Official Journal L 084 , 14/04/1995 P. 0010 - 0013
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' April 1995 dwar il-valutazzjoni ta' 71 miżura proposta li tikkwalifika għall-finanzjament Komunitarju skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 94/445/EC rigward in-networks telematiċi interamministrattivi ta' l-istatistika dwar l-iskambju ta' beni bejn l-Istati Membri (Edicom) (95/126/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 94/445/KE tal-11 ta' Lulju 1994 rigward in-networks telematiċi interamministrattivi ta' l-istatistika dwar l-iskambju ta' beni bejn l-Istati Membri (Edicom) [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha, billi l-proposti jiffurmaw parti mill-programm annwali mfassal biex jimplimenta in-numru ta' miżuri previsti fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 94/445/KE; billi, il-Kumitat tal-Programmi Statistiċi tal-Komunitajiet Ewropej stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 89/382/KEE (Euratom) [2] ta l-opinjoni tiegħu favorevoli dwar l-elaborazzjoni, il-valutazzjoni u l-approvazzjoni ta' dak il-programm annwali; billi, il-Kumitat ta' l-Istatistika dwar l-iskambju tal-beni bejn l-Istati Membri, stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3330/91 [3], ta l-opinjoni tiegħu favorevoli; billi l-miżuri li għandhom jiġu applikati b'mod ċentralizzat mill-Kummissjoni, il-Kumitat ta' l-Istatistika dwar l-iskambju tal-beni bejn l-Istati Membri awtorizza, it-tiġdid ta' 15 il-kuntratt konkluż skond il-proċedura indikata fil-Kuntratt Kwadru għall-informatika fis-servizzi 200 Nru DI/496, CCAM avviż 365/93 billi għall-istess numru ta' miżuri ċentralizzati, il-Kumitat ta' l-Istatistika dwar l-iskambju tal-beni bejn l-Istati Membri awtorizza, il-ħruġ u l-għoti ta' 26 tnedija għall-offerti għall-miżuri b'valur totali ta' inqas minn 200000 EKU koperti mill-proċedura ndikata fl-Artikolu 7 ta' l-imsemmija DEĊIŻJONI Nru 94/445/KE; billi għall-miżuri li għandhom jiġu ċentralizzati fl-Istati Membri, il-Kumitat ta' l-Istatistika dwar l-iskambju tal-beni bejn l-Istati Membri awtorizza, il-konklużjoni ta' 30 proposta ta' kuntratt skond il-proċedura ta' ftehim privat applikabbli għall-proposti ta' għajnuna lill-awtoritajiet statistiċi nazzjonali; billi il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-approvazzjoni tal-proposti li jikkwalifikaw għall-finanzjament Komunitarju, ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-71 proposta elenkata fl-ANNESS I jistgħu jirċievu il-Finanzjament Komunitarju sa l-ammont indikat f'dak l-Anness. Artikolu 2 L-Istati Membri huma d-destinatarji ta' din id-Deċiżjoni. Magħmul fi Brussel, fis-6 ta' April 1995. Għall-Kummissjoni Yves-Thibault De Silguy Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU C 183. tas-19.7.1994. p. 42. [2] ĠU C 181. tas-28.06.1989. p. 47. [3] ĠU C 316. tas-16.11.1991. p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS (f'eku) | Referenza u tip ta' mizura | Titolu | Livell ta' finanzjament mill-kumunita' | | | Bi trattat privat ma' l-awtoritajiet nazzjonali | Kontribuzjonijiet lil awtoritajiet nazzjonali responsabbli għal istatistika tal-kummerċ fil-merkanzija | | | Dawn il-kontribuzzjonijiet jirrigwardaw l-attivitajiet li ġejjin: analiżi u studji metadoloġiċiil-promozzjoni u d-distribuzzjoni ta' formoli li jinqraw mill-magnil-iżvilupp tas-sistemi tal-proċessar ta' l-informazzjoni jew formoli jinqraw mill-magnititjib fil-kwalita ta' tagħmir, b'mod partikolari disk/fax u s-sistema OCRklassifikitixrid ta' l-informazzjonil-amministrazzjoni u l-integerazzjoni tas-sistemi ta' l-iprocessar ta' l-informazzjoni | B | 339000 | DK | 233000 | D | 459000 | GR | 259000 | E | 281000 | F | 407000 | IRL | 207000 | I | 296000 | L | 185000 | NL | 237000 | AT | 400000 | P | 209000 | FI | 400000 | SE | 400000 | UK | 296000 | Dawn il-kontribuzzjonijiet jirrigwardaw mizuri għat-titjib tal-kwalita' u riċerka ma' l-utenti fuq il-qalba ta' mistoqsijiet komuni mfassla mill-Eurostat | B | 120000 | DK | 82000 | D | 161000 | GR | 91000 | E | 99000 | F | 143000 | IRL | 73000 | I | 104000 | L | 65000 | NL | 83000 | P | 74000 | UK | 104000 | Koordinazzjoni tar-riċerka ta' l-utenti | | 50000 | Xogħol ta' analiżi tal-kwalita' jew l-informazzjoni korrispondenti għal iskop ta' aġġustament | | 50000 | Studju tas-sistemi tal-ġbir (limiti minimi) | | 50000 | Sostenn biex tiġi stabbilita l-interfaċċa fil-kommunikazzjoni | | 20000 | Kuntratt kwadru għal 200 tiġdid. | Bażi t'informazzjoni għat-tendenzi, fl-integrazzjoni ta' Stati Membri ġodda | | 45000 | Żvilupp ta' publikazzjonijiet eletroniċi bl-użu tal-Comext | | 45000 | Aġġustament tal-produzzjoni tal-kliem kjavi u programmi ta' input fl-IDEP | | 45000 | Kontrolli tal-kompjuter dwar tkunx sħiħa l-informazzjoni f'sistema ta' klassifika | | 45000 | Sostenn għas-software IDEP/CN8 | | 70000 | Amministrazzjoni/Taħriġ għall-għodda telematika fl-iStati Membri | | 45000 | Żvilupp ta' verżjoni ċentraliżżata għall-grupp multi-users ta' IDEP/CN8 | | 150000 | Studju tal-fatturi li jrieġu l-utilizzazzjoni tan-networks IDEP. | | 110000 | Standardizzazzjoni tal-messaġġi – xogħol Instat/Exstat | | 65000 | Zvilupp tal-messaġġi u tal-proċeduri ta` sigurta' | | 70000 | Introduzzjoni ta' għodda tat-telekomunikazzjoni ta' l-iStati Membri. | | 50000 | Għajnuna biex jiġu stabbiliti interfaċċi fit-telekomunikazzjonijiet | | 35000 | Funzjoni għat-trasferiment ta' klassifiki minn bażi aric 2 | | 70000 | ħażna ta' SITC fuq CD-ROM | | 35000 | Introduzzjoni ta' faċilitajiet għal ranking u tabulazzjoni ġdida | | 42000 | Tnedija għall-appalt kuntratt kwadru 200 | Żvilupp ta' sistema dokumentali | | 50000 | Segretarjat Edicom, amministrazzjoni tal-proġetti, preparazzjoni ta' Newsletter Intrastat/ Edicom | | 50000 | Sistema ta' tħejjija ta' indiċijiet | | 45000 | Kumputerizzazzjoni tal-bullettin ta' kull xahar | | 50000 | Komputerizzazzjoni tad-dokumenti u l-pubblikazzjonijiet meħtieġa għal adattament tan-NM. | | 45000 | Amministrazzjoni centraliżata ta' l-emendi tan-NM, ħolqien ta' software NC8 | | 50000 | Standardizzazzjoni ta' l-inkartamenti NM biex jidħlu fis-software IDEP | | 50000 | Formularju ettroniku IDEP: amministrazzjoni | | 80000 | Formularju ettroniku IDEP: manutenzjoni kontinwa | | 30000 | Formularju ettroniku IDEP: żvilupp u introduzzjoni tat-telekomunikazzjoni | | 110000 | Sostenn għal introduzzjoni tat-telekomunikazzjoni fl-amministrazzjonijiet | | 65000 | Coordinazzjoni ġenerali ta' l-Edicom | | 150000 | Żvilupp u manutenzjoni ta' sistemi ta' l-ipproċessar ta' l-informazzjoni għall-validazzjoni | | 110000 | Żvilupp u manutenzjoni ta' sistemi għat-trasferiment tan-Nomenklaturi | | 60000 | Uffiċju ta' l-informazzjoni helpdesk | | 72000 | CD-ROM / Twessigħ tal-kopertura geografika | | 100000 | CD-ROM / Żvilupp ta' funzjonalitajiet ġodda | | 60000 | Assistenza għal attiviatjiet ta' produzzjoni | | 100000 | Ammistrazzjoni ta' databases u ta' sistemi ta' l-iproċessar ta' l-informazzjoni | | 110000 | Tnedija ta' Appalt | Studju ta' l-istatistika dwar transitu u ħażna | | 80000 | Tnedija ta' Appalt | Analiżi tal-bżonnijiet ta' informazzjoni għas-sistema tal-Vat defenittiva | | 90000 | Tnedija ta' Appalt | Analiżi tal-kost / benefiċju ta' l-Intrastat / Edicom għal amministrazzjonijiet u impriżi | | 90000 | Ftehim Speċifiku | Manutenzjoni tas-sistemi disk / fax | | 200000 | Ftehim Speċifiku | Aġġornament ta' tagħmir informatiku għal ġbir u l-iproċċessar ta' l-istatistika intrakomunitarja | | 200000 | Ftehim Speċifiku | Laqgħat tat-task force Edicom | | 100000 | Ftehim Speċifiku | Organizzazzjoni ta' Seminar Intrastat II | | 50000 | --------------------------------------------------