|
16.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 121/4 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10529 – HEIDELBERGCEMENT / THOMA BRAVO / COMMAND ALKON)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 121/04)
1.
Fis-7 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
HeidelbergCement AG (“HeidelbergCement”, il-Ġermanja); |
|
— |
Thoma Bravo, LLC (“Thoma Bravo”, l-Istati Uniti tal-Amerka); |
|
— |
Command Alkon, Inc. (“Command Alkon”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
HeidelbergCement jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Command Alkon.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
HeidelbergCement hija manifattur ta’ materjali tal-bini li joffri b’mod partikolari siment, gagazza u addittivi oħra tas-siment, aggregati, konkrit imħallat lest u prodotti oħra tal-konkrit, miksijin u asfalt, |
|
— |
Thoma Bravo hija ditta ta’ ekwità privata b’enfasi partikolari fuq l-applikazzjoni u s-software tal-infrastruttura u s-servizzi abilitati mit-teknoloġija, |
|
— |
Command Alkon tipprovdi soluzzjonijiet ta’ software ta’ awtomazzjoni fl-Istati Uniti tal-Amerka u fl-UE użati fl-industrija tal-materjali tal-bini tqil għal diversi skopijiet (ipprezzar u kwotazzjonijiet, teħid ta’ ordnijiet, skedar u konsenja, dispaċċ, lottijiet, biljetti, traċċar tat-trakkijiet u ġestjoni tat-trakkijiet, kontroll tal-kwalità, riċetti u produzzjoni). |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.10529 – HEIDELBERGCEMENT / THOMA BRAVO / COMMAND ALKON
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).