Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - ATT FINALI - A.Dikjarazzjonijiet dwar disposizzjonijiet tal-Kostituzzjoni - 2.Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu I-9(2)
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0420 - 0420
2. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu I-9(2) Il-Konferenza taqbel li l-adeżjoni ta' l-Unjoni mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali għandha ssir b'mod li jiġu ppreservati l-karatteristiċi speċifiċi tad-dritt ta' l-Unjoni. F'dan ir-rigward, il-Konferenza tinnota l-eżistenza ta' djalogu regolari bejn il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; tali djalogu jista' jiġi rinforzat meta l-Unjoni Ewropea taderixxi ma' din il-Konvenzjoni. --------------------------------------------------