l-kisba ta’ evidenza kontra dissidenti u avversarji, kif ukoll l-iżvilupp ta’ dossiers b’informazzjoni dwar miri potenzjali. Huwa jwettaq ukoll arresti kontra tali miri u jmexxi interrogazzjonijiet ta’ detenuti f’Boleíta, il-kwartieri ġenerali tad-DGCIM u l-post magħruf għal għadd partikolarment għoli ta’ ksur u delitti tad-drittijiet tal-bniedem, speċjalment it-tortura. Bħala Direttur tad-DEIPC, Asdrúbal José BRITO HERNÁNDEZ huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura, użu eċċessiv tal-forza u trattament ħażin tad-detenuti fil-faċilitajiet tad-DGCIM imwettqa minn membri tad-DEIPC taħt il-kmand tiegħu, b’mod partikolari fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni Boleíta. |
10.1.2025 |
|
70. |
Domingo Antonio HERNÁNDEZ LÁREZ |
Kmandant Operazzjonali Strateġiku tan-National Bolivarian Armed Forces of Venezuela (FANB) Data tat-twelid: 9.3.1964 Numru tal-passaport: 6133376 Nazzjonalità: Venezwelana Sess: raġel |
Kmandant Operazzjonali Strateġiku tan-National Bolivarian Armed Forces of Venezuela (FANB) mill-2021. L-FANB kien implikat fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem matul ir-repressjonijiet tad-dimostrazzjonijiet paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tat-28 ta’ Lulju 2024. Fir-rwol tiegħu bħala Kmandant Operazzjonali Strateġiku tal-FANB, Domingo Antonio HERNÁNDEZ LÁREZ huwa responsabbli għall-integrazzjoni, l-ippjanar, l-ipprogrammar, id-direzzjoni, l-eżekuzzjoni, is-superviżjoni, il-kmand u l-kontroll operazzjonali strateġiku tal-operazzjonijiet ta’ sigurtà. Permezz tal-linja ta’ kmand diretta tiegħu, huwa responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq minn membri tal-FANB, inkluż qtil, arresti arbitrarji u repressjoni tal-oppożizzjoni. |
10.1.2025”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/49/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)