Official Journal L 128 , 26/05/1979 P. 0012 - 0021
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 9 P. 0241
Greek special edition: Chapter 13 Volume 8 P. 0123
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 9 P. 0241
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 10 P. 0084
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 10 P. 0084
Id-Direttiva tal-Kummissjoni tat-18 ta' april 1979 li jadatta għall-progress tekniku Direttiva tal-Kunsill 71/320/kee fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatata mat-tagħmir ta’ brejkijiet ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (79/489/KEE) Il-Kummissjoni tal- Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Kummissjoni Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-istati membri relatata mat-tip ta' approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 78/547/KEE [2], u partikolarment Artikli 11, 12 u 13 ta' dan, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 71/320/KEE tas- 26 ta' Lulju 1971 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatata mat-tagħmir ta’brejkijiet ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [3], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva tal-Kummissjoni 75/524/KEE [4], Billi, minħabba fl-esperjenza miksuba u l-makkinarju li jaħdem bl-aktar teknoloġija moderna, issa huwa possibbli li jsiru ħtiġiet aktar strinġenti u li jqarrbu lill-kundizzjonijiet attwali tat-test; Billi id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat fuq l-adattazzjoni għall-progress tekniku tad-Direttivi bit-tir li jitneħħew il-barrieri tekniċi għan-negozju fis-settur ta' vetturi bil-mutur, ADDOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 1. Annessi I, II, III, IV, V, VI u XI għad-Direttiva 71/320/KEE huma minn issa emendati skond l-Anness għal din id-Direttiva. 2. Sakemm jibdew iseħħu id-disposizzjonijiet speċjali li jikkonċernaw is-sistemi tar-roti anti-locking, il-vetturi ta' kategoriji M1, M2, M3, N1, N2, N3, O3 u O4 li huma mgħammra ma dawn is-sistemi se jkunu soġġetti għal-disposizzjonijiet tad-Direttiva 71/320/KEE, kif l-aħħar emendat b'din id-Direttiva. Artikolu 2 1. Mill-1 ta' jannar 1980, l-ebda Stat Membru, fuq il-bażi relatata mat-tagħmir tal- brejkijiet ma jista’: - jirrifjuta, b'rispett ta' tip ta' vettura, li jagħti approvazzjoni ta' tip KEE, jew li joħroġ kopja taċ-ċertifikat provdut għalih fl-aħħar indent ta' artikolu 10 (1) tad-Direttiva 70/156/KEE, jew li jagħti tip ta' approvazzjoni nazzjonali, jew - li jipprojbixxi li jidħol fis-seħħ is-servizz ta' l-vetturi, fejn it-tagħmir ta’brejkijiet ta' dan it-tip ta' vettura jew ta' vetturi bħal dawn jlaħħqu mal-disposizzjonijiet tad-direttiva 71/320/kee, kif l-aħħar emendat b'din id-direttiva. 2. mill-1 ta' Ottubru 1980, l-Istati Membri: - ma jistgħux aktar joħorġu il-kopja taċ-ċertifikat msemmi fl-aħħar indent ta' Artikolu 10 (1) tad-Direttiva 70/156/KEE b'rispett ta' tip ta' vettura għall-liema t-tagħmir ta’brejkijiet ma jħarsux mal-disposizzjonijiet tad-Direttiva 71/320/KEE, kif l-aħħar emendat b'din id-Direttiva - se jirrifjuta li jagħti tip ta' approvazzjoni nazzjonali ta' tip ta' vettura li t-tagħmir tal-brejkijiet tiegħu ma jħarsux mall-disposizzjonijiet tad-Direttiva 71/320/KEE, kif l-aħħar emendat b'din id-Direttiva. 3. Mill-1 ta' Ottubru 1981, l-Istati Membri jistgħu jwaqqfu d-dħul fis-servizz ta' vetturi li t-tagħmir tal-brejkijiet tagħhom ma jħarsux mal-disposizzjonijiet tad-Direttiva 71/320/KEE, kif l-aħħar emendat b'din id-Direttiva. 4. Minkejja l-paragrafi 1 sa 3, l-Istati Membri se jimplimentaw il-disposizzjonijiet ta’ Partita 1.2.1 ta' Anness IV għad-Direttiva 71/320/KEE, kif emendata skond 'din id-Direttiva, b'effett biss mill- 1 ta' Ottubru 1983. 5. Qabel l-1 ta' Jannar 1980, l-Istati Membri se jġibu fis-seħħ il-disposizzjonijiet neċessarji sabiex jħarsu ma din id-Direttiva, u minn issa ‘l quddiem se jinformaw il-Kummissjoni ta' dan. Artikolu 3 Din id-direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Sar fi’ Brussel, fit-18 ta' April 1979. Għall-Kummissjoni ETIENNE davignon Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU NRU L 42, 23. 2. 1970, P. 1. [2] ĠU NRU L 168, 26. 6. 1978, P. 39. [3] ĠU NRU L 202, 6. 9. 1971, P. 37. [4] ĠU NRU L 236, 8. 9. 1975, P. 3. -------------------------------------------------- ANNESS Amendamenti għall-Annessi għad-Direttiva 71/320/KEE kif emendati bid-Direttiva 74/132/KEE u bid-Direttiva 75/524/KEE I. DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI RELATATA MA L-UNITI TA' MIŻURA Is-speċifikazzjonijiet tad-Direttiva 71/320/KEE u tad-Direttivi ta' amendament tiegħu se jkunu emendati skond il-disposizzjonijiet tad-Direttiva 71/354/KEE kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 76/770/KEE relatata mal-uniti ta' miżura. Għall-dan l-iskop, fl-Annessi għad-Direttivi 71/320/KEE u 75/524/KEE: - il-kelma ' użin ' se tkun mibdula fil-kelma "massa" u l-kliem "użin massimu" u "użin totali" se jkunu mibdula fil-kliem "massa massima". - il-valuri ta' forza, torque u moment u pressa se jintwerew fl-uniti li ġejjin: forza: Newton (N), torque u moment: metru Newton (Nm), pressa: bar (bar). Il-valuri magħduda se jkunu wżati biex jikkonvertu l-unita użata qabel ma din id-Direttiva tieħu effett fl-unita imsemmija hawn fuq: forza: 1 kgf jew 1 kg = 10 N, torque u moment:1 mkgf jew 1 mkg = 10 Nm pressa:1 kgf/cm2 jew 1 kg/cm2 = 1 bar. Fejn xieraq, il-forżi li jikkorrispondu mal-massa tal-vettura jew parti ta' din il-massa (e.z. axle loads) iridu jkunu użati fil-kalkulazzjonijiet preskritti f'dawn l-Annessi. II. DISPOSIZZJONIJIET SPEĊJALI ANNESS I: DEFINIZZJONIJIET, ĦTIĠIET, KOSTRUZZJONI U TWAĦĦIL Partita 2.2.1.2.4 żid fl-aħħar:"Din il-disposizzjoni mhux se tapplika fejn xi kontroll awżiljarju jħalli għall-anqas l-attwazzjoni parzjali tas-servizz tas-sistema tal-ibbrejkjar, kif provdut fl-Anness II, partita 2.1.3.6." Partita 2.2.1.2.7 l-ewwel sentenza se tinqara:"Ċerti partijiet, bħalma huma l-pedala u l-bearing, iċ-ċilindru mastru u l-pistun tiegħu jew pistuni (sistemi idrawliċi), il-valve ta' kontroll (sistemi pnewmatiċi) ir-rabta bejn il-pedala u il-mastru ċilindru jew il-valve ta' l-kontroll, iċ-ċilindri tal-brejk u l-pistons tagħhom (sistemi idrawliċi u/jew sistemi pnewmatiċi) u s-sistema lever-u-cam tal-brejkijiet mhux se jkunu meqjusa bħala li jistgħu jiġrilhom il-ħsara jekk dawn huma dimensjonati b'mod ampju, huma aċċessibli malajr għall-manteniment, u juru effetti ta' sigurtà mill-inqas l-istess għal dawk preskritti għall-konponenti oħrajn essenzjali (bħalma huwa lis-steering linkage) tal-vettura." Partita 2.2.1.13 se tinqara: "2.2.1.13. Kwalunkwa vettura b'brejk ta’ servizz attwat b'riserva ta' enerġija, jrid, fejn il-wirja preskritta ta’ twaqqif sekondarju ma jistgħax jintlaħaq permezz ta' dan il-brake mingħajr l-użu ta' enerġija mfaddla, toħrog b' strument ta’ twissija – flimkien mal-arloġġ tal-pressjoni taż-żejt,meta dan ikun miżjud - jagħti sinjal ottiku jew akustiku meta l-enerġija mfaddla, f'xi parti mis-sistema taqa’ għall-valur għall-liema, mingħajr ma jerġa’ jintela it-tank taż-żejt u rrispettivament mill-kundizzjonijiet tat-tgħabbija tal-vettura, huwa possibli li jiġi applikat is-servizz ta' kontroll tal-brejk għall-ħames darba, wara erba' għafsiet tal-pedala u b’hekk jinkseb il-livell preskritt sekondarju tal-ibbrejkjar (mingħajr ħsara fl-istrument tat-trasmissjoni tal-brejk tas-servizz u bil-brejkijiet aġġustati viċin kemm jista’ jkun). l-istrument tat-twissija jrid ikun direttament u b'mod permanenti konness maċ-ċirkwit. Meta il-magna qed taħdem taħt kundizzjonijiet ta' operazzjoni normali u m'hemm l- ebda ħsara fis-sistema tat-twaqqif, l-istrument tat-twissija ma jridx jagħti l-ebda sinjal ħlief matul il-ħin li hemm bżonn biex jergħu jintlew ir-riservi tal-enerġija wara li tinxtgħel il-magna." Partita 2.2.1.19.2 żid fl-aħħar:"jekk din l-operazzjoni tintlaħaq permezz ta’ valv li huwa normalment wieqaf, dan il-valv jista’ ikun inkorporat biss jekk is-sewwieq jista faċilment jara li dan qed jaħdem sew, jew minn ġewwa il-kabina tas-sewwieq jew minn barra l-vettura, mingħajr l-ebda użu t’ għodda." ANNESS II: TESTIJIET TAT- TWAQQIF TA’VETTURI U L-ĦILA TAL-ISTRUMENTI TAT-TWAQQIF Il-Partita 1.3.2.1 tal-l-ewwel sentenza se tinqara:"Il-brejkijiet tas-servizz tal-karrijiet tal- kategoriji 02,03 u 04 se jkunu ikkontrollati b'mod li…" Wara l-partita numru 2.1.3.5. partita ġdida 2.1.3.6. se tkun miżjuda: "2.1.3.6. Biex isir kontroll li il-ħtiġiet ta’ Anness numru I qegħdin jintlaħħqu, partita 2.2.1.2.4, irid isir kontroll tat-tip ‘O’, bil-magna mixgħula iżda mhux f’qagħda ta’ sewqan, fil-veloċita kif speċifikata fil-partita 2.1.1 għall-kategorija tal-vetturi relevanti. il-medja tad- diċellerazzjoni wara li jiġi ngaġġat bis-sħiħ jew il- brejk tal-ipparkjar jew il-kontroll awżiljarju tal-brejk tas-servizz, u d-diċellerazzjoni immedjatament qabel ma tieqaf il-vettura, għanda tkun mhux inqas minn 1,5 m/s2. It-test għandu jsir bil-vettura mgħobbija, u l-ħtiġiet ġħandhom ikunu meqjusa milħuqa jekk il-vettura tiġi mwaqqfa għall-anqas darba kif suppost. il-forża eżerċitata fuq il-kontroll tat- twaqqif m’għandux ikun aktar mill-valuri speċifikati. fil-kas tal-vetturi tal-kategoriji m1 jew n1, li jkollhom brejk tal-ipparkjar u jużaw frictionlinings minn barra dawk għas-sistema tas-servizz tal-ibbrejkjar, il-kontroll jistgħa jsir minn 60 km/h skond kif jiġi rikjest mill-fabbrikant. f'dan il-kas, il-medja tad-diċellerazzjoni żviluppata bis-sħiħ ma tridx tkun inqas minn 2,0 m/s2; id-diċellerazzjoni immedjatament qabel ma tieqaf il-vettura ma tridx tkun inqas minn 1,5 m/s2." Partita 2.2.1.3 se tinqara: "2.2.1.3 Il-ħtiġiet relatata mal-kontrolli tal-vetturi tal- kategorija 03. L-istess ħtiġiet japplikaw għall-vetturi tal-kategorija 02." Partita 2.2.1.4.1 se tinqara: "2.2.1.4.1. L-istess ħtiġiet japplikaw kif japplikaw għall-kategorija 02: Ma dan, dawn il- vetturi jridu jkunu suġġetti mat-test tat-Tip II" Partita 2.3.2 se tinqara: "2.3.2. Fil-kas ta' vetturi li għandhom sistemi pnewmatiċi, il-ħtiġiet tal-partita numru 2.3.1 jiġu kkunsidrati sodisfaċenti jekk il-vettura taqbel mal-disposizzjonijiet ta' anness iii." ANNESS III It-titolu se jinqara: "IL-METODU TA' MIŻURA TAL-ĦIN TA' REAZZJONI GĦAL-VETTURI B’ SISTEMI TA’ BREJKIJETPNEWMATIĊI" Partita numru 1.3 se tinqara: "1.3 Il-ħinijiet determinati fl-implimentazzjoni tal-disposizzjonijiet ta' dan l-Anness se jkunu meqjusa sa l-inqas wieħed minn għaxra ta’sekonda. Jekk il-figura li tirrappreżenta il-wieħed mill-mijiet ta’sekondi tkun ħamsa jew aktar, il-ħin tar-reazzjoni se jkun meqjus il-fuq għall-wieħed mill-għaxra l-aktar viċin." Il-partita ta' qabel 1.4 se titneħħa. Partita numru 2.4, l-aħħar sentenza se titneħħa. Partita 2.5 se tinqara hekk: "2.5. Fil-kaz ta' vetturi b'mutur li għandhom ingaġġ għall-brejkijiet għall-karrijiet, f’addizzjoni mal-ħtiġiet tal-punt numru 1.1, il-ħin ta' reazzjoni irid ikun meqjus fl-estremita ta’ pajp twil 2,5m b'diametru intern ta' 13mm li se jkun mwaħħal mal-coupling head tal-linja ta' kontroll tal-brejk tas-servizz. matul dan it-test il-volum ta' 385 bejn wieħed u ieħor 5cm3 (li hu meqjus li hu equivalenti mal-volum tal-pipe 2,5m twil b'diametru intern ta' 13mm u taħt pressa ta' 6,5 bar) se jkun konness mal-coupling head tal-linja li tissuplixxi tractive units għas-semi-karrijiet li iridu jkollhom pajpijiet flessibbli biex jagħmlu konnessjoni mas-semi-karrijiet. Il-coupling heads għalhekk se jkunu fl-estremita ta' dawk il- pajpijiet flessibbli. It-tul u d-diametru intern tal-pajpijiet se jiddaħħlu fil-partita 14.6 tad-dokument li jikkorrispondi mal-mudell deskritt fl-Anness IX." Il-partita numru 3.2 tat-tieni sentenza se titneħħa. Partita 3.3.1 se tinqara hekk: "3.3.1. Irid ikollu reċipjent b'kapaċità ta' 30 litri li se jkun iċċarġjat għall-pressa ta' 6,5 qabel kull test u li ma jridx ikun irreċarġjat magħtul kull test. Fl-iżbokk tat-tagħmir tal- kontroll tal-ibbrejkjar is-simulatur irid ikollu fetħa b'diametru minn 4,0mm sa l- iktar 4,3 mm. Il-volum tal- pajp meta jiġi mkajjal mill-fetħa sa u jinkludi l-coupling head se jkun 385 bejn wieħed u ieħor 5cm3 (li hu meqjus li hu l-equivalenti għall-volum tal-pajp 2,5m twil b'diametru intern ta' 13mm u taħt pressa ta 6,5 bar). Il-pressi tal-linja ta' kontroll imsemmija fil-partita 3.3.3 se jkunu mkejla immedjatament l-isfel mill- fetħa." Il-partita numru 3.3.2 se tinqara hekk: "3.3.2. It-tagħmir tal-kontroll tal-ibbrejkjar irid ikun iddisinjat b’tali mod li l-effiċjenza tiegħu waqt l-użu ma jiġix affettwat mit-tester." Wara l-partita 3.3.2 il-partiti ġodda li ġejjin 3.3.3. u 3.3.4 se jkun miżjuda: "3.3.3. Is-simulatur irid ikun fiss. e.z. permess ta' l-għażla tal-fetħa skond il-punt numru 3.3.1. B'tali mod li, jekk ikun hemm xi reċipjent ta' 385 b’ izjed jew inqas 5cm3 jiġu mwaħħla miegħu, il-ħin li jieħu għall-pressa biex jizdied minn 0,65 sa 4,9 bar (10 u 75% rispettivament tal-pressa nominali ta' 6,5 bar), se jkun 0,2 b’ izjed jew inqas 0,01 sekonda. jekk reċipjent ta' 1155 b’ izjed jew inqas 15 cm3 jiġi mibdul għar-reċipjent imsemmi hawn fuq, il-ħin li jieħu għall-pressa biex tiżdied minn 0,65 sa 4,9 bar mingħajr aġġustament ieħor se jkun 0,38 b’ izjed jew inqas 0,02 sekonda. Bejn dawn iż-żewġ valuri ta' pressa il-pressa trid tizdied b'mod kemmxejn lineari. Dawn ir-reċipjenti se jkunu konnessi mal-coupling head mingħajr l-użu ta' pajpijiet flessibbli u se jkollhom diametru intern ta' mhux inqas minn 10mm. 3.3.4. Id-diagramma fl-Appendiċi ma dan l-Anness jagħti ezempju tal-konfigurazzjoni korretta u l-użu tas-simulatur." Il-partita 3.4 se tinqara hekk: "3.4. Il-ħin li jgħaddi bejn il-mument meta l-pressa prodotta fil-kontroll mis-simulatur jilħaq 0,65 bar u l-mument meta l-pressa fil-attwatur tal-brejk tal-karru jilħaq 75% tal-valur asimptotiku, ma jridx ikun aktar minn 0,4 sekonda." Wara l-partita 3.4 l-partita il-ġdida numru 4 li jmiss se tkun mehmuża: "4. KUNNESSJONIJIET TAT-TEST TAL-PRESSA 4.1. Fuq kull ċirkwit indipendenti tas-sistema tal-ibbrejkjar, xi tagħmir tat-test ta' pressa se jkun mwaħħal viċin kemm jistgħa jkun maċ-ċilindru tal-brejk li hu mqiegħed l-inqas post favorevoli jekk fejn il-ħin ta' reazzjoni hu kkonċernat. 4.2. Il-konnessjonijiet ta' test ta' pressa se jħarsu l-ISO standards 3583/1975." APPENDIĊI: Lis-sketch tas-simulatur se jkun mibdul b'dan li ġej: PPENDIĊI EŻEMPJU TA' SIMULATUR(ara anness iii, partita 3 ) 1. Jwaħħlu s-simulatur +++++ TIFF +++++ 2. Ittestjar tal-karru +++++ TIFF +++++ A = il-kunnessjoni ta'l-provvista b' valv li jintefa’ C1 = l-iswiċċ tal-pressa fis-simulatur, fiss f’bar 0,65 u f’ bar 4,9 C2 = switch ta' pressa li se jkun konness mal-attwatur tal-brejk tal-karru, biex jopera għall-75 % tal-pressa asymptotika fl-attwatur tal-brejk CF. CF = attwatur tal-brejk L = il-linja mill-fetħa sa u jinkludi il-coupling head TC tiegħu, li għandu volum intern ta' 385 b’iżjed jew inqas 5 cm3 taħt pressa ta' bar 6,5 M = Il-gauge tal- pressa O = fetħa b'diametru ta' mhux inqas minn 4 mm u mhux aktar minn 4,3 mm PP = konnessjoni tat- test tal- pressa R1 = reċipjent ta'l-arja tat-30 litru bi drain valv R2 = calibrating reservoir, li jinkludi l-coupling head tc, li jkun 385 iżjed jew inqas 5 cm3 R3 = calibrating reservoir, li jinkludi l-coupling head tc, li jkun 1155 iżjed jew inqas 15 cm3 RA = valv li jintefa’ TA = coupling head, linja ta’provvista TC = coupling head, linja ta kontroll V = tagħmir ta' kontroll ta' ibbrejkjar VRU = valv tar- rilej tal- emerġenza ANNESS IV: RESERVOIRS TA' ENERĠIJA U SORSI TA' ENERĠIJA GĦALL-BREJKIJIET TA' ARJA KOMPRESSA Il-partita.2.1 se tinqara hekk: "1.2.1. Ir-reservoirs tal-brejk ta' l-arja tl- vetturi b'mutur se jkunu ddesinjati b'tali mod li wara tmien attwazzjonijiet full-stroke tal-kontroll tas-servizz tal-ibbrejkjar, il-pressa li jifdal fir-reservoir tal- brejk ta' l-arja se tkun mhux inqas mill-pressa li hemm bżonn biex jilħqu il-effiċjenza ta' brejking sekondarju speċifikat." Wara l-partita 2.5 l-partita il- ġdida li ġejja 3 se jkun mehmuż: "3. Kunnessjonijiet tat-test tal- pressa 3.1. Il-kunnessjoni tat-test tal-pressa jrid tkun mwaħħal viċin mal-post tar-reservoir l-inqas favorevoli skond il fehma tal-partita numru 2.4 ta' dan l-anness. 3.2. Il-kunnessjonijiet tat-test tal-pressa se jħarsu l-ISO standard 3583/1975." ANNESS V: BREJKIJIET TAL-MOLLA Mal-partita 2.3 żid fl-aħħar:"Din il-partita ma tapplikax għal-karrijiet." Il-partita 2.4 se tinqara hekk: "2.4. F'vetturi b'mutur, is-sistema trid tkun ddesinjata sabiex ikun possibbli li japplikaw u jħallu l-brejkijiet mill-inqas tlett darbiet jekk il-pressa inizjali fil-kabina tal-kompressjoni tal-molla hija l-istess għall-pressa massima ddisenjata. Fil-kas tal-karrijiet, irid ikun possibbli li jħollu l-brejkijiet mill-inqas tlett darbiet wara li l-karrijiet kienu uncoupled, il-pressa fil-linja tal-provvista trid tkun 6,5 bar qabel l-uncoupling. Dawn il-kundizzjonijiet iridu jkunu sodisfatti meta l-brejkijiet jiġu aġġustati mill-aktar viċin possibbli. ma dan, irid ikun possibbli li japplikaw u jħallu l-brejk tal-ipparkjar kif speċifikat fl-Anness I, partita 2.2.2.10, meta l-karru hu coupled mal-vettura tal-irmonk." Ma partita 2.5 ehmeż fl-aħħar:"Fil-kas tal-karrijiet, il-livell ta' pressa (pm) hija l-pressa li tiġi miksuba wara erba’ attwazzjonijiet full-stroke tal-brejk tas-servizz skond l-Anness IV, partita 1.3. Il-pressa inizjali hi fissa f’bar -6,5." Ma l-partita 2.6 ehmeż fl-aħħar:"Dan l-punt ma japplikax għal-karrijiet." ANNESS VI: IBBREJKJAR TAL-IPPARKJAR BI QFIL MEKKANIKU TAĊ-ĊILINDRI TAL-BREJK Partita 2.1 hi miżjuda fl-aħħar:"Dan il-disposizzjoni ma japplikax għal-karrijiet. Fil-kas tal-karrijiet il-pressa li tkkorrispondi mal-qfil mekkaniku mhux se jeċċedi il-4 bar. Għandu jkun possibbli li tintlaħaq il-kapaċità ta’ effiċjenza tal-brejk tal-ipparkjar wara xi nuqqas waħdani tas-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz tal-karru. Ma dan, irid ikun possibbli li jħallu l-brejks mill-inqas tlett darbiet wara li l-karru kien uncoupled, il-pressa fil-linja tal-provvista trid tkun 6,5 bar qabel l-uncoupling. Dawn il-kundizzjonijiet iridu jkunu sodisfatti meta l-brejkijiet jiġu aġġustati l-aktar viċin possibbli. Irid ikun ukoll possibbli li japplikaw u jħallu l-brejk tal-ipparkjar kif speċifikat fl-Anness 1. Partita 2.2.2.10, fejn il-karru hu coupled mal-vettura tal-irmonk." Wara il-partita 2.4 l-partita il- ġdida li ġejja 2.5 se tkun miżjuda: "2.5. Il-kontroll irid ikun tali li, meta jiġi attwat, jagħmel l-operazzjonijiet li ġejjin f'segwenza: japplika l-brejkijiet sabiex jipprovdu l-livell ta' effiċjenza li hu meħtieġ għall-ibbrejkjar tal-ipparkjar, jaqfel il-brejkijiet f'dik il-pożizzjoni u imbagħad jikkanċella il-forza tal-applikazzjoni tal-brejk." ANNESS IX It-titolu se jinqara: "MUDELL ANNESS GĦA Ċ-ĊERTIFIKAT TAL- APPROVAZZJONI TAT-TIP TA’VETTURA KEE LI TIKKONĊERNA T-TAGĦMIR TAL-IBBREJKJAR (Artikolu 4 (2) u 10 tal-kunsill direttiva 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatata mat-tip ta' approvazzjoni ta' vetturi b'mutur u l-karrijiet tagħhom Jiġu kkunsidrati l-amendamenti introdotti wara d-Direttiva 79/489/KEE" In-nota f’qiegħ l-paġna (3) li tikkonċerna l-partita 14.3 se tinqara hekk: "(3) tapplika biss għall-vetturi ta' kategoriji 02, 03 u 04." Il-partita 14.6 se tinqara hekk: "14.6. Ħin tar-reazzjoni u d-dimensjonijiet tal-pajpijiet flessibbli 14.6.1. Ħin ta' reazzjoni fl-attwatur tal-brejk… s 14.6.2. Ħin ta' reazzjoni fil-linja ta' kontroll tal-coupling heads 14.6.3. Pajpijiet flessibbli t' uniti trattivi għas-semi-karrijiet: - tul:… m. - diametru intern… mm." F'partita 17 partita ġdida 17 (a) se tkun miżjuda: "17 (a) informazzjoni li hemm bżonn fil-partita 7.3 ta' l-Appendix għall-partita 1.1.4.2 ta' l-Anness II." Anness għad-Direttiva tal-Kummissjoni 75/524/KEE tal-25 ta' Lulju 1975 Appendiċi għall-partita 1.1.4.2 (Anness II):DISTRIBUZZJONI TAL-ISFORZ TAL-IBBREJKJAR FOST L-AXXELLI TAL-VETTURA. Il-partita 3.1.2 se tinqara: "3.1.2. Fil-kas ta' vettura awtorizzata biex tiġbed il-karrijiet ta' kategorija O3 jew O4 mgħammra bi brejkijiet ta' l-arja, il-pressa fl-applikazzjoni sħiħa tal-kontroll tal-ibbrejkjar irid ikun bejn 6,5 u 8 bar fil-coupling head tal-linja tal-provvista u bejn 6 u 7,5 bar fil-coupling head tal-linja ta' kontroll, irrespettivament mill-kundizzjoni tat-tagħbija tal-vettura.dawn it-tipi ta’pressa jridu jkunu jidhru prezenti sew meta l-vettura tal-irmonk tiġi mneħħija minn mal-karru." Partita 6 se tinqara hekk: "6. KUNDIZZJONIJIET LI JRIDU JINTLAĦQU FIL-KAS TA' FALLIMENT TAS-SISTEMA TA' DISTRIBUZZJONI TAL-IBBREJKJAR. Meta il-ħtiġiet ta’ dan l-Appendiċi jintlaħqu permezz ta' tagħmir speċjali (e.ż. kkontrollati mekkanikament bis-sospenzjoni tal-vettura), se jkun possibbli, fil-kas ta' falliment ta' dan it-tagħmir jew il-mezzi tiegħu ta' kontroll, li jwaqqfu l-vettura taħt il-kundizzjonijiet speċifikati għall-bbrejkjar sekondarju fil-kas ta' vetturi b'mutur; għal-dawk il-vetturi awtorizzata li jiġbdu karru mgħammar bi brejkijiet ta' l-arja, irid ikun possibbli li jilħaq pressa fil-coupling head tal-linja ta' kontroll fir- range speċifikat f'punt 3.1.2 ta' dan l-appendiċi. fil-kaz ta' falliment tal-mezzi ta' kontroll tat-tagħmir tal-karrijiet u tas-semi-karrijiet, ir-rata ta' l-ibbrejkjar ta' mill-inqas 30 % tal- kapaċità tal-brejk tas-servizz preskritta għall-vettura imsemmija se tkun miksuba." Partita 7 se jinqara: "7. MARKI 7.1. Vetturi oħra barra minn dawk il-vetturi tal-kategorija m1, li jilħqu l-ħtiġiet ta' dan l-Appendiċi permezz ta' tagħmir kkontrollat mekkanikament bis-suspensjoni tal-vettura, se jkunu mmarkati biex juru l-moviment utli bejn il-pożizzjonijiet tal-vettura mhux mgħobbija u dik mgħobbija respettivament u xi informazzjoni oħra biex tiffaċilita li l-issettjar tat-tagħmir ikun ikkontrollat. 7.1.1. Meta sensing device ta' brake load hi kontrollata via s-suspensjoni tal-vettura permezz ta' mezz ieħor, il-vettura trid tkun markata b'informazzjoni biex tħalli s-setting tad-device tiġi kontrollata. 7.2. Meta l-ħtiġiet ta' dan l-appendiċi jintlaħqu permezz ta' tagħmir li jimmodula l-pressa ta' l-arja fit-trasmissjoni tal-brejk, il-vettura trid tkun mmarkata biex turi l-massa li tikkorrispondi mal-axle loads fl-art, il-pressa tal-fetħa nominali tat-tagħmir u l-pressa tad-dħul ta' mhux anqas minn 80 % tad-desinn massimu tal- pressa tad-dħul, kif iddikjarat mill-fabbrikant tal-vettura, għall-figuri ta’tagħbija li ġejjin: 7.2.1. Tagħbija massima teknikament permissibbli fuq l-axle(s) li jikkontrolla t-tagħmir. 7.2.2. L-axle load(s) li jikkorrispondu mal-massa tal-vettura waqt li qed taħdem kif definit f'partita 2.6 ta' l-Anness I għad-Direttiva 70/156/KEE. 7.2.3. L-axle load (s) viċin tal-vettura bil- bodywork propost waqt li qed jaħdem fejn l-axle load (s) imsemmija f'partita 7.2.2 tirreferi (i) għax-chassis tal-vettura bil-kabina. 7.2.4. L-axleload (s) ddesinjat/i mill-fabbrikant biex l- issettjar tat-tagħmir ikun jista jkun kkontrollat fis-servizz jekk dan hu (dawn huma) differenti mit-tagħbija speċifikati f'partiti 7.2.1, 7.2.2 u 7.2.3. 7.3. L-partita 17 (a) ta' l-Anness IX irid jinkludi informazzjoni li jiffaċilita il-qbil mal-ħtiġiet tal-partiti 7.1 u 7.2 u biex ikunu kkontrollati. 7.4. Il-marki imsemmija taħt il-partiti 7.1 u 7.2 iridu jkunu affissi f'pożizzjoni viżibbli f'forma indelibbli ezempju tal-marki għal tagħmir ikkontrollat mekkanikament f'vettura mgħammra b'ibbrejkjar ta' arja kompressa huwa muri f'id-diagramma numru 5." Partita 8 se tinqara hekk: "8. KONNESSJONIJIET TAT- TEST TAL- PRESSA Sistemi tal- ibbrejkjar li jinkorporaw it-tagħmir imsemmija f'partita 7.2 se jkunu mwaħħla ma’ kunnessjonijiet tat- test tal- pressa li jikkonformaw ma l-ISO standard 3583/1975 fil-linja ta' pressa ‘l fuq jew ‘l-isfel tat-tagħmir." L-partita li qabel kienet partita numru 8 issa ssir partita numru 9. Fid-diagrammi 2 u 4a. "TR PM" se jkun mibdul bi "TR PR" fl-ordinat. Wara d-diagramma 4b. Diagramma ġdida numru 5 se tkun miżjuda kif ġej: DIAGRAMMA 5 TAGĦMIR TAS-SENSOR TAL-BRAKE LOAD (ara item 7.4) +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------