European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/1265

28.11.2023

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-każ M.11330 — ENGIE / EFS / IDESAMGAR)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2023/1265)

1.   

Fl-20 ta’ Novembru 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

ENGIE Energy Services International, S.A. (“ENGIE”, Franza),

—

EFS Global Energy B.V. (“EFS”, in-Netherlands) sussidjarja ta’ General Electric Company (“GE”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Idesamgar SL (“Idesamgar”, Spanja), ikkontrollata minn Cierzo Spain Wind, S.L.U. (“Mirova”, Spanja) u GE (l-Istati Uniti tal-Amerka).

ENGIE u EFS jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Idesamgar.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

ENGIE huwa grupp globali attiv fl-enerġija, il-gass u s-servizzi b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju,

—

EFS hija parti minn GE li hija kumpanija globali u diversifikata tal-manifattura, tat-teknoloġija u tas-servizzi,

—

Idesamgar hija attiva fil-qasam tal-parks eoliċi fi Spanja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar it-trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11330 — ENGIE / EFS / IDESAMGAR

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË


(1)   OJ L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1265/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)