|
5.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 266/145 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-3 ta’ April 2014
dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa’ u tal-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2012
(2014/559/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu tal-kwittanza għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2013) 668), u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni maħruġin ma’ dan ir-rapport (SWD(2013) 348 u SWD(2013) 349), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-kontijiet tad-dħul u l-infiq tat-tmien, tad-disa’ u tal-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2012 (COM(2013) 541 — C7-0283/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Kummissjoni tad-29 ta’ April 2013 dwar il-ġestjoni finanzjarja tat-tmien, id-disa’ u l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp fl-2012, |
|
— |
wara li kkunsidra l-informazzjoni finanzjarja dwar il-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (COM(2013) 346), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-tmien, id-disa’ u l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni (1) u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2012 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta’ Frar 2014 rigward il-kwittanza lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2012 (05748/2014 — C7-0050/2014, 05750/2014 — C7-0051/2014, 05753/2014 — C7-0052/2014), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (3) u rivedut f’Ouagadougou, Burkina Faso, fit-22 ta’ Ġunju 2010 (4), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta’ Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Komunità Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra-Ewropea”) (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehim Intern tal-20 ta’ Diċembru 1995, bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni tal-għajnuna Komunitarja fil-qafas tat-Tieni Protokoll Finanzjarju tar-raba’ Konvenzjoni AKP-KE (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehim Intern tat-18 ta’ Settembru 2000, bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni tal-għajnuna Komunitarja skont il-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmat f’Cotonou (Benin) fit-23 ta’ Ġunju 2000, u l-allokazzjoni tal-assistenza finanzjarja lill-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat KE (7), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta’ Ġunju 1998 applikabbli għall-koperazzjoni għall-finanzjament tal-iżvilupp skont ir-raba’ Konvenzjoni AKP-KE (8), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta’ Marzu 2003 applikabbli għad-disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp (9), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 142 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta’ Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (10), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (COM(2013) 660), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Ottubru 2011 bit-titlu, “Inżidu l-impatt tal-Politika tal-UE għall-Iżvilupp: Aġenda għall-Bidla” u “L-Approċċ Futur għall-Appoġġ Baġitarju tal-UE għal Pajjiżi Terzi”, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regoli 76, 77(3) u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0176/2014), |
1.
Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, id-disa’ u l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2012.
2.
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
3.
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali tagħha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
Il-President
Martin SCHULZ
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(1) ĠU C 331, 14.11.2013, p. 261.
(2) ĠU C 334, 15.11.2013, p. 122.
(3) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(4) ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.
(5) ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1 u ĠU L 324, 7.12.2001, p. 1.
(6) ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.
(7) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.