|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1465 |
23.7.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1465
tat-22 ta’ Lulju 2025
dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’Enterococcus faecium ATCC 53519 u preparat ta’ Enterococcus faecium ATCC 55593 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). L-Artikolu 10(7) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għat-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prodotti użati fl-Unjoni bħala addittiv tas-silaġġ. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 10(1), il-punt (b), tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, il-preparati ta’ Enterococcus faecium ATCC 53519 u Enterococcus faecium ATCC 55593 iddaħħlu fir-Reġistru tal-Addittivi tal-Għalf bl-ismijiet Enterococcus faecium SF202-DSM 4788-ATCC 53519 u Enterococcus faecium SF301-DSM 4789-ATCC 55593 rispettivament, bħala prodotti eżistenti li jappartjenu għall-grupp funzjonali tal-addittivi tas-silaġġ, għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 10(7) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 u l-Artikolu 10(2) tiegħu, tressqu applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ preparati ta’Enterococcus faecium ATCC 53519 u Enterococcus faecium ATCC 55593bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u fil-grupp funzjonali “adittivi tas-silaġġ”. Dawk l-applikazzjonijiet kienu akkumpanjati bid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
Fl-opinjonijiet tagħha tal-1 ta’ Ottubru 2013 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-użu tal-Enterococcus faecium ATCC 53519 u Enterococcus faecium ATCC 55593 huwa sikur għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, għall-konsumaturi u għall-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li fin-nuqqas ta’ evidenza, dawn l-addittivi jenħtieġ li jitqiesu bħala irritanti tal-ġilda u tal-għajnejn u sensitizzaturi potenzjali tal-ġilda. Minħabba n-natura proteinaċja tal-aġenti attivi, l-Awtorità tqis li huwa prudenti li dawn l-addittivi jiġu ttrattati bħala sensitizzaturi respiratorji. Barra minn hekk, minħabba l-potenzjal għoli ta’ trab tal-biċċa l-kbira tal-preparati ttestjati, l-Awtorità kkonkludiet li hemm bżonn li jittieħdu miżuri biex jitnaqqas kemm jista’ jkun l-esponiment tal-ħaddiema mill-inalazzjoni. L-awtorità ma setgħetx tikkonkludi dwar l-effikaċja ta’ dawn l-addittivi. Fl-opinjonijiet sussegwenti tas-27 ta’ Settembru 2022 (4), tal-4 ta’ Lulju 2023 (5), u tal-15 ta’ Ottubru 2024 (6), l-Awtorità waslet għall-konklużjoni li l-użu ta’ Enterococcus faecium ATCC 53519 u Enterococcus faecium ATCC 55593 fit-tipi kollha ta’ materjali tal-pjanti friski għandu l-potenzjal li jkun effikaċi fit-titjib tal-preservazzjoni tan-nutrijenti tas-silaġġ fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti. |
|
(5) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-preparati ta’ Enterococcus faecium ATCC 53519 u Enterococcus faecium ATCC 55593 jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta’ dawk il-preparati jiġi awtorizzat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati effetti avversi fuq saħħet l-utenti tal-addittiv. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Il-preparati speċifikati fl-Anness, li jappartjenu għall-kategorija tal-addittivi, “addittivi teknoloġiċi” fil-grupp funzjonali “addittivi tas-silaġġ”, huma awtorizzati biex jintużaw bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Miżuri tranżizzjonali
L-addittivi tal-għalf Enterococcus faecium SF202-DSM 4788-ATCC 53519 u Enterococcus faecium SF301-DSM 4789-ATCC 55593, u l-għalf li fih dawk is-sustanzi, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-12 ta’ Awwissu 2026 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-12 ta’ Awwissu 2025, jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI:http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1970/524/oj).
(3) EFSA Journal 2013; 11 (10):3363; https://doi.org/10.2903/j.efsa.2013.3363.
(4) EFSA Journal 2022; 20(10):7603; https://doi.org/10.2903/j.efsa.2022.7603.
(5) EFSA Journal 2023;21(7):8166; https://doi.org/10.2903/j.efsa.2023.8166.
(6) EFSA Journal, 22(11), e9071. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.9071.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal- additiv tal-għalf |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
CFU/kg ta’ materja friska |
||||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ |
||||||||||||||||||
|
1k20603 |
Enterococcus faecium ATCC 53519 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni tal-Enterococcus faecium ATCC 53519 li jkun fiha minimu ta’ 1 × 1010 CFU għal kull gramma ta’ addittiv Forma solida --------------------------------- Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli ta’ Enterococcus faecium ATCC 53519 ---------------------------------- Metodu analitiku (1) Identifikazzjoni ta’ Enterococcus faecium ATCC 53519:
Numerazzjoni ta’ Enterococcus faecium ATCC 53519:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
It-12 ta’ Awwissu 2035 |
||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal- additiv tal-għalf |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
CFU/kg ta’ materja friska |
||||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ |
||||||||||||||||||
|
1k20604 |
Enterococcus faecium ATCC 55593 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni tal-Enterococcus faecium ATCC 55593 li jkun fiha minimu ta’ 1 × 1010 CFU għal kull gramma ta’ addittiv Forma solida --------------------------------- Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli ta’ Enterococcus faecium ATCC 55593 ---------------------------------- Metodu analitiku (2) Identifikazzjoni ta’ Enterococcus faecium ATCC 55593:
Numerazzjoni ta’ Enterococcus faecium ATCC 55593:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
12 ta' Awwissu 2035 |
||||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1465/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)