Official Journal L 238 , 22/09/2000 P. 0008 - 0014
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1994/2000 tat-18 ta' Settembru 2000 li jimponi dazju kompensatorju definittiv u jiġbor definittivament id-dazju proviżorju kompensatorju impost fuq importi ta' lastiku termoplastiku styrene-butadiene-styrene li joriġina fit-Tajwan IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolamnet tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta' Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni importi sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea [1], u b'mod partikolari l-Artikoli 14 u 15 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta sottomessa mill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, Billi: A. MIŻURI PROVIŻORJI (1) Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1092/2000 [2] (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ bħala "r-Regolament proviżorju tad-dazju"), dazji proviżorji kompensatorju ġew imposti fuq importi fil-Komunità ta' lastiku termoplastiku styrene-butadiene-styrene (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ "SBS") li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM ex40021900 u ex400299 u li joriġinaw fit-Tajwan. (2) Bħala riżultat ta' investigazzjoni parallela kontra l-fqigħ tas-suq, dazji proviżorji kontra l-fqigħ tas-suq ġew imposti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1091/2000 [3] fuq importi fil-Komunità ta' SBS li joriġina fit-Tajwan. B. PROĊEDURA SOSEGWENTI (3) Wara l-iżvelar tal-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzali li fuq il-bażi tagħhom ġie deċiż li jiġu mposti miżuri proviżorji, numru ta' partijiet interessati ssottomettew kummenti bil-miktub. Bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 11(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ bħala "r-Regolament bażiku"), il-partijiet kollha interessati li jkunu talbu smigħ (a hearing) ingħataw opportunita li jinstemgħu mill-Kummissjoni. (4) Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika t-tagħrif kollu li qieset meħtieġ għas-sejbiet definittivi tagħha. (5) Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzali li fuq il-bażi tagħhom ġie maħsub li tiġi rakkomandata l-imposizzjoni ta' dazju definittiv kompensatorju fuq importi ta' SBS li joriġinaw fit-Tajwan u l-ġbir definittiv ta' ammonti stabbiliti permezz tad-dazju proviżorju impost fuq dawn l-importi. Ingħataw ukoll perjodu li fih ikunu jistgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara dan l-iżvelar. (6) Il-kummenti bil-fomm u bil-miktub sottomessi mill-partijiet interessati ġew meqjusa u, fejn xieraq, ġew meqjusa għas-sejbiet definittivi. (7) Wara li ġew riveduti s-sejbiet proviżorji fuq il-bażi tat-tagħrif miġbur minn dak in-nhar, huwa konkluż li s-sejbiet ewlenin kif dikjarat fir-Regolament proviżorju għandhom hawnhekk jiġu konfermati. Ċ. IL-PRODOTT MEQJUS U L-PRODOTT BĦALU (8) Il-prodott konċernat huwa lastiku termoplastiku styrene-butadiene-styrene li korrentement jidħol fil-kodiċijiet tan-NM ex40021900 u ex400299. (9) Importatur wieħed tal-Komunità ddikjara li l-SBS importat mit-Tajwan għandu fluwidità u resistenza differenti minn SBS prodott fil-Komunità. Madankollu, l-investigazzjoni tal-Kummissjoni wriet li produtturi fit-Tajwan jipproduċu tipi differenti ta' SBS b'eżattament l-istess komposizzjoni bħal dawk it-tipi prodotti fil-Komunità. L-investigazzjoni wriet ukoll li, għalkemm il-kwalità ta' importi ta' SBS mit-Tajwan setgħet kienet aktar baxxa għal kumpannija waħda matul is-snin 1995 u 1996 meta din il-kumpannija bdiet il-produzzjoni tagħha ta' SBS, il-kwalità malajr kisbet livell paragunabbli għall-kwalità ta' SBS prodott fil-Komunità. Fl-aħħar nett, l-investigazzjoni wriet li utenti tal-Komunità ma jagħmlux differenzazzjoni ta' kwalità bejn SBS mit-Tajwan u mill-Komunità. Il-Kummissjoni konkludiet li SBS importat mit-Tajwan u SBS prodott fil-Komunità jaqsmu l-istess karatteristiċi u l-istess livell ta' kwalità. (10) Importatur ieħor tal-Komunità iddikjara li SBS imtawwal niexef u biż-żejt għandhom jitqiesu bħala żewġ prodotti differenti, bl-argument li SBS imtawwal niexef u biż-żejt huma wżati minn industriji differenti. Madankollu, produtturi u utenti differenti ta' SBS ikkonfermaw lill-Kummissjoni li ħafna utenti tal-Komunità, speċjalment fl-industrija tax-xeddijiet tas-sieq, ma jagħmlux differenza bejn SBS imtawwal niexef u biż-żejt. Huwa għalhekk konkluż li s-swieq ta' SBS imtawwal niexef u biż-żejt ma jistgħux jintgħarfu minn xulxin. (11) L-istess kumpannija irraġunat ukoll li SBS imtawwal niexef u biż-żejt huma viċin ħafna għal tipi oħra ta' prodotti, bħal ma huma styrene-isoprene-styrene (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ bħala "SIS"), li huma prodotti wkoll mill-produtturi tal-Komunità ta' SBS. Il-kumpannija ddikjarat li ma hemmx ġustifikazzjoni sabiex SBS jintgħarfu minn dawn il-prodotti l-oħra. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li SBS imtawwal niexef u biż-żejt għandhom eżattament l-istess komposizzjoni fiżika ta' butadiene u styrene, bl-uniku differenza iż-żieda ta' żejt fl-aħħar tal-proċess ta' produzzjoni. Dan il-komposizzjoni fiżiku jiddistingwi b'mod ċar SBS minn prodotti oħra bħal SIS. Huwa għalhekk konkluż li SBS imtawwal niexef u biż-żejt għandu jitqies bħala prodott distint wieħed għall-iskop ta' din l-investigazzjoni fit-tifsira ta' l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. (12) La darba ma ġewx preżentati argumenti oħra, is-sejbiet dikjarati f'reċitazzjonijiet 15 sa 18 tar-Regolament proviżorju tad-dazju huma hawnhekk konfermati. D. SUSSIDJI (13) Is-sejbiet fir-Regolament proviżorju tad-dazju rigward is-sussidji kompensatorju miksuba mill-produtturi esportaturi huma hawnhekk konfermati definittivament, sakemm jinstab espressament mod ieħor f'dan id-dokument. I. KONDIZZJONIJIET ĠENERALI 1. Kalkolazzjoni ta' rata ta' imgħaxm kummerċjali prevalenti (14) Ġie deżiż proviżorjament li tiġi applikata rata ta' imgħax ġenerali ta' 9 % għall-għan ta' din l-investigazzjoni. Din ir-rata ġiet stabbilita fuq il-bażi tat-tagħrif miksub matul l-investigazzjoni li ġiet meqjusa xierqa għal dan il-għan. Il-Gvern tat-Tajwan (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ bħala "GTT") sfida il-kredibilità ta' din ir-rata. (15) Minħabba din il-pretensjoni, ir-rata ta' imgħax applikabbli ġeneralment ġiet kalkolata mill-ġdid mill-Kummissjoni. Ir-rata ta' imgħax benchmark rilevanti hija stabbilita għal 7,99 % u ġiet miksuba billi jittieħdu r-rati medji ta' imgħax kummerċjali mħallas matul il-perjodu investigattiv minn 8 banek domestiċi prinċipali fit-Tajwan. Dawn ir-rati ta' imgħax huma pubblikament disponibbli u huma parti mill-istatistiċi finanzjarji ta' kull xahar pubblikati mid-Dipartiment ta' Riċerka Ekonomika tal-Bank Ċentrali tar-Repubblika taċ-Ċina. 2. Applikazzjoni tar-rata ta' imgħax fil-kalkolu ta' l-ammont tas-sussidju (16) Il-GTT irraġuna li l-metodoloġija li permezz tagħha l-imgħax jiżdied mal-valur tas-sussidju ma tistax tiġi applikata għall-ammonti allegati ta' sussidju fuq krediti ta' taxxa minħabba li krediti tat-taxxa, li l-kumpanniji jkunu dikjaraw, huma utilizzati biss fir-return tat-taxxa annwali li ssir sal-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara. Il-GTT iddikjara għalhekk li l-ebda benefiċċju ma jingħatalhom sa din id-data. (17) Bħala tweġiba għal dan l-argument, huwa meqjus li la darba l-benefiċċju jikkonsisti minn tnaqqis ta' taxxa diretta li hija pagabbli kull sena, il-benefiċċju nnifsu jerġa jingħata kull sena. Għalhekk, il-benefiċċju għandu jinkludi wkoll l-element ta' imgħax talli ma jkunx hemm għalfejn jissellef ammont ugwali għal dan it-tfaddil tat-taxxa fis-suq miftuħ. II. SKEMI INDIVIDWALI 1. Self b'rati ta' imgħax preferenzjali: inċentivi għal automation u inċentivi kontra t-tniġġiż (18) Dawn l-iskemi ġew deskritti f'reċitazzjonijiet 32 sa 41 tar-Regolament proviżorju tad-dazju. Huma bbażati fuq l-Artikolu 21(1) ta' l-Istatut għat-Tħollija fil-grad ta' l-Industriji (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ "ITI"). (19) Il-GTT iddikjara li dan is-self huwa ġeneralment disponibbli għal kważi l-kumpanniji kollha tat-Tajwan u għalhekk mhumiex speċifiċi u għalhekk mhux kumpensabbli. Huwa dikjarat li eliġibita mhijiex limitata għal ċerti impriżi; li l-eliġibità għall-programm hija oġġettiva. (20) Rigward dawn id-dikjarazzjonijiet, ġie verifikat li l-awtoritajiet tat-Tajwan illimitaw aċċess għal "investiment f'impriżi importanti jew proġetti li għandhom x'jaqsmu ma' tgħollija fil-grad industrijali jew titjib ta' struttura industrijali" li huma "f'linja mal-politika industrijali tal-gvern biex jiġi megħjun l-iżvilupp fis-sod ta' l-industriji" (L-Artikolu 21 ta' l-ITI). Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu ma jistgħux jitqiesu oġġettivi minnħabba li l-kriterji mhumiex newtrali, ta' natura ekonomika u ta' applikazzjoni oriżontali minħabba li ġie magħruf minn qabel li x'aktarx ċerti impriżi ikunu f'pożizzjoni li jibbenefikaw minn dan is-self aktar minn oħrajn bħala riżultat tat-tip ta' settur tan-negozju li qegħdin fih. Għalhekk, benefiċċji minn din l-iskema se jkunu inevitabbilment aktar rilevanti għal xi setturi minn oħrajn. Għalhekk, id-dikjarazzjoni msemmija fuq hija rifjutata. (21) Fl-aħħar nett, din l-iskema hija meqjusa speċifika minħabba li hija limitata għal ċerti impriżi fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament bażiku. Is-sejbiet proviżorji kif deskritti f'reċitazzjoni 37 tar-Regolament proviżorju tad-dazju huma hawnhekk konfermati. Il-kalkolu ta' l-ammont sussidjarju (22) Il-benefiċċji għall-produtturi esportaturi ġew kalkolati kif spjegat f'reċitazzjonijiet 38 sa 40 tar-Regolament proviżorju tad-dazju. (23) Il-benefiċċji miksuba miż-żewġ kumpanniji msemmija fir-Regolament proviżorju tad-dazju kienu 0,07 %. Dan issa tnaqqas għal 0,06 % għal Chi Mei minħabba fil-bdil fir-rata ta' l-imgħax applikata. 2. Eżenzjoni ta' dazju ta' importazzjoni: xiri ta' tagħmir ġdid u tagħmir kontra t-tniġġiż (24) Il-bażijiet legali għal din l-iskema allegata ta' sussidju kumpensabbli huma noti Addizzjonali 3 u 9 ta' Kapitolu 84, noti Addizzjonali 4 u 5 ta' Kapitolu 85 u noti Addizzjonali 1 u 2 ta' Kapitolu 90 tat-Tariffa ta' Importazzjoni tad-Dwana u Klassifika ta' Komoditajiet ta' Importazzjoni u Esportazzjoni tar-Repubblika taċ-Ċina (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ il-"Kodiċi tad-Dwana"). (25) Il-GTT iddikjara li dan il-programm tad-Dwana ma jilħaqx l-ebda waħda mid-definizzjonijiet ta' sussidju kif dikjarat fl-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku, primarjament minħabba li ma hemm l-ebda trasferiment dirett ta' fondi, ma hija provvduta l-ebda merkanzija jew servizzi u ma hemmx għajnuna ta' prezz u ta' dħul. Din id-dikjarazzjoni trid tiġi rifjutata minħabba li din l-iskema involviet kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTT fil-forma ta' dazji ta' importazzjoni li mill-bqija kienu dovuti imma maħfura, bi qbil ma' l-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku, u jingħata benefiċċju fuq dan. (26) Il-GTT iddikjat wkoll li din l-iskema, li hija deskritta f'reċitazzjonijiet 44 sa 54 tar-Regolament proviżorju tad-dazju, hija trattata bħala parti regolari ta' l-iskeda domestika tad-Dwana. Anke jekk il-programm tad-Dwana kien sussidju, mhuwiex kumpensabbli skond l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament bażiku. (27) Partikolarment, ġie dikjarat li l-aċċess għal din l-iskeda ta' eżenzjoni fuq dazju ta' importazzjoni hija disponibbli għall-kumpanniji kollha tat-Tajwan li jixtiequ jixtru tagħmir li mhuwiex prodott lokalment u li għalhekk ma jistax jitqies speċifiku minħabba li l-firxa ta' kumpanniji li jixtiequ jieħdu vantaġġ minn din l-eżenzjoni mhijiex limitata u hija amministrata fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u newtrali. (28) Id-dispożizzjonijiet tan-noti Addizzjonali tal-Kodiċi tad-Dwana mhumiex meqjusa bħala ta' natura ekonomika u oriżontali fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament bażiku minħabba li l-użu ta' din l-iskema huwa limitat biss għal ċerti mpriżi. Sabiex jibbenefikaw minn din l-iskema, impriżi jridu jkunu fabbrikanti inkorporati u kwalifikati jew industriji ta' servizz tekniku li se jużaw din l-iskema biex jimportaw makkinarju, tagħmir u strumenti għall-prevenzjoni ta' tniġġiż ta' l-arja, kontaminazzjoni ta' l-ilma, ħoss jew vibrazzjoni, jew għal spezzjoni u test ambjentali jew rimi, riċerka u speriment ta' skart jew għal eżami u analiżi skond l-intestaturi tal-Kapitoli speċifiċi tal-Kodiċi tad-Dwana. (29) Id-dikjarazzjonijiet msemmija fuq huma rifjutati u s-sejbiet proviżorji, kif deskritt f'reċitazzjoni 52 tar-Regolament proviżorju tad-dazju, huma konfermati. Il-kalkolu ta' l-ammont sussidjarju (30) Il-benefiċċji għall-produtturi esportaturi ġew kalkolati kif spjegat f'reċitazzjoni 53 tar-Regolament proviżorju tad-dazju. (31) Il-benefiċċji miksuba miż-żewġ kumpanniji esportaturi kienu 0,05 % u 0,04 % rispettivament. 3. Eżenzjoni ta' dazju ta' importazzjoni: importi ta' materja prima (32) Din l-iskema allegata ta' sussidju kumpensabbli, li hija deskritta f'reċitazzjonijiet 55 sa 60 tar-Regolament proviżorju tad-dwana għandha bħala l-bażi legali tagħha nota Addizzjonali 6 ta' Kapitolu 29 tal-Kodiċi tad-Dwana. (33) Il-GTT iddikjara li dan il-programm ma jilħaqx l-ebda waħda mid-definizzjonijiet ta' sussidju kif dikjarat fl-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku, primarjament minħabba li ma hemm l-ebda trasferiment dirett ta' fondi, ma hija provvduta l-ebda merkanzija jew servizzi u ma hemmx għajnuna ta' prezz u ta' dħul. Din id-dikjarazzjoni trid tiġi rifjutata minħabba li din l-iskema involviet kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTT fil-forma ta' dazji ta' importazzjoni li mill-bqija, bi qbil ma' l-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku, ujingħata benefiċċju fuq dan. (34) Il-GTT iddikjara li din l-iskema hija trattata bħala parti regolari ta' l-iskeda domestika tad-Dwana. Anke jekk il-programm tad-Dwana kien sussidju, mhuwiex kumpensabbli skond l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament bażiku. (35) Ġie dikjarat li dawn l-eżenzjonijiet ta' dazju ta' importazzjoni għal importi ta' materji primi mhux prodotti jew disponibbli biżżejjed fis-suq lokali mhumiex fil-fatt limitati għal ċerti mpriżi, minħabba li l-kriterji biex jiġu permessi dawn l-eżenzjonijiet huma oġġettivi u newtrali. (36) Din l-iskema hija espliċitament limitata għal fabbrikanti msemmija, li huma suġġetti għar-regoli ta' amministrazzjoni tal-fabbrika, għall-importazzjoni ta' materji primi speċifikament mniżżla f'lista, f'dan il-każ kimiċi, li jintużaw esklussivament fil-fabbrikazzjoni tal-plastik, fibra artifiċjali, lastiku u intermedjarji petrokimiċi permezz ta' reajazzjoni kimika, u basta iżda li, b'żieda ma' dan, dawn il-kimiċi għadhom mhumiex prodotti jew provvduti biżżejjed fit-Tajwan. Bħala riżultat, il-Kummissjoni ssib li din l-iskema hija espliċitament limitata għal ċerti mpriżi li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet li jinstabu fid-dispożizzjonijiet tan-nota Addizzjonali speċifika tal-Kodiċi tad-Dwana. Dawn il-kondizzjonijiet mhumiex meqjusa bħala ta' natura newtrali jew ekonomiċi u ta' applikazzjoni oriżontali. (37) Esportatur wieħed ġibed l-attenzjoni li jidher li l-kalkoli kollha kienu saru fil-livell tal-kumpannija, minbarra fl-eżenzjoni tad-dazju ta' importazzjoni għal materji primi; il-kumpannija għalhekk irraġunat li l-livell ta' dan is-sussidju għandu jkun kalkolat ukoll fil-livell tal-kumpannija. (38) Bħala risposta għal dan l-argument għandu jidher ċar li jekk il-benefiċċju ta' sussidju huwa limitat għal prodott partikolari, id-denominatur għall-allokazzjoni ta' ammont tas-sussidju għandu jirrifletti biss bejgħ (jew esportazzjoni) ta' dan il-prodott. Jekk dan mhuwiex il-każ, id-denominatur għandu jkun il-bejgħ (jew esportazzjoni) totali tar-reċipjent. (39) Il-Kummissjoni, fil-kalkoli tagħha, segwiet dan l-avviċinament, kif kien dikjarat b'mod korrett mill-kumpanniji, għall-eżenzjoni tad-dazju ta' importazzjoni fuq materji primi. F'dan il-każ partikolari, benefiċċji ġew identifikati biss għall-prodott konċernat u b'konsegwenza ntuża d-denominatur korrespondenti tal-bejgħ. Għall-iskemi l-oħra kollha deskritti, nstab li l-benefiċċji ma ġewx limitati għal prodott partikolari u għalhekk il-bejgħ totali ntuża bħala denominatur. (40) Is-sejbiet proviżorji kif deskritti f'reċitazzjoni 60 tar-Regolament proviżorju tad-dazju huma għalhekk konfermati. Il-kalkolu ta' l-ammont sussidjarju (41) Il-benefiċċji ta' l-esportaturi ġie kkalkulat lit-62 istanza tar-Regolament. (42) Il-benefiċċji miksuba miż-żewġ kumpanniji esportaturi interessati kienu fil-firxa ta' 0,61 % sa 0,97 %. 4. Krediti tat-taxxa u eżenzjonijiet tat-taxxa (43) Minħabba li ma ġew rċevuti l-ebda kummenti rigward dawn l-iskemi, il-konklużjonijiet ta' reċitazzjonijiet 22 u 31 tar-Regolament proviżorju tad-dazju huma hawnhekk konfermati. 5. Ammont ta' sussidju kumpensabbli (44) Ir-rati ta' sussidju domestiku li ġejjin ġew stabbiliti għall-kumpanniji koperanti: | Chi Mei Corporation | Lee Chang Yung Chemical Industry Corporation | Kredti tat-taxxa u eżenzjonijiet tat-taxxa | 0,42 % | 0,32 % | Self b'rati preferenzjali t' imgħax | 0,06 % | 0,07 % | Eżenzjoni mid-dazju ta' importazzjoni | 1,02 % | 0,65 % | Ammont totali tas-sussidju | 1,50 % | 1,04 % | E. DANNU 1. Definizzjoni ta' l-industrija tal-Komunità (45) Minħabba li ma ġew rċevuti l-ebda kummenti rigward id-definizzjoni ta' l-industrija tal-Komunità, il-konklużjonijiet ta' reċitazzjoni 67 tar-Regolament proviżorju tad-dazju huma hawnhekk konfermati. 2. Konsum fil-Komunità (46) Minħabba li ma ġew irċevuti ebda kummenti rigward il-konsum fil-Komunità, l-istima tagħha kif indikat f'reċitazzjoni 68 tar-Regolament proviżorju tad-dazju hija hawnhekk konfermata. 3. Importi ta' SBS mit-Tajwan lill-Komunità (a) Volum ta' importi, sehem tas-suq u prezz medju ta' importazzjoni (47) Minħabba li ma ġew irċevuti l-ebda kummenti rigward il-volum ta' importi mit-Tajwan fil-Komunità, is-sehem fis-suq, u l-prezz medju ta' importi, l-estimi ndikati f'reċitazzjonijiet 69 sa 72 tar-Regolament proviżorju tad-dazju huma hawnhekk konfermati. (b) Bejgħ bi prezz iktar baxx (48) Huwa mfakkar li bejgħ bi prezz iktar baxx ġie stabbilit proviżorjament fuq il-bażi ta' paragun bejn il-prezz ta' esportazzjoni (fruntiera tal-Komunità pat, dazji mħallsa) u prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Komunità (ex-works). Il-prezzijiet ta' bejgħ meqjusa għal tipi simili ta' prodotti kienu dawk għal konsumaturi indipendenti wara tnaqqis ta' skonti u ribassi. (49) Kif imsemmi f'reċitazzjoni 9, ġew irċevuti xi kummeti rigward il-paragun ta' tipi differenti ta' prodotti imma nstab li SBS importat mit-Tajwan u SBS prodott fil-Komunità jaqsmu l-stess karatteristiċi. (50) Dawn il-kummenti m'affettwawx il-konklużjonijiet tar-Regolament proviżorju, li wasslu għal marġini medja ta' bejgħ/tniżżel taħt il-prezz, espressa bħala persentaġġ tal-prezzijiet medji ta' bejgħ ta' l-industrija tal-Komunità, ta' 12,3 %. 4. Sitwazzjoni ekonomika ta' l-industrija tal-Komunità (51) Importatur wieħed tal-Komunità ġibed l-attenzjoni li ħażniet u qligħ ma ġewx kalkolati għall-1995. Kif dikjarat diġa f'reċitazzjonijiet 81 u 82 tar-Regolament proviżorju tad-dazju, iċ-ċifri eżatti ta' ħażniet u qligħ ma setgħux jinkisbu b'mod eżatt minħabba f'tibdiliet fis-sistemi ta' kontabilita f'kumpannija waħda u tibdiliet fl-istruttura f'kumpannija oħra. F'kull każ, l-investigazzjoni wriet li l-qligħ kien aktar għoli fl-1995 milli fl-1996. Dan jirrinforza l-istabbilizzazzjoni ta' ħsara. (52) Minħabba li ma ġew rċevuti l-ebda kummenti oħra rigward iċ-ċifri għall-produzzjoni, kapaċita, volum ta' bejgħ, prezz ta' bejgħ, sehem tas-suq, ħażniet, qligħ, investimenti u impjieg ta' l-industrija tal-Komunità, il-konklużjonijiet ta' reċitazzjonijiet 76 sa 84 tar-Regolament proviżorju tad-dazju huma hawnhekk konfermati. (53) Fuq il-bażi ta' dan imsemmi fuq ġie konkluż li l-industrija tal-Komunità ssofriet ħsara materjali kif dikjarat f'reċitazzjoni 90 tar-Regolament proviżorju tad-dazju. F. KAĠUN 1. Effett ta' l-importi sussidjati (54) Il-GTT u importatur wieħed tal-Komunità ddikjara li l-livell għoli tas-sehem tas-suq ta' l-industrija tal-Komunità (89 % matul il-perjodu investigattiv) wera li l-industrija tal-Komunità ma setgħetx issofri ħsara kawżata minn importi mit-Tajwan, b'sehem tas-suq hafna iżgħar (6,1 %). Fil-każ preżenti ġie stabbilit li l-importi mit-Tajwan, b'pressjoni qawwi fuq prezzijiet f'suq kompetittiv u trasparenti (12,3 % bejgħ/tniżżel taħt il-prezz matul il-perjodu investigattiv), irrappreżentaw pressjoni konsiderevoli fuq l-industrija tal-Komunità. Sabiex iżżomm is-sehem tagħha fis-suq, l-industrija tal-Komunità kellha ssegwi ċ-ċaqliq l-isfel tal-prezz (- 47 % tnaqqis fil-prezz mill-1995 sal-perjodu investigattiv). Bħala riżultat, l-industrija tal-Komunità soffriet telfiet qawwija (qligħ mibdul minn + 14,9 % sa - 9,8 % mill-1996 sal-perjodu investigattiv). Fl-aħħar nett, huwa meqjus li s-sehem għoli tas-suq ta' l-industrija tal-Komunità ma pproteġithiex mill-kompetizzjoni mhux bil-fier issussidjata tat-Tajwan, u li l-pressjoni tal-prezz minħabba importi mit-Tajwan hija l-kawża maġġuri tal-ħsara soffruta minn din l-industrija. 2. Fatturi oħra (55) Il-GTT iddikjara li l-investimenti miżjuda magħmula mill-produtturi tal-Komunità ħolqu kompetizzjoni aktar qawwija fost dawk il-produtturi u rriżultaw fi ħsara kkawżata minn dawn il-forzi kompetittivi. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li investimenti varjaw mill-1995, kif dikjarat f'reċitazzjoni 83 tar-Regolament proviżorju tad-dazju, u ma jurux ċaqliq il-fuq kif dikjarat mill-GTT. L-investimenti baqgħu f'livell kemm xejn baxx, li jkun jikkorrespondi għal tgħollija fil-grad normali tal-makkinarju. L-investimenti l-aktar importanti kienu saru mill-produtturi qabel l-1995 fil-waqt meta kienu qed jistabbilixxu l-unitajiet ta' produzzjoni tagħhom. (56) Il-GTT iddikjara wkoll li l-ħsara soffruta mill-industrija tal-Komunità setgħet ġiet ikkawżata minn żieda fil-prezzijiet tal-materji primi. Madankollu, il-prezzijiet ta' materji primi, kif dikjarat f'reċitazzjoni 108 tar-Regolament proviżorju tad-dwana, ilhom ivarjaw mill-1995 u ma jurux xi xejra partikolari. X'aktarx illi l-varjazzjoni tagħhom hija ċiklika, u għalhekk ma jistgħux jispjegaw b'mod raġunat id-deprezzament kostanti ta' prezzijiet ta' SBS mill-1995. (57) Importatur wieħed tal-Komunità irraġuna li l-ħsara soffruta mill-industrija tal-Komunità tista' tiġi kawżata minn żieda fl-ispejjeż ta' produzzjoni u ta' bejgħ u spejjeż amministrattivi ġenerali. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li, waqt li dawn l-ispejjeż baqgħu ftit jew wisq fl-istess livell matul il-perjodu 1995 sa 1999, il-valur tal-bejgħ tal-produtturi tal-Komunità naqas dramatikament (b'39 %), minħabba fit-tnaqqis fil-prezz. 3. Konklużjoni (58) Meta jitqies li l-ebda argument ieħor ma ġie rċevut rigward il-kawża tal-ħsara soffruta mill-industrija tal-Komunità, il-konklużjoni li importi ta' SBS mit-Tajwan ikunu kkawżaw ħsara lill-industrija tal-Komunità, kif dikjarat f'reċitazzjonijiet 110 u 111 tar-Regolament proviżorju tad-dazju, hija hawnhekk konfermata. G. IMGĦAX TAL-KOMUNITÀ 1. Imgħax ta' l-industrija tal-Komunità (59) Minħabba li ma ġew rċevuti l-ebda kummenti rigward l-imgħax ta' l-industrija tal-Komunità, il-konklużjonijiet ta' reċitazzjonijiet 113 u 117 tar-Regolament proviżorju tad-dazju huma hawnhekk konfermati. 2. Impatt fuq utenti (60) Wara l-adozzjoni tar-Regolament li jimponi miżuri proviżorji, żewġ importaturi tal-Komunità esprimew l-ħsibijiet tagħhom dwar l-impatt tal-miżuri kompensatorju fuq il-konsumaturi tagħhom. Għandu jiġi notat li waħda minn dawn il-kumpanniji importat minn produttur mit-Tajwan li ma koperax f'dan il-proċediment, u dan l-importatur kien suġġett għal sussidju proviżorju kumulat u rata ta' dazju ta' fqigħ tas-suq ta' 28,2 %. Madankollu, jekk miżuri definittivi huma mposti, l-importaturi kollha se jkollhom l-għażla li jixtru SBS mill-produtturi tal-Komunità, minn wieħed mill-produtturi li jikkoperaw fit-Tajwan, jew minn sors ieħor mhux suġġett għal miżuri. (61) Bħala riżultat, huwa stmat li ż-żieda medja fil-prezz ikkawżata minn miżuri definittivi għandha tkun ta' 1,1 %. Ġie konfermat matul l-investigazzjoni li din iż-żieda fil-prezzijiet x'aktarx ikollha impatt limitat fuq l-utenti. L-impatt ta' dazju fuq numru ta' utenti tipiċi ġie eżaminat, fejn 40 % ta' l-ispiża tagħhom ta' produzzjoni kienet SBS. Instab li l-imposizzjoni ta' miżuri tista' tnaqqas il-qligħ b' 0,3 % bħala medju għal dik il-parti tan-negozju tagħhom li għandha x'taqsma ma' SBS. (62) Barra minn hekk, minħabba li l-biċċa ‘l kbira ta' l-utenti tal-Komunità jixtru l-parti ewlenija ta' l-SBS tagħhom mill-produtturi tal-Komunità, ma jesperjenzawx xi żieda fil-prezz għall-akbar parti tal-bejgħ tagħhom. (63) Fl-aħħar nett, minħabba li ma ġietx provvduta aktar xiehda mill-importaturi tal-Komunità, u minħabba li l-utenti tal-Komunità m'għamlux kummenti, il-konklużjoni ta' reċitazzjoni 123 tar-Regolament proviżorju tad-dazju hija hawnhekk konfermata. 3. Konklużjoni (64) L-argumenti ġodda rċevuti rigward l-istabbilizzazzjoni ta' l-imgħax tal-Komunità mhumiex meqjusa li huma tali li jistgħu jaqilbu l-konklużjoni li ma teżisti l-ebda raġuni kontra l-imposizzjoni ta' miżuri kompensatorju. Is-sejbiet proviżorji huma għalhekk konfermati. H. KORS TA' AZZJONI DEFINITTIV (65) Bil-ħsieb tal-konklużjonijiet milħuqa rigward sussidji, ħsara, kaġun u imgħax tal-Komunità, huwa meqjus li miżuri definittivi kompensatorju għandhom jittieħdu sabiex jipprevjenu aktar ħsara milli tiġi kaġunata lill-industrija tal-Komunità mill-importi sussidjati mit-Tajwan. 1. Livell ta' eliminazzjoni ta' ħsara (66) Kif spjegat f'reċitazzjoni 127 tar-Regolament proviżorju tad-dazju, livell ta' prezzijiet li ma jagħmilx ħsara ġie stabbilit billi ġie miżjud mal-prezz tal-bejgħ ta' l-industrija tal-Komunità it-telf attwali medju tagħha u billi żdied ukoll marġini ta' qligħ ta' 8 % li jista' jkopri l-ispiża ta' produzzjoni ta' l-industrija tal-Komunità u jippermetti li jinkiseb qligħ raġunevoli fl-assenza ta' importi sussidjati mill-pajjiż konċernat. 2. Forma u livell tad-dazju (67) Bi qbil ma' l-Artikolu 24(1) tar-Regolament bażiku l-ebda prodott m'għandu jiġi suġġett għal kemm dazji kontra l-fqigħ tas-suq kif ukoll kompensatorju għall-għan li wieħed jitratta ma' sitwazzjoni waħda u l-istess li tinħoloq minn fqigħ tas-suq jew minn sussidju ta' esportazzjoni. L-iskemi ta' sussidju konċernati minn dan il-proċediment ma jikkostitwixxux sussidji ta' esportazzjoni fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku. B'hekk, dawn is-sussidji jaffettwaw kemm il-prezz ta' esportazzjoni u l-prezzijiet domestiċi tal-produtturi esportaturi, li b'hekk ma jaffettwawx il-marġini kontra l-fqigħ tas-suq. (68) Bi qbil ma' l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku r-rata tad-dazju kompensatorju għandha tikkorrespondi mall-marġini ta' sussidju, minbarra jekk il-marġini ta' ħsara hija aktar baxxa. (69) Dan wassal għar-rati tad-dazju kompensatorju li ġejjin għall-produtturi li jikkoperaw fit-Tajwan: — Chi Mei Corporation | 1,5 % | — Lee Chang Yung Chemical Industry Corporation | 1,0 % | (70) Kif spjegat f'reċitazzjoni 129 tar-Regolament proviżorju tad-dazju, iż-żewġ kumpanniji esportaturi koperanti ammontaw għal inqas minn 30 % ta' l-SBS importat fil-Komunità Ewropea matul il-perjodu ta' investigazzjoni u li joriġina fit-Tajwan. (71) L-investigazzjoni wriet l-eżistenza ta' sussidji kompensatorju li huma disponibbli għall-esportaturi mhux koperanti. Huwa meqjus li l-assenza ta' koperazzjoni hija r-riżultat ta' l-użu u l-benefiċċju minn dawk il-produtturi tas-sussidji kompensatorju f'livell il fuq mill-livell de minimis. Bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku u fuq bażi tat-tagħrif li jinstab fl-ilment u s-sejbiet ta' l-investigazzjoni, u sabiex tiġi evitata l-għotja (rewarding) ta' nuqqas ta' koperazzjoni, huwa meqjus xieraq li jiġi stabbilit livell residwu ta' dazju kompensatorju ta' 8,2 %. I. ĠBIR TAD-DAZJU PROVIŻORJU (72) Bil-ħsieb ta' l-ammont tas-sussidji kumpensabbli li jinstabu għal produtturi esportaturi, u fid-dawl tas-serjeta tal-ħsara kkawżat lill-industrija tal-Komunità, huwa meqjus meħtieġ li l-ammonti garantiti permezz tad-dazju proviżorju kumpensabbli skond ir-Regolament (KE) Nru 1092/2000 għandhom jinġabru definittivament bir-rata tad-dazji definittivi mposti, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Dazju definittiv kompensatorju huwa hawnhekk impost fuq importi ta' lastiku termoplastiku styrene-butadiene-styrene, li jidħol fil-kodiċijiet tan-NM ex40021900 u ex400299 (kodiċijiet TARIC: 4002190010 , 4002991010 u 4002999091) li joriġinaw fit-Tajwan. 2. Ir-rata ta' dazju definittiv kompensatorju applikabbli għall-prezz nett b'xejn fil-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, għal prodotti tal-kumpanniji li ġejjin, għandha tkun kif ġej: Company | | Rate of duty | TARIC additional code | Chi Mei Corporation, Tainan, Taiwan | 1,5 % | A127 | Lee Chang Yung Chemical Corporation, Taipei, Taiwan Industry | 1,0 % | A128 | Il-kumpanniji l-oħra kollha tat-Tajwan | 8,2 % | A999 | 3. Minbarra jekk speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw dazji tad-dwana għandhom japplikaw. Artikolu 2 L-ammonti garantiti permezz tad-dazju proviżorju kompensatorju impost fuq importi li joriġinaw fit-Tajwan skond ir-Regolament (KE) Nru 1092/2000 għandhom jinġabru bir-rata tad-dazju definittiv impost. Ammonti garantiti li jaqbżu r-rata definittiva ta' dazji kompensatorju għandhom jiġu rilaxxati. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fit-18 ta' Settembru 2000. Għall-Kunsill Il-President H. Védrine [1] ĠU L 288, tal-21.10.1997, p. 1. [2] ĠU L 124, tal-25.5.2000, p. 26. [3] ĠU L 124, tal-25.5.2000, p. 12. --------------------------------------------------