02016D1138 — MT — 04.02.2017 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1138

tal-11 ta' Lulju 2016

li temenda l-formati bbażati fuq l-istandard tal-UN/CEFACT għall-iskambju ta' informazzjoni dwar is-sajd

(notifikata bid-dokument C(2016) 4226)

(ĠU L 188 13.7.2016, p. 26)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/197 notifikata bid-dokument C(2017 tat-2 ta' Frar 2017

  L 31

27

4.2.2017




▼B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1138

tal-11 ta' Lulju 2016

li temenda l-formati bbażati fuq l-istandard tal-UN/CEFACT għall-iskambju ta' informazzjoni dwar is-sajd

(notifikata bid-dokument C(2016) 4226)



▼M1

Artikolu 1

1.  Mill-1 ta' Frar 2017, il-format li għandu jintuża biex tiġi rrappurtata d-dejta tas-sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti msemmija fl-Artikolu 146f tar-Regolament (UE) Nru 404/2011 u d-dokumenti rispettivi ta' implimentazzjoni huma emendati kif stabbilit fil-format UN/Cefact P 1000-7: L-ispeċifikazzjonijiet tad-dominju tal-Pożizzjoni tal-Bastiment ippubblikati fil-paġna tar-Reġistru tad-Dejta Ewlenija fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea.

2.  Mill-1 ta' Lulju 2018, is-sistemi tal-Istat Membru tal-bandiera għandhom ikunu kapaċi jwieġbu għal talbiet għad-dejta tas-sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti kif imsemmi fl-Artikolu 146f(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011 billi jużaw il-format emendat skont il-Paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

▼B

Artikolu 2

Skambju tad-dejta dwar l-attività tas-sajd

1.  Mill-1 ta' Novembru 2017, il-format li għandu jintuża għall-iskambju tad-dejta dwar l-attività tas-sajd kif imsemmi fl-Artikolu 146 g tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011 u d-dokumenti rispettivi ta' implimentazzjoni huma emendati kif stabbilit fi FLUX-P1000/P1000-03: L-ispeċifikazzjonijiet tad-dominju tal-Attività tas-Sajd ippubblikati fil-paġna tar-Reġistru tad-Dejta Ewlenija fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea.

2.  Is-sistemi tal-Istat Membru tal-bandiera għandhom ikunu kapaċi jibgħatu messaġġi dwar l-attività tas-sajd kif ukoll jirrispondu għat-talbiet għal dejta dwar l-attività tas-sajd kif imsemmi fl-Artikolu 146 g(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011 fil-format UN/CEFACT P1000-3 għal vjaġġi tas-sajd li jibdew mill-1 ta' Novembru 2017.

Artikolu 3

Skambju ta' dejta relatata mal-bejgħ

1.  Mill-1 ta' Novembru 2017, il-format li għandu jintuża għall-iskambju tad-dejta relatata mal-bejgħ kif imsemmi fl-Artikolu 146h tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011 u d-dokumenti rispettivi ta' implimentazzjoni huma emendati kif stabbilit fi FLUX-P1000/P1000-05: L-ispeċifikazzjonijiet tad-dominju tal-bejgħ ippubblikati fil-paġna tar-Reġistru tad-Dejta Ewlenija fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea.

2.  Is-sistemi tal-Istat Membru għandhom ikunu kapaċi jibgħatu u jwieġbu għat-talbiet għan-noti tal-bejgħ u d-dejta tal-akkwiżizzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 146h(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011 fil-format UN/CEFACT P1000-5 għal operazzjonijiet li jkunu seħħew mill-1 ta' Novembru 2017.

Artikolu 4

Trażmissjoni tad-dejta aggregata dwar il-qbid.

Mill-15 ta' Frar 2017, il-format li għandu jintuża għat-trażmissjoni tad-dejta aggregata dwar il-qbid kif imsemmi fl-Artikolu 146i tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011 u d-dokumenti rispettivi ta' implimentazzjoni huma emendati kif stabbilit fi FLUX-P1000/P1000-12: L-ispeċifikazzjonijiet tad-dominju tar-Rapport tad-Dejta Aggregata dwar il-Qbid ippubblikati fil-paġna tar-Reġistru tad-Dejta Ewlenija fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea.

Artikolu 5

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.