22003D0176



Official Journal L 088 , 25/03/2004 P. 0053 - 0054


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 176/2003

tal-5 ta' Diċembru 2003

li temenda l-Anness IX (Is-Servizzi finanzjarji) u l-Anness XXII (Il-Liġijiet tal-Kumpaniji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness IX mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 115/2003 tas-26 ta' Settembru 2003 [1].

(2) L-Anness XXII mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 162/2003 tas-7 ta' Novembru 2003 [2].

(3) Id-Direttiva 2003/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2003 li temenda d-Direttivi 78/660/KEE, 83/349/KEE, 86/635/KEE u 91/674/KEE dwar il-kontijiet annwali u kkonsolidati ta' ċerti tipi ta' kumpaniji, banek u stituzzjonijiet oħra finanzjarji u impriżi ta' l-assigurazzjoni [3] trid tiġi inkoporata fdil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

1. L-Anness IX mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

(a) Dan li ġej jiġi miżjud mal-punt 12b (id-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE):

"kif emendata bi:

- 32003 L 0051: Id-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2003 (ĠU L 178, tas-17.7.2003, p. 16)."

(b) L-inċiż li ġej jiġi miżjud mal-punt 21 (id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE):

"- 32001 L 0051: Id-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2003 (ĠU L 178, tas-17.7.2003, p. 16)."

2. L-Anness XII mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

(a) L-inċiż li ġej jiġi miżjud fil-punti 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE) u fil-punt 6 (id-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE):

"- 32001 L 0051: Id-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2003 (ĠU L 178, tas-17.7.2003, p. 16).";

(b) Dan li ġej jiġi miżjud fit-tieni inċiż (id-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE) u fil-punt 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE):

"kif emendata bi:

— 32003 L 0051: id-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2003 (ĠU L 178, tas-17.7.2003, p. 16)."

Artikolu 2

Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tad-Direttiva 2003/51/KE fl-ilsien Islandiż u l-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komuniajiet Ewropej.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Diċembru 2003, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-taqsima ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fis-Suppliment għaż-ŻEE tiegħu.

Magħmula fi Brussel, fil-5 ta' Diċembru 2003.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

HSH Prinz Nikolaus von Liechtenstein

[1] ĠU L 331, tat-18.12.2003, p. 8.

[2] ĠU L 41, tat-12.2.2004, p. 62.

[3] ĠU L 178, tas-17.7.2003, p. 16.

[4] Ma huma indikati l-ebda ħtiġiet kostituzzjonali.

--------------------------------------------------