24.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/10


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8856 — Archer Daniels Midland/Cargill/JV Eġittu)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 143/06)

1.

Fis-17 ta’ April 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Archer Daniels Midland Europe B.V. (“ADM”, in-Netherlands), ikkontrollata mill-grupp ta’ kumpaniji Archer Daniels Midland (l-Istati Uniti tal-Amerka).

—

Cargill International Lussemburgu 2 SARL (“Cargill”, il-Lussemburgu), ikkontrollata mill-grupp ta’ kumpaniji Cargill Incorporated (l-Istati Uniti tal-Amerika).

—

National Vegetable Oils Co (“NVOC”, l-Eġittu), li bħalissa hija kkontrollata unikament minn Cargill.

ADM u Cargill jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1) (b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ NVOC kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

l-impriża ADM tipproċessa żrieragħ taż-żejt, qamħirrum, zokkor, qamħ u prodotti agrikoli oħra u timmanifattura żjut u xaħmijiet veġetali, proteini veġetali, qamħ mitħun, qamħirrum, sakkarina, dqiq, bijodiżil, etanol, u ikel ieħor b’valur miżjud u ingredjenti oħrajn tal-għalf. ADM taħdem mad-dinja kollha.

—

l-impriża Cargill tipproduċi u tikkummerċjalizza b’mod internazzjonali prodotti tal-ikel u dawk agrikoli u prodotti u servizzi għall-ġestjoni tar-riskju. In-negozji kummerċjali ta’ Cargill jinkludu l-kummerċjalizzazzjoni taċ-ċereali u l-komoditajiet, l-ipproċessar u r-raffinar taż-żerriegħa tal-kolza u taċ-ċereali, tħin tad-dqiq, l-ipproċessar tal-laħam u s-servizzi finanzjarji.

—

l-impriża NVOC hija faċilità li tfarrak iż-żerriegħa taż-żejt tal-fażola tas-sojja, tipproduċi u tbigħ żejt mhux raffinat tal-fażola tas-sojja, dqiq tas-sojja u bwieq tal-fażola tas-sojja fis-suq Eġizzjan.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8856 — Archer Daniels Midland/Cargill/JV Eġittu

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.