Official Journal L 291 , 18/11/2000 P. 0009 - 0010
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2000 tas-17 ta’ Novembru 2000 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2377/90 li jwaqqaf proċedura tal-Komunità għall-istabbiliment ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fl-oġġetti ta’ l-ikel u li ġejjin mill-annimali (Test b’ rilevanza ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 2391 li jistabilixxi proċedura tal-Komunità għat-twaqqif ta’ limiti ta’ residwi massimi ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali [1], kif emendata l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2000/1999 [2] u b’mod partikolari Artikoli 6, 7 u 8 dwar dan; Billi: (1) B’mod konformi mar-Regolament (KEE) Nru. 2377/90, limiti ta’ residwi massimi jridu jiġu stabbiliti progressivament għal kull sustanza farmakoloġikament attiva li hi wżata fil-Komunità fi prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għat-teħid minn annimali li jipproduċu l-ikel; (2) Limiti ta’ residwi massimi għandhom jiġu stabbiliti biss wara eżami mill-Kumitat għal Prodotti Mediċinali Veterinarji ta’ kull informazzjoni rilevanti rigward is-sigurtà ta’ residwi tas-sustanza konċernata għall-konsumatur ta’ oġġetti tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali u l-impatt ta’ residwi fl-ipproċċessar industrijali ta’ oġġetti ta’ l-ikel. (3) Fit-twaqqif ta’ limiti ta’ residwu massimu għal residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’ ikel li jiġu mill-annimali, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat l-ispeċi ta’ l-annimali li fih residwi jistgħu ikunu preżenti, il-livelli li jistgħu ikunu preżenti f’kull wieħed mit-tessuti tal-laħam rilevanti miksuba mill-annimal trattat (tessut bersalju) u n-natura tar-residwu li hi rilevanti għall-monitoraġġ ta’ residwi (residwu markatur); (4) Għall-kontroll ta’ residwi, kif hemm ipprovdut għalih fil-leġislazzjoni xierqa tal-Komunità, limiti ta’ residwu massimu għandu jiġi stabbilit għal tessuti bersalji ta’ fwied jew kliewi. Madankollu, il-fwied u l-kliewi huma s-soltu imneħħija mill-karkassi fil-moviment fil-kummerċ internazzjonali, u limiti ta’ residwu massimu għandhom għalhekk jiġu stabbiliti għat-tessut muskolari u tessuti tal-grass. (5) Fil- każ ta’ prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għall-użu f’għasafar li jbidu, annimali li jagħmlu l-ħalib jew żnażan li jagħmlu l-għasel, limiti ta’ residwu massimu jridu jiġu stabbiliti wkoll għall-bajd, ħalib jew għasel; (6) Prednisolone għandu jiġi mdaħħal f’Anness I tar-Regolament (KEE) Nru. 2377/90; (7) Perijodu adegwat għandu jiġi permess qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sabiex jippermetti lill-Istati Membri jagħmlu kull aġġustament meħtieġ li jista’ jkun meħtieġ għall-awtorizzazzjonijiet li ġew mogħtija biex jitqiegħdu l-prodotti mediċinali veterinarji kkonċernati fis-suq b’mod konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 81/851/KEE [3], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 93/40/KEE [4], biex jittieħed rendikont tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. (8) Il-miżuri li għalihom hemm ipprovdut f’dan ir-Regolament huma konformi mal-fehma tal-Kumitat Permanenti fuq prodotti Mediċinali Veterinarji, ADOTTAT IR-REGOLAMENT LI ĠEJ: Artikolu 1 Anness I tar-Regolament (KEE) Nru. 2377/90 huwa b’dan emendat kif stabbilit fl-Anness hawnhekk. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika mis-sittin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli f’kull Stat Membru. Magħmul fi Brussel, fis-17 ta’ Novembru 2000. Għall-Kummissjoni Erkki Liikanen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p.1. [2] ĠU L 276, tat-28.10.2000, p. 5. [3] ĠU L 317, tas-6.11.1981, p. 1. [4] ĠU L 214, ta’ l-24.8.1993, p. 31. -------------------------------------------------- ANNESS Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 hu emendat kif ġej: 5. Kortikojdi 5.1. Glukokortikojdi "Sustanza(/i) farmakologikament attiv(/i) | Residwu markatur | Speċi ta’ l-annimal | MRLs | Tessut bersal | Dispożizzjonijiet oħra | Prednisolone | Prednisolone | Bovini | 4 µg/kg | Muskolu | | 4 µg/kg | Grass | | 10 µg/kg s | Fwied | | 10 µg/kg | Kliewi | | 6 µg/kg | Ħalib" | | --------------------------------------------------