12004V165

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU III - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI - KAPITOLU I - SUQ INTERN - Sezzjoni 5 - Regoli dwar il-kompetizzjoni - Subsezzjoni 1 - Regoli li japplikaw għal impriżi - Artikolu III-165

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0070 - 0070


Artikolu III-165

1. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu III-164, il-Kummissjoni għandha tassigura l-applikazzjoni tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli III-161 u III-162. Fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, u bil-koperazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, li għandhom jagħtuha l-għajnuna tagħhom, il-Kummissjoni għandha tinvestiga kull ksur suspettat ta' dawn il-prinċipji. Jekk issib li kien hemm ksur, għandha tipproponi miżuri xierqa sabiex twaqqfu.

2. Jekk il-ksur previst fil-paragrafu 1 ma jieqafx, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni Ewropea motivata li tirreġistra l-ksur tal-prinċipji. Il-Kummissjoni tista' tippubblika d-deċiżjoni tagħha u tawtorizza lill-Istati Membri li jieħdu l-miżuri meħtieġa, li tagħhom għandha tiddetermina hi l-kondizzjonijiet u d-dettalji, biex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni.

3. Il-Kummissjoni tista' tadotta regolamenti Ewropej dwar il-kategoriji ta' akkordji li fir-rigward tagħhom il-Kunsill adotta regolament Ewropew skond l-Artikolu III-163, it-tieni paragrafu, (b).

--------------------------------------------------