|
11.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 8/2 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/96
tal-10 ta’ Jannar 2023
li temenda d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea f’Mali (EUCAP Sahel Mali)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-15 ta’ April 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea f’Mali (EUCAP Sahel Mali) (1). |
|
(2) |
Fis-7 ta’ Jannar 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/14 (2), li testendi l-EUCAP Sahel Mali sal-31 ta’ Jannar 2023 u emendat il-mandat tagħha. |
|
(3) |
Fil-kuntest tar-Rieżami Strateġiku Olistiku tal-EUTM Mali u l-EUCAP Sahel Mali, fl-1 ta’ Ġunju 2022, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà rrakkomanda li l-EUCAP Sahel Mali tiġi estiża sal-31 ta’ Jannar 2025 u, fit-30 ta’ Ġunju 2022, li l-mandat tagħha jiġi aġġustat għas-sitwazzjoni politika u ta’ sigurtà f’Mali. |
|
(4) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/219/PESK tiġi emendata skont dan. |
|
(5) |
EUCAP Sahel Mali ser titwettaq fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2014/219/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 14(1), jinżdied is-subparagrafu li ġej: “L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri n-nefqa marbuta ma’ EUCAP Sahel Mali bejn l-1 ta’ Frar 2023 u l-31 ta’ Jannar 2025 għandu jkun ta’ EUR 73 196 375,74.”; |
|
(3) |
fl-Artikolu 17, il-paragrafu 1a huwa sostitwit b’dan li ġej: “1a. Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lill-Aġenziji tal-Unjoni tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, b’mod partikolari l-FRONTEX u l-INTERPOL, informazzjoni klassifikata tal-UE, inkluż dokumenti, iġġenerata għall-finijiet tal-EUCAP Sahel Mali sal-livell rilevanti ta’ klassifikazzjoni għal kull waħda minnhom rispettivament, f’konformità mad-Deċiżjoni 2013/488/UE. Għandhom jitfasslu arranġamenti tekniċi għal dak l-għan.” |
|
(4) |
fl-Artikolu 18, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: “Għandha tapplika sal-31 ta’ Jannar 2025.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Jannar 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ROSWALL
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/219/PESK tal-15 ta’ April 2014 dwar il-Missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea f’Mali (EUCAP Sahel Mali) (ĠU L 113, 16.4.2014, p. 21).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/14 tas-7 ta’ Jannar 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea f’Mali (EUCAP Sahel Mali) (ĠU L 5, 8.1.2021, p. 16).