|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/457 |
20.1.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Kawża M.11866 — Krefeld / ICG / GROUPE Climater)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/457)
1.
Fid-9 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Krefeld SAS (“Krefeld”, Franza); |
|
— |
Intermedja Capital Group plc (“IGC”, ir-Renju Unit), kumpanija kkwotata fil-borża; |
|
— |
Climater HoldCo SAS (iktar’ il quddiem “Groupe Climater”, Franza), li bħalissa hija kkontrollata minn Cobepa SA. |
Krefeld u IGC se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Groupe Climater.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ titoli.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Krefeld, hija ditta tal-investiment Franċiża maħluqa reċentement, bil-kwartieri ġenerali tagħha f’Pariġi, Franza. Il-portafoll ta’ Krefeld jinkludi Anjac Health and Beauty, attiva fis-settur tat-trattament tas-sbuħija. |
|
— |
ICG hija maniġer tal-assi alternattivi globali f’ekwità strutturata u privata, dejn privat, assi reali, u kreditu bbażata fir-Renju Unit bi preżenza fl-Ewropa, l-Asja-Paċifiku u l-Istati Uniti. |
|
— |
Group Climater, hija kumpanija Franċiża, bil-kwartieri ġenerali tagħha f’Toulouse, Franza, attiva fil-provvista tat-tisħin, il-ventilazzjoni u l-arja kundizzjonata u l-inġinerija elettrika u l-plumbing. Hija tiddisinja, tibni, iżżomm u topera installazzjonijiet bħal dawn fl-oqsma tal-industrija, tal-kura tas-saħħa, tal-akkomodazzjoni, tal-bejgħ bl-imnut, tal-uffiċċji u tal-faċilitajiet pubbliċi. Climater hija preżenti fi Franza, l-Iżvizzera u l-Kanada. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista’ jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11866 - KREFELD / ICG / GROUPE CLIMATER
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/457/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)