<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-445/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0445</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:952">EU:C:2020:952</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20201124">24.11.2020</DATE> – Kawża C‑445/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Viasat Broadcasting UK</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20201124">24 ta’ Novembru 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: id-Daniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Kumpannija pubblika tax-xandir</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 106(2) TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna kompatibbli mas-Suq Intern</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 108(3) TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Notifika</KEYWORD><KEYWORD>Assenza</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu, għall-benefiċjarja, li tħallas l-interessi marbutin mal-perijodu tal-illegalità ta’ din l-għajnuna</KEYWORD><KEYWORD>Kalkolu tal-interessi</KEYWORD><KEYWORD>Ammonti li għandhom jitqiesu</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑445/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Østre Landsret (il-Qorti tal-Appell tar-Reġjun tal-Lvant, id-Danimarka), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20190529">29 ta’ Mejju 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20190606">6 ta’ Ġunju 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Viasat Broadcasting UK Ltd</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">TV2/Danmark A/S,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tad-Danimarka,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President, R. Silva de Lapuerta (Relatur), Viċi President, A. Arabadjiev, A. Prechal, E. Regan, M. Ilešič, L. Bay Larsen, N. Piçarra u A. Kumin, Presidenti ta’ Awla, T. von Danwitz, C. Toader, I. Jarukaitis u N. Jääskinen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Viasat Broadcasting UK Ltd, minn P. Jakobsen u M. Honoré, advokater,</P></ITEM><ITEM><P>għal TV2/Danmark A/S, minn O. Koktvedgaard, advokat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Daniż, minn M. S. Wolff u J. Nymann‑Lindegren, bħala aġenti, assistiti minn R. Holdgaard, advokat,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. K. Bulterman u J. Langer, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn J. Schmoll u F. Koppensteiner, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn B. Stromsky, bħala aġent, assistit minn M. Niessen, advokat,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali fil-konklużjonijiet tiegħu fis-seduta tat-<DATE ISO="20200903">3 ta’ Settembru 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Artikolu 106(2) TFUE u tal-Artikolu 108(3) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Viasat Broadcasting UK Ltd (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Viasat<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u TV2/Danmark A/S (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>TV2<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u r-Renju tad-Danimarka, dwar l-obbligu, għal din tal-aħħar, li tħallas interessi għall-perijodu li matulu l-miżuri ta’ għajnuna li hija bbenefikat minnhom ġew implimentati illegalment qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni Ewropea li tiddikjarahom kompatibbli mas-suq intern.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>TV2 hija kumpannija tax-xandir Daniża inkarigata b’missjoni ta’ servizz pubbliku li tikkonsisti fil-produzzjoni u fix-xandir ta’ programmi televiżivi nazzjonali u reġjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Wara lment, is-sistema ta’ finanzjament ta’ TV2 kienet is-suġġett ta’ eżami mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni 2006/217/KE tad-<DATE ISO="20040519">19 ta’ Mejju 2004</DATE> dwar il-miżuri implimentati mid-Danimarka favur TV2/Danmark (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="085" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 85, p. 1</REF.DOC.OJ>). F’din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni qieset li dawn il-miżuri kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat mogħtija bejn is-sena 1995 u s-sena 2002 mir-Renju tad-Danimarka lil TV2, fil-forma ta’ tariffi u ta’ miżuri oħra, iżda li din l-għajnuna kienet kompatibbli mas-suq intern, fis-sens tal-Artikolu 106(2) TFUE, bl-eċċezzjoni ta’ ammont ta’ 628.2 miljun kroner Daniż (DKK) (madwar EUR 85 miljun).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Wara li l-imsemmija deċiżjoni ġiet annullata permezz tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081022">22 ta’ Ottubru 2008</DATE>, <NAME.CASE>TV2/Danmark <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑309/04, T‑317/04, T‑329/04 u T‑336/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:457">EU:T:2008:457</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Kummissjoni wettqet eżami mill-ġdid tal-miżuri kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Fi tmiem dan l-eżami mill-ġdid, il-Kummissjoni, permezz tad-Deċiżjoni 2011/839/UE tal-<DATE ISO="20110420">20 ta’ April 2011</DATE> dwar il-miżuri implimentati mid-Danimarka (C 2/03) għal TV2/Danmark (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="340" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 340, p. 1</REF.DOC.OJ>), ikkunsidrat li dawn il-miżuri, adottati bejn is-sena 1995 u s-sena 2002 favur TV2, fil-forma ta’ riżorsi bbażati fuq it-tariffi u ta’ miżuri oħra li huma s-suġġett ta’ din id-deċiżjoni, kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, li kienu ġew implimentati illegalment, bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE, iżda din l-għajnuna kienet kompatibbli mas-suq intern, fis-sens tal-Artikolu 106(2) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>TV2 ippreżentat rikors għall-annullament parzjali tal-imsemmija deċiżjoni quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza tagħha tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150924">24 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>TV2/Danmark vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑674/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:684">EU:T:2015:684</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni 2011/839, sa fejn il-Kummissjoni kienet qieset li d-dħul mir-reklamar għas-snin 1995 u 1996 imħallas lil TV2 permezz tal-Fond TV2 kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, u ċaħdet il-kumplament tar-rikors.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>TV2, il-Kummissjoni u Viasat ippreżentaw appelli kontra din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza tagħha tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>TV2/Danmark vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑649/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:835">EU:C:2017:835</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-appell ta’ TV2.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs TV2/Danmark</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑656/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:836">EU:C:2017:836</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE> <NAME.CASE>Viasat Broadcasting UK vs TV2/Danmark</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑657/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:837">EU:C:2017:837</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja annullat is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150924">24 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>TV2/Danmark vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑674/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:684">EU:T:2015:684</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), sa fejn din kienet annullat id-Deċiżjoni 2011/839 sa fejn kienet ippreċiżat fil-punt 8 tas-sentenza preżenti, u ddeċidiet definittivament il-kawża billi ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat minn TV2 kontra din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Sussegwentement, Viasat adixxiet lill-qorti tar-rinviju, l-Østre Landsret (il-Qorti tal-Appell tar-Reġjun tal-Lvant, id-Danimarka), b’talba intiża għall-ħlas, minn TV2, tal-interessi marbutin mal-perijodu tal-illegalità tal-għajnuna kkonċernata, jiġifieri bejn is-sena 1995 u s-sena 2011, li TV2 kienet tħallas fuq l-ammont inkwistjoni ta’ din l-għajnuna li kieku kellha tissellef dan l-ammont fis-suq fl-istennija tal-adozzjoni tad-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni, imsemmija fl-Artikolu 108(3) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Østre Landsret (il-Qorti tal-Appell tar-Reġjun tal-Lvant) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>1)</NO.P><TXT>L-obbligu ta’ qorti nazzjonali li tikkundanna lil benefiċċjarja ta’ għajnuna għall-ħlas tal-interessi marbuta mal-perijodu ta’ illegalità (ara a-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>CELF u ministre de la Culture et de la Communication</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑199/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:79">EU:C:2008:79</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>)) japplika wkoll f’każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fih l-għajnuna illegali mill-Istat kienet tikkostitwixxi kumpens għal servizz pubbliku li sussegwentement ġiet irrikonoxxuta bħala kompatibbli mas-suq intern, skont l-Artikolu 106(2) TFUE, u l-awtorizzazzjoni tagħha ġiet ibbażata fuq evalwazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża kollha ta’ servizz pubbliku, inkluża l-kapitalizzazzjoni tagħha?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-obbligu ta’ qorti nazzjonali li tikkundanna lil benefiċċjarja ta’ għajnuna għall-ħlas tal-interessi marbuta mal-perijodu ta’ illegalità (ara a-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>CELF u ministre de la Culture et de la Communication</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑199/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:79">EU:C:2008:79</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>)) japplika wkoll għall-ammonti li, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, ġew ittrasferiti mill-benefiċċjara tal-għajnuna lil impriżi terzi li huma marbuta miegħu, b’mod konformi ma’ obbligu tad-dritt pubbliku, u li, b’deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li saret definittiva, ġew meqjusa bħala li jiffavorixxu lil din il-benefiċċjarja fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-obbligu ta’ qorti nazzjonali li tikkundanna lil benefiċċjarja ta’ għajnuna għall-ħlas tal-interessi marbuta mal-perijodu ta’ illegalità (ara a-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>CELF u ministre de la Culture et de la Communication</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑199/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:79">EU:C:2008:79</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>)) japplika wkoll għal għanuna mill-Istat li, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, tħallset lill-benefiċċjarja tagħha minn impriża kkontrollata mill-Istat meta parti minn dawn il-mezzji kienu joriġinaw mill-kummerċjalizzazzjoni ta’ servizzi tal-benefiċċjarja?<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Is-seduta għas-sottomissjonijiet orali, li ż-żamma tagħha kienet ġiet iffissata inizjalment għall-<DATE ISO="20200420">20 ta’ April 2020</DATE>, u mbagħad ġiet posposta għat-8 ta’ Ġunju ta’ wara, minħabba l-kriżi sanitarja, ġiet annullata u d-domandi li kienu saru għal risposta orali ġew ittrasformati f’domandi għal risposta bil-miktub. Il-partijiet taw risposti għal dawn il-mistoqsijiet fit-termini stabbiliti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 108(3) TFUE għandux jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu, impost fuq il-qrati nazzjonali, li jikkundannaw lill-benefiċjarja ta’ għajnuna mill-Istat implimentata bi ksur ta’ din id-dispożizzjoni għall-ħlas ta’ interessi għall-perijodu ta’ illegalità ta’ din l-għajnuna japplika wkoll meta, permezz tad-deċiżjoni finali tagħha, il-Kummissjoni tikkonkludi li din tal-aħħar hija kompatibbli mas-suq intern, skont l-Artikolu 106(2) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li l-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat hija bbażata fuq obbligu ta’ kooperazzjoni leali bejn, minn naħa, il-qrati nazzjonali u, min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni u l-qrati tal-Unjoni, li fil-kuntest tiegħu kull wieħed jaġixxi skont ir-rwol mogħti lilu mit-Trattat FUE (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160915">15 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>PGE</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑574/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:686">EU:C:2016:686</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), u r-rwoli rispettivi tagħhom huma kumplimentari, iżda distinti (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131121">21 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Lufthansa,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑284/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:755">EU:C:2013:755</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fil-fatt, filwaqt li l-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà ta’ miżuri ta’ għajnuna mas-suq intern taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Kummissjoni, li taġixxi taħt il-kontroll tal-qrati tal-Unjoni, il-qrati nazzjonali għandhom jiżguraw il-protezzjoni, sad-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni, tad-drittijiet tal-individwi fil-każ ta’ ksur eventwali, mill-awtoritajiet tal-Istat, tal-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 108(3) TFUE (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131121">21 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Lufthansa</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑284/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:755">EU:C:2013:755</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-kontroll preventiv fuq il-proġetti ta’ għajnuna ġodda stabbilit minn din l-aħħar dispożizzjoni huwa intiż sabiex tiġi implimentata biss l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, l-implimentazzjoni ta’ proġett ta’ għajnuna tiġi ddifferita sakemm id-dubju dwar il-kompatibbiltà tiegħu jitneħħa permezz tad-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200303">3 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Vodafone Magyarország</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑75/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:139">EU:C:2020:139</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200303">3 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Tesco-Global Áruházak</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑323/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:140">EU:C:2020:140</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-obbligu ta’ notifika jikkostitwixxi wieħed mill-elementi fundamentali tas-sistema ta’ kontroll implimentata mit-Trattat FUE fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat. Fil-kuntest ta’ din is-sistema, l-Istati Membri għandhom l-obbligu, minn naħa, li jinnotifikaw lill-Kummissjoni kull miżura intiża sabiex tistabbilixxi jew timmodifika għajnuna, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, u, min-naħa l-oħra, li ma jimplimentawx tali miżura, konformement mal-Artikolu 108(3) TFUE, sakemm din l-istituzzjoni tal-Unjoni ma tkunx adottat deċiżjoni finali dwar din il-miżura (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190305">5 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Eesti Pagar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑349/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:172">EU:C:2019:172</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-projbizzjoni prevista f’dan l-Artikolu 108(3) hija intiża sabiex tiggarantixxi li l-effetti ta’ għajnuna ma jseħħux qabel ma l-Kummissjoni jkollha terminu raġonevoli sabiex teżamina l-proġett fid-dettall u, jekk ikun il-każ, tibda l-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>CELF u ministre de la Culture et de la Communication</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑199/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:79">EU:C:2008:79</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’sitwazzjoni li fiha l-Kummissjoni, fir-rigward ta’ għajnuna implimentata bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE, adottat deċiżjoni finali li tikkonkludi li din l-għajnuna hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni ma għandhiex il-konsegwenza li tirregolarizza, <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT>, l-atti ta’ implimentazzjoni li kienu invalidi minħabba li kienu ttieħdu bi ksur tal-projbizzjoni ta’ implimentazzjoni stabbilita f’din l-aħħar sentenza tal-Artikolu 108(3). Kull interpretazzjoni oħra twassal sabiex tiffavorixxi n-nuqqas ta’<?PAGE NO="5"?> osservanza, mill-Istat Membru kkonċernat, ta’ din id-dispożizzjoni u ċċaħħadha mill-effett utli tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>CELF u ministre de la Culture et de la Communication</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑199/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:79">EU:C:2008:79</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’tali sitwazzjoni, id-dritt tal-Unjoni jobbliga lill-qrati nazzjonali jordnaw il-miżuri xierqa sabiex jirrimedjaw effettivament l-effetti tal-illegalità (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>CELF u ministre de la Culture et de la Communication</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑199/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:79">EU:C:2008:79</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fil-fatt, għalkemm, fil-kuntest ta’ proġett ta’ għajnuna, kompatibbli jew le mas-suq intern, il-fatt li ma jiġix osservat l-Artikolu 108(3) TFUE ma jġib miegħu ebda riskju jew piena ikbar milli l-osservanza ta’ din id-dispożizzjoni, l-inkoraġġiment tal-Istati Membri li jinnotifikaw u li jistennew deċiżjoni dwar il-kompatibbiltà jitnaqqas b’mod kunsiderevoli, u dan japplika wkoll għall-portata tal-kontroll tal-Kummissjoni bħala konsegwenza (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061005">5 ta’ Ottubru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Transalpine Ölleitung in Österreich</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑368/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:644">EU:C:2006:644</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, kif jirriżulta mis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>CELF u ministre de la Culture et de la Communication</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑199/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:79">EU:C:2008:79</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), għandha ssir distinzjoni, fir-rigward tal-effetti tal-implimentazzjoni ta’ għajnuna bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE, bejn l-irkupru tal-għajnuna illegali u l-ħlas ta’ interessi għall-perijodu ta’ illegalità ta’ din l-għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Minn naħa, fir-rigward tal-irkupru tal-għajnuna illegali, l-għan li jiġi ggarantit li għajnuna inkompatibbli qatt ma tiġi implimentata, li fuqu huwa bbażat l-Artikolu 108(3) TFUE, ma huwiex kontradett mill-ħlas prematur tal-għajnuna illegali meta l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni finali li tikkonkludi li din l-għajnuna hija kompatibbli mas-suq intern (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>CELF u ministre de la Culture et de la Communication</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑199/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:79">EU:C:2008:79</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Konsegwentement, il-qorti nazzjonali ma hijiex obbligata tordna l-irkupru tal-imsemmija għajnuna (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>CELF u ministre de la Culture et de la Communication</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑199/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:79">EU:C:2008:79</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-qorti nazzjonali għandha, skont id-dritt tal-Unjoni, tordna lill-benefiċjarja tal-għajnuna tħallas l-interessi marbutin mal-perijodu tal-illegalità ta’ din l-għajnuna (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>CELF u ministre de la Culture et de la Communication</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑199/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:79">EU:C:2008:79</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190305">5 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Eesti Pagar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑349/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:172">EU:C:2019:172</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0134">134</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Dan l-obbligu impost fuq il-qorti nazzjonali jirriżulta mill-fatt li l-implimentazzjoni ta’ għajnuna bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE tagħti lill-benefiċjarja tagħha vantaġġ indebitu li jikkonsisti, minn naħa, fin-nuqqas ta’ ħlas tal-interessi li hija kienet tħallas fuq l-ammont inkwistjoni tal-għajnuna kompatibbli, li kieku kellha tissellef dan l-ammont fis-suq fl-istennija tal-adozzjoni tad-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni, u, min-naħa l-oħra, fit-titjib tal-pożizzjoni kompetittiva tagħha quddiem l-operaturi l-oħra tas-suq, matul il-perijodu ta’ illegalità tal-għajnuna kkonċernata (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>CELF u ministre de la Culture et de la Communication</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑199/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:79">EU:C:2008:79</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190305">5 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Eesti Pagar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑349/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:172">EU:C:2019:172</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0132">132</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, l-illegalità ta’ din l-għajnuna kellha l-effett, minn naħa, li tesponi lil dawn l-operaturi għar-riskju, li fl-aħħar mill-aħħar ma seħħx, ta’ implimentazzjoni ta’ għajnuna inkompatibbli u, min-naħa l-oħra, li ġġegħelhom iġarrbu iktar kmieni milli kellhom, f’termini ta’ kompetizzjoni, l-effetti tagħha (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>CELF u ministre de la Culture et de la Communication</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑199/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:79">EU:C:2008:79</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Hekk kif l-Avukat Ġenerali rrilevat, essenzjalment, fil-punti 23 sa 25, 35 u 49 tal-konklużjonijiet tagħha, l-imsemmi obbligu, stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>CELF u ministre de la Culture et de la Communication</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑199/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:79">EU:C:2008:79</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), f’sitwazzjoni li fiha l-Kummissjoni kienet adottat deċiżjoni finali li tikkonkludi dwar il-kompatibbiltà ta’ għajnuna illegali mas-suq intern, fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE, japplika għal kull għajnuna implimentata bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE, inkluż meta, fid-deċiżjoni finali tagħha, il-Kummissjoni tikkonkludi favur il-kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 106(2) TFUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 106(2) TFUE, minn naħa, l-impriżi inkarigati mill-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali jew li għandhom in-natura ta’ monopolju fiskali huma suġġetti għar-regoli tat-Trattati, b’mod partikolari għar-regoli tal-kompetizzjoni, sa fejn l-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli ma tostakolax it-twettiq <HT TYPE="ITALIC">de jure</HT> jew <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> tal-missjoni partikolari mogħtija lilhom u, min-naħa l-oħra, l-iżvilupp tal-kummerċ ma għandux jiġi affettwat b’mod li jmur kontra l-interess tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni, li hija intiża sabiex tirrikonċilja l-interess tal-Istati Membri li jużaw ċerti impriżi bħala strument ta’ politika ekonomika jew soċjali mal-interess tal-Unjoni Ewropea fl-osservanza tar-regoli tal-kompetizzjoni u għaż-żamma tal-unità tas-suq intern (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100420">20 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Federutility <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑265/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:205">EU:C:2010:205</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170308">8 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Viasat Broadcasting UK vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑660/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:178">EU:C:2017:178</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), għandha tiġi interpretata fid-dawl tal-preċiżazzjonijiet magħmula mill-Protokoll (Nru 26) dwar is-servizzi ta’ interess ġenerali (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="202" PAGE.FIRST="307" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, C 202, p. 307</REF.DOC.OJ>) kif ukoll, fir-rigward tal-qasam inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mill-Protokoll (Nru 29) dwar is-sistema ta’ xandir pubbliku fl-Istati Membri (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="202" PAGE.FIRST="311" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, C 202, p. 311</REF.DOC.OJ>) (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170308">8 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Viasat Broadcasting UK vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑660/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:178">EU:C:2017:178</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn naħa, l-Artikolu 1 tal-Protokoll (Nru 26) dwar is-servizzi ta’ interess ġenerali jindika li l-Istati Membri għandhom <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>setgħa diskrezzjonali wiesgħa<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> sabiex jipprovdu, jikkummissjonaw u jorganizzaw is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali b’mod li jissodisfa kemm jista’ jkun possibbli l-bżonnijiet tal-utenti (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181107">7 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L-Ungerija</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑171/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:881">EU:C:2018:881</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, skont il-Protokoll (Nru 29) dwar is-sistema tax-xandir pubbliku fl-Istati Membri, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>[i]d-dispożizzjonijiet tat-Trattati huma mingħajr ħsara għall-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri li jipprovdu għall-finanzjament tas-servizz pubbliku tax-xandir sa fejn dan il-finanzjament jingħata lill-organizzazzjonijiet tax-xandir sabiex iwettqu l-funzjoni ta’ servizz pubbliku kif mogħti, iddefinit u organizzat minn kull Stat Membru u sa fejn dan il-finanzjament ma jbiddilx il-kundizzjonijiet tal-kummerċ u tal-kompetizzjoni fl-Unjoni Ewropea, peress li jmur kontra l-interess komuni, peress li t-twettiq tal-mandat ta’ dan is-servizz pubbliku għandu jittieħed inkunsiderazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għalhekk, l-Istati Membri huma intitolati, filwaqt li josservaw id-dritt tal-Unjoni, li jiddefinixxu l-portata u l-organizzazzjoni tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali tagħhom, b’mod partikolari s-servizz pubbliku tax-xandir, billi jitqiesu b’mod partikolari l-għanijiet proprji għall-politika nazzjonali tagħhom. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom setgħa diskrezzjonali wiesgħa, li tista’ tiġi kkontestata mill-Kummissjoni biss fil-każ ta’ żball manifest (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181107">7 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L-Ungerija</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑171/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:881">EU:C:2018:881</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Madankollu, is-setgħa li għandhom l-Istati Membri fir-rigward tad-definizzjoni tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali għandha, fi kwalunkwe każ, tiġi eżerċitata b’osservanza tad-dritt tal-Unjoni (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171220">20 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Comunidad Autónoma del País Vasco <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑66/16 P sa C‑69/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:999">EU:C:2017:999</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200903">3 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Vereniging tot Behoud van Natuurmonumenten in Nederland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑817/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:637">EU:C:2020:637</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0095">95</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Issa, il-kwistjoni dwar jekk miżura għandhiex tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat issir qabel dik li tikkonsisti fil-verifika, jekk ikun il-każ, ta’ jekk għajnuna inkompatibbli fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE hijiex madankollu neċessarja għat-twettiq tal-missjoni imposta fuq il-benefiċjarja tal-miżura inkwistjoni, skont l-Artikolu 106(2) TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170308">8 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Viasat Broadcasting UK vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑660/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:178">EU:C:2017:178</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Konsegwentement, il-Kummissjoni għandha, qabel ma teżamina eventwalment miżura fid-dawl ta’ din<?PAGE NO="7"?> id-dispożizzjoni, tkun tista’ tistħarreġ jekk din il-miżura tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, li teħtieġ in-notifika minn qabel tal-miżura ppjanata lil din l-istituzzjoni tal-Unjoni, skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 108(3) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kull eċċezzjoni għar-regola ġenerali li jikkostitwixxi dan l-obbligu ta’ notifika, impost fuq l-Istati Membri skont it-Trattati, li jikkostitwixxi wieħed mill-elementi fundamentali tas-sistema ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat, għandha tkun espressament prevista (ara f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190305">5 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Eesti Pagar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑349/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:172">EU:C:2019:172</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Issa, skont l-Artikolu 109 TFUE, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa awtorizzat jagħmel kull regolament xieraq fid-dawl tal-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 TFUE u jista’, b’mod partikolari, jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li fihom l-Artikolu 108(3) TFUE għandu japplika kif ukoll il-kategoriji ta’ għajnuna eżentati mill-proċedura prevista f’din l-aħħar dispożizzjoni. F’dan il-kuntest, skont l-Artikolu 108(4) TFUE, il-Kummissjoni tista’ tadotta regolamenti dwar il-kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat li l-Kunsill iddetermina, konformement mal-Artikolu 109 TFUE, li jistgħu jiġu eżentati mill-proċedura prevista fl-Artikolu 108(3) TFUE (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190305">5 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Eesti Pagar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑349/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:172">EU:C:2019:172</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għalhekk, huwa b’applikazzjoni tal-Artikolu 94 tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 89 KE, li huwa stess sar l-Artikolu 109 TFUE) li kien ġie adottat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-<DATE ISO="19980507">7 ta’ Mejju 1998</DATE> dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli [107 u 108 TFUE] għal ċerti kategoriji ta’ għajnuna Statali orizzontali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 312) li permezz tiegħu ġew adottati, sussegwentement, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-<DATE ISO="20080806">6 ta’ Awwissu 2008</DATE> li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikoli [107 u 108 TFUE] (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="214" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 214, p. 3</REF.DOC.OJ>), imbagħad ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-<DATE ISO="20140617">17 ta’ Ġunju 2014</DATE> li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 [TFUE] (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="187" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 187, p. 1</REF.DOC.OJ>) (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190305">5 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Eesti Pagar</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑349/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:172">EU:C:2019:172</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Issa, kif jitfakkar fil-premessa 7 tar-Regolamenti Nri 800/2008 u 651/2014, l-għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, li ma hijiex koperta minn dawn ir-regolamenti, tibqa’ suġġetta għall-obbligu ta’ notifika previst fl-Artikolu 108(3) TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190305">5 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Eesti Pagar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑349/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:172">EU:C:2019:172</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-formulazzjoni stess tal-Artikolu 106(2) TFUE jirriżulta li derogi mir-regoli tat-Trattat FUE ma humiex permessi taħt din id-dispożizzjoni ħlief jekk ikunu neċessarji għat-twettiq tal-missjoni partikolari li ġiet fdata lil impriża inkarigata mill-amministrazzjoni ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170308">8 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Viasat Broadcasting UK vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑660/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:178">EU:C:2017:178</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200903">3 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Vereniging tot Behoud van Natuurmonumenten in Nederland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑817/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:637">EU:C:2020:637</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0097">97</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, jekk ikun il-każ, tiġi mistħarrġa mill-Kummissjoni minn qabel l-implimentazzjoni tagħha. Issa, kif ġie deċiż fil-punt 35 ta’ din is-sentenza, dan l-istħarriġ mill-Kummissjoni jista’ jitwettaq biss wara li l-miżura ppjanata tkun ġiet innotifikata lil din l-istituzzjoni tal-Unjoni, konformement mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 108(3) TFUE, sabiex tkun tista’ tistħarreġ jekk din il-miżura tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. Għaldaqstant, it-twettiq tal-kompiti ta’ impriża inkarigata mill-amministrazzjoni ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali ma jistax, bħala tali, jiġġustifika deroga mill-obbligu ta’ notifika previst f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-għajnuna mill-Istat li ma hijiex is-suġġett ta’ deroga espressa mir-regola ġenerali li tikkostitwixxi l-obbligu ta’ notifika minn qabel, previst fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 108(3) TFUE, tibqa’ suġġetta għal dan l-obbligu, inkluż meta din l-għajnuna tkun intiża għal impriżi inkarigati<?PAGE NO="8"?> mill-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom l-obbligu li ma jimplimentawx tali miżuri sakemm il-Kummissjoni ma tkunx ħadet deċiżjoni finali dwarhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, fid-dawl tan-natura imperattiva tal-istħarriġ tal-għajnuna mill-Istat imwettaq mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 TFUE, minn naħa, l-impriżi benefiċjarji ta’ għajnuna jista’ jkollhom, bħala prinċipju, aspettattivi leġittimi fir-regolarità tal-għajnuna biss jekk din tkun ingħatat b’osservanza tal-proċedura prevista f’dan l-artikolu u, min-naħa l-oħra, operatur ekonomiku diliġenti għandu normalment ikun f’pożizzjoni li jiżgura ruħu li din il-proċedura tkun ġiet osservata. B’mod partikolari, meta għajnuna tiġi eżegwita mingħajr notifika minn qabel lill-Kummissjoni, b’tali mod li tkun illegali skont l-Artikolu 108(3) TFUE, il-benefiċjarja tal-għajnuna ma jistax ikollha, f’dan il-mument, aspettattivi leġittimi la fir-regolarità tal-għoti ta’ din l-għajnuna (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190305">5 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Eesti Pagar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑349/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:172">EU:C:2019:172</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0098">98</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata) u lanqas, konsegwentement, f’dik tal-vantaġġ li hija tikseb min-nuqqas ta’ ħlas tal-interessi dovuti għall-perijodu ta’ illegalità tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, sabiex jiġi żgurat l-effett utli tal-obbligu ta’ notifika, previst f’din id-dispożizzjoni, kif ukoll eżami xieraq u komplet tal-għajnuna mill-Istat mill-Kummissjoni, il-qrati nazzjonali huma obbligati li jisiltu l-konsegwenzi kollha ta’ ksur ta’ dan l-obbligu u li jadottaw il-miżuri xierqa sabiex jirrimedjawh, li, kif ġie espost fil-punt 26 ta’ din is-sentenza, jinkludi l-obbligu, għall-benefiċjarja ta’ għajnuna illegali, li tħallas l-interessi għall-perijodu ta’ illegalità ta’ din l-għajnuna, anki jekk din il-benefiċjarja hija impriża inkarigata bil-ġestjoni ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali, fis-sens tal-Artikolu 106(2) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 108(3) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu, impost fuq il-qrati nazzjonali, li jikkundannaw lill-benefiċjarja ta’ għajnuna mill-Istat implimentata bi ksur ta’ din id-dispożizzjoni għall-ħlas tal-interessi għall-perijodu ta’ illegalità ta’ din l-għajnuna japplika wkoll meta, permezz tad-deċiżjoni finali tagħha, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-imsemmija għajnuna hija kompatibbli mas-suq intern, skont l-Artikolu 106(2) TFUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni u t-tielet domanda preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni u tat-tielet domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 108(3) TFUE għandux jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu, impost fuq il-qrati nazzjonali, li jikkundannaw lill-benefiċjarja ta’ għajnuna mill-Istat, eżegwita bi ksur ta’ din id-dispożizzjoni, għall-ħlas tal-interessi għall-perijodu ta’ illegalità ta’ din l-għajnuna japplika wkoll għall-għajnuna li din il-benefiċjarja ttrasferixxiet lil impriżi marbuta magħha u għal dik li tħallset lilha minn impriża kkontrollata mill-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>B’mod partikolari, dik il-qorti tixtieq tkun taf jekk, peress li l-miżuri ta’ għajnuna li minnhom ibbenefikat TV2 jinkludu, minn naħa, ir-riżorsi miksuba mil-liċenzja li, matul il-perijodu bejn is-sena 1997 u s-sena 2002, tħallsu lil TV2, imbagħad ittrasferiti lill-istazzjonijiet reġjonali ta’ din tal-aħħar, u, min-naħa l-oħra, id-dħul mir-reklamar li, fl-1995 u fl-1996, ġie ttrasferit minn TV2 Reklame A/S lil TV2, inkluż permezz tal-Fond TV2, l-ammonti ta’ dawn ir-riżorsi u ta’ dan id-dħul għandhomx jiġu inklużi fl-ammont totali ta’ għajnuna li fuqu l-imsemmija interessi għandhom jiġu kkalkolati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, minn naħa, permezz tas-sentenza tagħha tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>TV2/Danmark vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑649/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:835">EU:C:2017:835</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-appell ta’ TV2 mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150924">24 ta’ Settembru 2015</DATE>,<?PAGE NO="9"?> <NAME.CASE>TV2/Danmark vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑674/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:684">EU:T:2015:684</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u b’hekk ikkonfermat ir-regolarità tal-istħarriġ eżerċitat mill-Qorti Ġenerali sa fejn din, fil-punti 165 sa 174 ta’ dik l-aħħar sentenza, iddeċidiet li l-imsemmija riżorsi kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat mogħtija lil TV2.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja, permezz tas-sentenzi tagħha tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs TV2/Danmark</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑656/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:836">EU:C:2017:836</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Viasat Broadcasting UK vs TV2/Danmark</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑657/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:837">EU:C:2017:837</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), annullat is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150924">24 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>TV2/Danmark vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑674/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:684">EU:T:2015:684</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), sa fejn din kienet annullat id-Deċiżjoni 2011/839 sa fejn il-Kummissjoni kienet ikkunsidrat fiha li d-dħul mir-reklamar għas-snin 1995 u 1996 imħallas lil TV2 permezz tal-Fond TV2 kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, u ddeċidiet definittivament il-kawża billi ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat minn TV2 minn din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-qrati tal-Unjoni kkonfermaw il-validità tal-imsemmija deċiżjoni u ddeċidew b’mod definittiv li r-riżorsi kif ukoll id-dħul imsemmi fil-punt 46 ta’ din is-sentenza jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda magħmula u kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 53 tal-konklużjonijiet tagħha, l-ammonti ta’ dawn ir-riżorsi u ta’ dan id-dħul, li minnhom ibbenefikat TV2 u li jagħmlu parti mill-għajnuna implimentata bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE, għandhom ukoll jagħtu lok għall-ħlas tal-interessi marbutin mal-perijodu tal-illegalità ta’ din l-għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għat-tieni u għat-tielet domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 108(3) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu, impost fuq il-qrati nazzjonali, li jikkundannaw lill-benefiċjarja ta’ għajnuna mill-Istat implimentata bi ksur ta’ din id-dispożizzjoni għall-ħlas ta’ interessi marbutin mal-perijodu ta’ illegalità ta’ din l-għajnuna japplika wkoll għall-għajnuna li din il-benefiċjarja ttrasferixxiet lil impriżi marbuta magħha u għal dik li tħallset lilha minn impriża kkontrollata mill-Istat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Dwar l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 108(3) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu, impost fuq il-qrati nazzjonali, li jikkundannaw lill-benefiċjarja ta’ għajnuna mill-Istat implimentata bi ksur ta’ din id-dispożizzjoni għall-ħlas ta’ interessi marbutin mal-perijodu ta’ illegalità ta’ din l-għajnuna japplika wkoll meta, permezz tad-deċiżjoni finali tagħha, il-Kummissjoni tikkonkludi li din tal-aħħar hija kompatibbli mas-suq intern, skont l-Artikolu 106(2) TFUE.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 108(3) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu, impost fuq il-qrati nazzjonali, li jikkundannaw lill-benefiċjarja ta’ għajnuna mill-Istat, implimentata bi ksur ta’ din id-dispożizzjoni, għall-ħlas tal-interessi għall-perijodu ta’ illegalità ta’ din l-għajnuna japplika wkoll għall-għajnuna li din il-benefiċjarja ttrasferixxiet lil impriżi marbuta magħha u għal dik li tħallset lilha minn impriża kkontrollata mill-Istat.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>