|
4.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 93/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta’ Marzu 2008
li temenda d-Deċiżjoni 2007/176/KE fir-rigward tal-Lista ta’ standards u/jew speċifikazzjonijiet għal netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, u faċilitajiet u servizzi assoċjati
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1001)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/286/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għal netwerks u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 17(1) tagħha,
Wara li kkonsultat il-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet,
Billi:
|
(1) |
Il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2007/176/KE (2) li tistabbilixxi Lista ta’ standards u/jew speċifikazzjonijiet għal netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, u faċilitajiet u servizzi assoċjati. Il-Kapitolu VIII ta’ din il-lista jkopri l-istandards għas-servizzi tax-xandir. |
|
(2) |
Il-provvista armonizzata ta’ xandir televiżiv terrestri fuq pjattaformi mobbli hija essenzjali biex tintlaħaq ekonomija ta’ skala kbira madwar l-UE kollha. Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar it-Tisħiħ tas-Suq Intern tat-TV Mobbli (3), il-Kummissjoni identifikat l-istandard DVB-H (Digital Video Broadcasting Handheld) bħala l-aktar standard adegwat għall-iżvilupp fil-futur tat-TV mobbli terrestri fl-Ewropa u wriet l-intenzjoni tagħha li żżid dan l-istandard mal-lista ta’ standards, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Anness għad-Deċiżjoni 2007/176/KE, mat-taqsima 8.3 (Xandir Diġitali), fil-Kapitolu VIII tal-Lista ta’ Standards, jiżdied dan li ġej:
|
“Xandir Diġitali bil-Video (li jinżamm fl-idejn) DVB-H |
ETSI EN 302 304 |
Verżjoni 1.1.1” |
Artikolu 2
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 17 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kummissjoni
Viviane REDING
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33. Id-Direttiva emendata bir-Regolament (KE) Nru 717/2007 (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 32).
(2) ĠU L 86, 27.3.2007, p. 11.
(3) COM(2007) 409 finali tat-18 ta’ Lulju 2007.