|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/2759 |
14.5.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11961 — COOPER/VIATRIS (OVER THE-COUNTER ASSETS))
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/2759)
1.
Fit-2 ta’ Mejju 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Cooper Consumer Health S.A.S. (“Cooper”, Franza), |
|
— |
Assi tan-negozju Ewropew ta’ prodott mediċinali mhux bir-riċetta (“OTC”) ta’ Viatris Inc. (il-“Mira”, Franza u l-Italja). |
Cooper se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tal-Kumpanija fil-Mira kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Cooper hija kumpanija tal-kura tas-saħħa tal-konsumatur attiva prinċipalment fil-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ prodott mediċinali mhux bir-riċetta, prodotti tas-saħħa u tal-kura personali tal-konsumatur, |
|
— |
Il-mira tinkludi għadd żgħir ta’ assi OTC ta’ Viatris Inc., inkluż apparat mediku għall-qsim tal-pilloli, u lassattivi, vitamini u pilloli tal-kafeina OTC. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
Każ M.11961 — COOPER/VIATRIS (OVER THE-COUNTER ASSETS)
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2759/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)