8.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9544 — Brookfield/Johnson Controls Autobatterie)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 338/03)

1.   

Fit-30 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Brookfield Asset Management Inc. (“Brookfield”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Johnson Controls Autobatterie GmbH & Co.KGaA (“JC Autobatterie”, il-Ġermanja).

Brookfield takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku ta’ JC Autobatterie kollha.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

għal Brookfield: il-ġestjoni tal-assi b’enfasi fuq il-proprjetà immobbli, l-enerġija rinnovabbli, l-infrastruttura u l-ekwità privata;

—

għal JC Autobatterie: ir-riċerka, l-iżvilupp, il-kummerċjalizzazzjoni, il-manifattura, il-liċenzjar u d-distribuzzjoni ta’ batteriji tal-istartjar għal kull tip ta’ vettura u applikazzjoni, inklużi vetturi tal-passiġġieri, trakkijiet, u applikazzjonijiet awtomobilistiċi oħrajn.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9544 — BROOKFIELD/JOHNSON CONTROLS AUTOBATTERIE

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, tal-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Fax+32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.