Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Curtea de Apel Târgu-Mureş - Reġistrazzjoni ta’ vetturi bil-mutur użati preċedentement irreġistrati fi Stati Membri oħra – Taxxa ambjentali imposta fuq il-vetturi bil-mutur meta dawn jiġu rreġistrati għall-ewwel darba fi Stat Membru - Kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-Artikoli 23, 25 u 90 KE - Deroga eventwali bbażata fuq l-Artikolu 174 KE.

Parti operattiva

Dispożittiv

L-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jistabbilixxi taxxa fuq it-tniġġis li hija imposta fuq vetturi bil-mutur meta dawn jiġu rreġistrati għall-ewwel darba f’dan l-Istat Membru, jekk din il-miżura fiskali hija stabbilita b’tali mod li tiskoraġġixxi t-tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni, fl-imsemmi Stat Membru, ta’ vetturi użati mixtrija fi Stati Membri oħra, mingħajr madankollu ma tiskoraġġixxi x-xiri ta’ vetturi tal-istess età u li jkunu fl-istess kundizzjoni fir-rigward tal-użu li jkun sar minnhom fis-suq nazzjonali.