<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑685/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CC0685</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:201">EU:C:2017:201</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>tmilcjeKONKLUŻJONIJIET SHARPSTON – KAWŻA C‑685/15</P><P>ONLINE GAMES <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Sharpston</HT></P><P>ippreżentati fid-<DATE ISO="20170309">9 ta’ Marzu 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P>Kawża C‑685/15</P><P>Online Games Handels GmbH</P><P>Frank Breuer</P><P>Nicole Enter</P><P>Astrid Walden</P><P>vs</P><P>Landespolizeidirektion Oberösterreich</P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mil-Landesverwaltungsgericht Oberösterreich (qorti amministrattiva reġjonali tal-Awstrija ta’ Fuq, l-Awstrija)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Artikoli 49 u 56 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Logħob tal-ażżard</KEYWORD><KEYWORD>Monopolju tal-logħob fi Stat Membru</KEYWORD><KEYWORD>Ksur</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-qorti teżamina l-fatti ex officio (Amtswegigkeitsgrundsatz)</KEYWORD><KEYWORD>Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 6</KEYWORD><KEYWORD>Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 47</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Din it-talba għal deċiżjoni preliminari tqum fil-kuntest tal-Glücksspielgesetz (liġi Awstrijaka dwar il-logħob tal-ażżard) tat-<DATE ISO="19891128">28 ta’ Novembru 1989</DATE>, kif applikata <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jeżerċitaw drittijiet ta’ stabbiliment (Artikolu 49 TFUE) jew il-libertà li jiġu pprovduti servizzi (Artikolu 56 TFUE), u tar-regoli proċedurali li japplikaw għal smigħ quddiem il-qrati amministrattivi ta’ dan l-Istat Membru. F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja qiegħda tintalab tinterpreta l-prinċipji ta’ drittijiet fundamentali stabbiliti fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ‘il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), fid-dawl tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (iktar ‘il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>KEDB<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE>.</P></NOTE>. Il-punt partikolari inkwistjoni huwa d-dritt tal-persuna akkużata għal smigħ ġust, kif iggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta, f’ċirkustanzi li fihom il-qorti li tkun qiegħda tisma’ l-kawża ma jkollhiex biss tasal għal deċiżjoni finali fuq il-mertu iżda wkoll tikseb provi <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-Artikolu 49 TFUE (li jagħmel parti mill-Kapitolu 2, bl-isem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Id-Dritt ta’ Stabbiliment<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, tat-Titolu IV) jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Fil-qafas tad-dispożizzjonijiet ta’ hawn taħt ir-restrizzjonijiet għal-libertà ta’ l-istabbiliment ta’ ċittadini ta’ Stat Membru fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, għandhom jiġu projbiti. Tali projbizzjoni għandha testendi ruħha wkoll għal restrizzjonijiet fuq l-istabbiliment ta’ aġenziji, fergħat u sussidjarji, minn ċittadini ta’ Stat Membru stabbiliti fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.</P><P>Il-libertà ta’ l-istabbiliment tinkludi d-dritt li tibda u teżerċita attivitajiet bħala persuna li taħdem għal rasa, kif ukoll li tikkostitwixxi u tmexxi impriżi u b’mod partikolari kumpanniji li jaqgħu taħt it-tifsira tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 54 taħt il-kondizzjonijiet stipulati fil-liġijiet tal-pajjiż ta’ l-istabbiliment, għaċ-ċittadini tiegħu stess, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu dwar il-kapital.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Artikolu 52(1) TFUE jipprevedi:</TXT><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, u l-miżuri adottati bis-saħħa tagħhom, ma jippreġudikawx l-implementazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u regoli amministrattivi li jipprovdu għal trattament speċjali ta’ ċittadini barranin u li huma ġustifikati għal raġunijiet ta’ ordni [pubbliku], sigurtà pubblika u saħħa pubblika.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Irrid nenfasizza li l-Liġi dwar il-logħob tal-ażżard tidher li tirrigwarda deroga ġenerali mil-libertà ta’ stabbiliment u mil-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Bħala tali, hija ma tipprovdix għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>trattament speċjali għal ċittadini barranin<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>. Madankollu, minħabba li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni f’din il-kawża hija l-istess bħal-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża Pfleger <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140430">30 ta’ April 2014</DATE>, <NO.CASE>C‑390/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:281">EU:C:2014:281</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u minħabba li din il-kawża tirrigwarda kwistjonijiet proċedurali li jirriżultaw mill-interpretazzjoni ta’ dik il-leġiżlazzjoni mill-qrati amministrattivi nazzjonali, ma nqisx li huwa meħtieġ li neżamina din il-kwistjoni iktar fid-dettall.</P></NOTE>.</P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 56 TFUE (li jagħmel parti mill-Kapitolu 3, bl-isem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Is-Servizzi<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, tat-Titolu IV):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Fil-qafas tad-dispożizzjonijiet ta’ hawn taħt, ir-restrizzjonijiet fuq il-liberta’ li jiġu provduti servizzi fl-Unjoni għandhom jiġu projbiti fir-rigward ta’ ċittadini ta’ Stati Membri li jkunu stabbiliti fi Stat Membru li ma jkunx dak tal-persuna li lilha jingħataw is-servizzi.</P><P>Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, jistgħu jestendu l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għal servizzi mogħtija minn ċittadini ta’ Stat terz li jkunu stabbiliti fl-Unjoni.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 62 TFUE jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 51 sa 54, inklużi, għandhom japplikaw għal ħwejjeġ regolati b’dan il-Kapitolu.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-Karta</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 47 tal-Karta jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Kull persuna li d-drittijiet u l-libertajiet tagħha garantiti mil-liġi ta’ l-Unjoni jiġu vjolati għandha d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.</P><P>Kull persuna għandha d-dritt għal smigħ ġust u pubbliku fi żmien raġjonevoli minn qorti indipendenti u imparzjali, stabbilita minn qabel bil-liġi. Kull persuna għandu jkollha l-possibbiltà li tieħu parir, ikollha difiża u tkun irrappreżentata.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-KEDB</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) tal-KEDB jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Fid-deċiżjoni tad-drittijiet ċivili u ta’ l-obbligi tiegħu jew ta’ xi akkuża kriminali kontra tiegħu, kulħadd huwa ntitolat għal smigħ imparzjali u pubbliku fi żmien raġonevoli minn tribunal indipendenti u imparzjali mwaqqaf b’liġi. […]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Il-liġi dwar il-logħob tal-ażżard tirrestrinġi l-organizzazzjoni tal-logħob tal-ażżard bl-użu ta’ magni tal-logħob biss għall-operaturi liċenzjati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Fil-verżjoni fis-seħħ fiż-żmien rilevanti fir-rigward <HT TYPE="ITALIC">tal-ewwel kawża</HT> quddiem il-qorti tar-rinviju fil-proċedura prinċipali, l-Artikolu 50 ta’ din il-liġi kien jipprovdi li l-ġurisdizzjoni għal ksur ta’ din il-liġi kienet, fl-ewwel istanza, tal-Bezirksverwaltungsbehörden (awtoritajiet amministrattivi distrettwali) u, fit-tieni istanza, tal-Unabhängiger Verwaltungssenat (tribunal amministrattiv indipendenti) [illum il-Landesverwaltungsgericht (qorti amministrattiva reġjonali)] tar-reġjun ikkonċernat. Il-korpi ta’ kontroll pubbliku, inklużi l-awtoritajiet fiskali, kellhom jgħinu lil dawn l-awtoritajiet u kellhom id-dritt li jivverifikaw il-konformità ma’ din il-liġi fuq inizjattiva tagħhom stess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 52(1) ta’ din il-liġi, il-ksur inqas serju kien jitqies bħala ksur amministrattiv u setgħu jiġu imposti multi sa EUR <FT TYPE="NUMBER">22000</FT> mill-awtoritajiet amministrattivi. Skont l-Artikolu 52(2), il-proċedura li kienet tirregola ksur aggravat kienet dik stabbilita għall-ksur tal-Kodiċi Kriminali. L-Artikolu 53 kien jagħti lill-awtoritajiet amministrattivi s-setgħa li jikkonfiskaw magni tal-logħob f’każijiet ta’ ksur issuspettat tal-monopolju tal-logħob tal-ażżard li din il-liġi kienet tagħti lill-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>B’emendi għal-Liġi dwar il-logħob tal-ażżard li daħlu fis-seħħ fl-2014 u li, għalhekk, japplikaw <HT TYPE="ITALIC">għat-tieni kawża</HT> quddiem il-qorti tar-rinviju fil-proċedura prinċipali, l-Artikolu 52 ta’ din il-liġi nbidel sabiex kull ksur kellu jkun suġġett għal sanzjonijiet amministrattivi biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 90(2) tal-Bundes-Verfassungsgesetz (liġi kostituzzjonali federali), il-proċeduri f’kawżi kriminali għandhom ikunu proċeduri kontradittorji. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ rikorsi għal annullament ta’ deċiżjonijiet tal-awtoritajiet amministrattivi miġjuba quddiem il-qrati amministrattivi reġjonali, bħalma hija l-qorti tar-rinviju, l-Artikolu 130(4) tal-istess liġi jipprovdi li f’appell dawn il-qrati jkun jeħtiġilhom huma stess jagħtu deċiżjoni dwar il-mertu tal-każ.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 46(1) tal-Verwaltungsgerichtverfahrengesetz (liġi dwar il-proċedura quddiem il-qrati amministrattivi), huwa l-kompitu tal-qorti amministrattiva li tiġbor il-provi kollha meħtieġa sabiex taqta’ l-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 25 tal-Verwaltungsstrafgesetz (liġi dwar ksur amministrattiv), tribunal amministrattiv għandu jinvestiga ksur <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>. Huwa għandu jieħu inkunsiderazzjoni kemm iċ-ċirkustanzi attenwanti, kif ukoll dawk aggravanti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża, il-proċedura u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda żewġ kawżi li jinsabu pendenti quddiem il-qorti tar-rinviju. Ser niddeskrivihom separatament.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-proċedura mressqa kontra Online Games Handels GmbH</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Wara li rċieva informazzjoni minn sors anonimu, il-Bundespolizeidirektion Wels [illum parti mil-Landespolizeidirecktion Oberösterreich) (direttorat tal-pulizija reġjonali fl-Awstrija ta’ Fuq, iktar ‘il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Direttorat tal-Pulizija<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>)] ta struzzjonijiet lill-uffiċjali tal-Finanzamt Linz (awtorità tat-taxxa ta’ Linz, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>awtorità tat-taxxa<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>) sabiex jiġi investigat ħanut tal-kafé bl-isem ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>SJ-Bet Sportbar<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> f’Wels. Huma għamlu dan fit-<DATE ISO="20120308">8 ta’ Marzu 2012</DATE>. Fil-post kien hemm tmien magni tal-logħob li tqiesu li kienu jiksru l-monopolju federali impost mil-Liġi dwar il-logħob tal-ażżard. L-uffiċjali li kienu qegħdin iwettqu l-investigazzjoni ġew mgħarrfa li waħda minn dawn il-magni kienet ta’ Online Games Handels GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Online Games<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), kumpannija rregolata mid-dritt Awstrijak. Wara rriżulta li l-organizzatur tal-logħob inkwistjoni kienet kumpannija b’responsabbiltà limitata stabbilita f’Brno fir-Repubblika Ċeka. Il-magni kollha tal-logħob ġew issekwestrati u d-Direttorat tal-Pulizija, b’deċiżjoni tas-<DATE ISO="20120417">17 ta’ April 2012</DATE>, ordna l-konfiska tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Online Games ippreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem il-predeċessur tal-qorti tar-rinviju [l-Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Oberösterreich (tribunal amministrattiv indipendenti tal-land tal-Awstrija ta’ Fuq)]. B’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20120521">21 ta’ Mejju 2012</DATE>, din il-qorti ċaħdet ir-rikors. Online Games imbagħad ippreżentat appell minn din is-sentenza quddiem il-Verwaltungsgerichtshof (qorti amministrattiva suprema, l-Awstrija), li annullat is-sentenza b’sentenza tal-<DATE ISO="20151001">1 ta’ Ottubru 2015</DATE>. Dik il-kawża issa reġgħet tinsab quddiem il-qorti tar-rinviju, li issa hija magħrufa bħala l-Landesverwaltungsgericht Oberösterreich (qorti amministrattiva reġjonali tal-Awstrija ta’ Fuq). F’din il-proċedura, Online Games tikkontesta l-kompatibbiltà tal-Liġi dwar il-logħob tal-ażżard mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi stabbiliti fl-Artikoli 49 u 56 TFUE rispettivament.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-proċedura mressqa kontra Frank Breuer et</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Filwaqt li aġixxew fuq informazzjoni li waslitilhom mingħand terz, uffiċjali tal-awtorità tat-taxxa għamlu spezzjoni fil-ħanut tal-kafé magħruf bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Café Vegas<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> f’Linz fl-<DATE ISO="20140814">14 ta’ Awwissu 2014</DATE>. Huma kkonfiskaw tmien magni tal-logħob li dehrilhom li kienu qegħdin jitħaddmu bi ksur tal-Liġi dwar il-logħob tal-ażżard. Ġew mgħarrfa minn impjegat fil-post li dawn il-magni kienu ta’ Franck Gastro s.r.o., kumpannija rregolata mid-dritt Ċek. Id-Direttorat tal-Pulizija sussegwentement impona multi ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">24000</FT> fuq F. Breuer u fuq kull waħda mill-partijiet fil-proċedura quddiem il-qorti tar-rinviju abbażi tal-allegata organizzazzjoni jew parteċipazzjoni tagħhom fl-organizzazzjoni tal-logħob fil-post inkwistjoni. F. Breuer huwa r-rappreżentant ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata stabbilita<?PAGE NO="5"?> fis-Slovakkja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 19 iktar ’il quddiem.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Kull waħda minn dawn il-partijiet ikkontestat dawn il-multi quddiem il-qorti tar-rinviju. Huma jsostnu li l-monopolju federali impost mil-Liġi dwar il-logħob tal-ażżard imur kontra d-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Meta hija tiddeċiedi dwar il-kwistjonijiet quddiemha, il-qorti tar-rinviju żżomm f’moħħha l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonċerna l-logħob tal-ażżard stabbilita fis-sentenza Pfleger <HT TYPE="ITALIC">et</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140430">30 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Pfleger <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑390/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:281">EU:C:2014:281</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> u, b’mod partikolari, id-dikjarazzjoni fil-punt 50 ta’ din is-sentenza dwar l-obbligi imposti fuq Stat Membru li jkun jixtieq jistrieħ fuq għan li jkun jista’ jiġġustifika restrizzjoni fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ara wkoll il-punt 33 iktar ’il quddiem.</P></NOTE>. Il-qorti tar-rinviju tqis li din id-dikjarazzjoni tapplika wkoll għar-restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ istabbiliment, minħabba li l-Liġi dwar il-logħob tal-ażżard għandha wkoll tiġi interpretata bħala li tidderoga minn din il-libertà<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara l-punti 49 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tal-konklużjonijiet tiegħi f’din il-kawża (<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑390/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:747">EU:C:2013:747</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) għal analiżi tar-restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi li din il-liġi timplika.</P></NOTE>. F’dan il-kuntest, hija mħassba li r-rwol attiv li l-qrati amministrattivi Awstrijaċi jeħtiġilhom jaqdu sabiex jiksbu provi fil-kawżi quddiemhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, il-punt 14 iktar ’il fuq u l-punti 40 u 58 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> iktar ’il quddiem.</P></NOTE> u r-rwol korrispondenti, relattivament passiv, li l-awtoritajiet ta’ prosekuzzjoni jaqdu f’dawn il-kawżi jistgħu jkunu kuntrarji għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju, għalhekk, iddeċidiet li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda li ġejja, skont l-Artikolu 267 TFUE:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>L-Artikolu 56 TFUE u l-Artikoli 49 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> TFUE, fid-dawl tal-Artikolu 6 tal-KEDB moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fid-dawl tal-oġġettività u tal-imparzjalità li l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem teħtieġ minn qorti (ara, b’mod partikolari, il-punt 54 tas-sentenza tagħha [fil-Kawża Ozerov vs Ir-Russia<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="20100518">18 ta’ Mejju 2010</DATE>, CE:ECHR:2010:0518JUD006496201.</P></NOTE>], dawn jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi li l-provi li għandhom jiġu prodotti fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali amministrattivi sabiex tiġi ġġustifikata s-sistema ta’ kważi-monpolju tas-suq nazzjonali tal-logħob tal-ażżard protetta mid-dritt kriminali, fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ara, b’mod partikolari, s-sentenza tagħha [fil-Kawża Pfleger <HT TYPE="ITALIC">et</HT>] għandhom, l-ewwel nett, jiġu ddikjarati u delimitati b’mod totalment indipendenti kif ukoll jiġu sussegwentement investigati u evalwati b’mod awtonomu, mhux mill-awtorità ta’ prosekuzzjoni, jew korp ieħor tal-Istat inkarigat mill-prosekuzzjoni, fil-funzjoni tagħhom bħala rappreżentant tal-akkuża, iżda bil-kontra mill-qorti mitluba tagħti deċiżjoni dwar il-legalità tal-miżura tad-dritt kriminali li kontra tagħha r-rikors huwa ppreżentat, fuq inizjattiva tagħha stess u indipendentement mill-aġir tal-partijiet fil-proċedura, u li taġixxi bħala l-istess persuna/fl-eżerċizzju tal-istess funzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Osservazzjonijiet bil-miktub ġew ippreżentati minn Online Games, F. Breuer <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, mill-Gvern tal-Awstrija u mill-Gvern tal-Belġju, kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea. Fis-seduta tal-<DATE ISO="20161110">10 ta’ Novembru 2016</DATE>, dawn il-partijiet għamlu sottomissjonijiet orali u wieġbu l-mistoqsijiet li għamlitilhom il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Evalwazzjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Il-Gvern Awstrijak isostni li t-talba għal deċiżjoni preliminari f’din il-kawża hija inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Huwa jinvoka, l-ewwel nett, in-natura ipotetika tad-domanda preliminari. Il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>leġiżlazzjoni nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> li għaliha hija tagħmel riferiment ma teżistix, għaliex l-interpretazzjoni magħmula mill-qorti tar-rinviju tal-liġi nazzjonali hija żbaljata, u għandha tingħata preferenza lil dik tal-Gvern Awstrijak.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Jekk tiġi aċċettata l-pożizzjoni tal-Gvern Awstrijak, dan ikun ifisser li l-Qorti tal-Ġustizzja tkun obbligata taċċetta s-sottomissjonijiet ta’ gvern nazzjonali dwar l-interpretazzjoni korretta tad-dritt nazzjonali bi preferenza għal sitwazzjoni deskritta minn qorti tar-rinviju fid-deċiżjoni tagħha tar-rinviju. Dan huwa manifestament żbaljat u huwa ċar li l-argument tal-Gvern Awstrijak f’dan ir-rigward huwa għalkollox infondat. M’iniex ser inqisu iktar<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara wkoll, fir-rigward tal-ammissibbiltà ta’ deċiżjoni ta’ rinviju f’sitwazzjoni fejn il-qrati nazzjonali jkollhom pożizzjonijiet differenti rigward l-interpretazzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151015">15 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Naderhirn</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑581/14</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:707">EU:C:2015:707</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>. Huwa ċar li d-domanda preliminari <HT TYPE="ITALIC">ma tistax</HT> tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>ipotetika<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> fuq din il-bażi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-Gvern Awstrijak isostni li l-qorti tar-rinviju naqset milli tagħti kuntest fattwali u legali suffiċjenti fid-deċiżjoni tagħha tar-rinviju sabiex din il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tagħti deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, id-domandi magħmula minn qorti nazzjonali jgawdu minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tirrifjuta li tiddeċiedi dwar domanda bħal din biss meta jkun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba ma jkollhiex x’taqsam mal-fatti attwali tal-kawża prinċipali jew mas-suġġett tagħha, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex quddiemha l-punti ta’ fatt u ta’ liġi meħtieġa sabiex tagħti risposta utli għad-domandi li jsirulha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100622">22 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Melki u Abdeli</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑188/10 u C‑189/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:363">EU:C:2010:363</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-istatus preċiż tal-Liġi dwar il-logħob tal-ażżard fid-dritt nazzjonali, għall-inqas sa fejn għandhom x’jaqsmu l-elementi invokati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, ma huwiex ċar u dan minkejja d-domandi li saru lill-partijiet fis-seduta. Madankollu, hemm, fil-fehma tiegħi, informazzjoni biżżejjed għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dak li għandu x’jaqsam il-kuntest legali u fattwali tat-tilwima quddiem il-qorti tar-rinviju, u l-portata tad-domanda preliminari hija ċara. Barra minn dan, la l-Kummissjoni Ewropea u lanqas wieħed mill-gvernijiet li ssottomettew osservazzjonijiet ma wrew diffikultà sabiex jifformulaw l-osservazzjonijiet tagħhom abbażi tad-deċiżjoni tar-rinviju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040325">25 ta’ Marzu 2004</DATE>, <NAME.CASE>Azienda Agricola Ettore Ribaldi <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑480/00, C‑482/00, C‑484/00, C‑489/00 sa C‑491/00 u C‑497/00 sa C‑499/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:179">EU:C:2004:179</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Għalhekk nikkonkludi li t-talba għal deċiżjoni preliminari hija ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Kwistjonijiet preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq l-applikabbiltà tal-Karta u tal-KEDB</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Sabiex il-Karta tkun applikabbli, Stat Membru għandu jkun qiegħed <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>jimplementa l-liġi [d-dritt] tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> fis-sens tal-Artikolu 51 tagħha. Kif spjegajt fil-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Pfleger <HT TYPE="ITALIC">et</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Sharpston fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Pfleger <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-390/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:747">EU:C:2013:747</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, meta Stat Membru jippromulga miżura li tidderoga minn libertà fundamentali ggarantita mit-TFUE, dik il-miżura tkun taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Is-setgħa ta’ deroga minn libertà fundamentali ggarantita mid-dritt tal-Unjoni f’ċerti ċirkustanzi hija setgħa li l-Istati Membri jżommu u li d-dritt tal-Unjoni jirrikonoxxi; iżda <HT TYPE="ITALIC">l-eżerċizzju</HT> ta’ din is-setgħa huwa ċċirkoskritt mid-dritt tal-Unjoni. Meta qorti – sew jekk tkun qorti nazzjonali jew il-Qorti tal-Ġustizzja – tistħarreġ dwar jekk leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrestrinġi l-eżerċizzju ta’ libertà fundamentali bħal din tkunx skont id-deroga tat-Trattat (u, għalhekk, tkun permissibbli), dan il-proċess ta’ stħarriġ isir b’riferiment għal, u skont kriterji li joħorġu mid-dritt tal-Unjoni u mhux mid-dritt nazzjonali. Stat Membru għandu, għalhekk, jitqies bħala li jkun qiegħed <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>jimplementa d-dritt tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> fis-sens tal-Artikolu 51 meta jistabbilixxi deroga minn libertà fundamentali. Isegwi li l-Karta tapplika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara wkoll, dwar dan, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140430">30 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Pfleger <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-390/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:281">EU:C:2014:281</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>. Minħabba li l-miżura nazzjonali inkwistjoni fil-proċedura prinċipali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>timplementa<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> d-dritt tal-Unjoni għaliex taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, hija għandha tiġi interpretata fid-dawl tal-Karta. Il-fatt li din il-kawża, b’mod differenti mill-kawża Pfleger <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, tikkonċerna r-regoli proċedurali li l-qorti nazzjonali għandha tapplika meta tiddeċiedi dwar il-każ u mhux il-validità tal-miżura ta’ deroga nnifisha, fil-fehma tiegħi, ma tantx huwa rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Hija ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Qorti ta’ Strasbourg<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>) li l-Artikolu 6(1) tal-KEDB japplika għall-ksur amministrattiv u għall-proċedura kriminali amministrattiva korrispondenti taħt id-dritt Awstrijak<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenza tal-Qorti EDB, tal-<DATE ISO="20011220">20 ta’ Diċembru 2001</DATE>, Baischer vs L-Awstrija, CE:ECHR:2001:1220JUD003238196, punt 22.</P></NOTE>. Dan il-ksur għandu għaldaqstant jitqies bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>kriminali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara d-deċiżjoni tal-Qorti EDB, tal-<DATE ISO="20020704">4 ta’ Lulju 2002</DATE>, Weh u Weh vs L-Awstrija, CE:ECHR:2002:0704DEC003854497.</P></NOTE> u, b’estensjoni neċessarja, fis-sens tal-Artikolu 47 tal-Karta.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Is-sentenza Pfleger <HT TYPE="ITALIC">et</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja f’din il-kawża tinqala’ fil-kuntest tas-sentenza Pfleger <HT TYPE="ITALIC">et</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140430">30 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Pfleger <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑390/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:281">EU:C:2014:281</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>. F’din il-kawża msemmija l-aħħar, il-Qorti tal-Ġustizzja ntalbet tiddeċiedi dwar għadd ta’ domandi magħmula mill-Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Oberösterreich (tribunal amministrattiv indipendenti tal-land tal-Awstrija ta’ Fuq), bħala l-predeċessur tal-qorti tar-rinviju, essenzjalment dwar il-validità tal-Liġi dwar il-logħob tal-ażżard fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif japplika fil-kuntest tal-Artikolu 56 TFUE dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal-Liġi dwar il-logħob tal-ażżard <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>ladarba din il-leġiżlazzjoni ma tilħaqx realment l-għan tal-protezzjoni tal-ġugaturi jew tal-ġlieda kontra l-kriminalità u ma tirriflettix verament l-intenzjoni li jitnaqqsu l-okkażjonijiet ta’ logħob jew li tiġi miġġielda l-kriminalità marbuta ma’ dan il-logħob b’mod koerenti u sistematiku.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara l-punt 56 u d-dispożittiv ta’ din is-sentenza.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Sabiex tasal għal din il-konklużjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset, b’mod partikolari, kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>43</NO.P><TXT>[…] għandu jitfakkar li r-restrizzjonijiet imposti mill-Istati Membri għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ proporzjonalità u ta’ nondiskriminazzjoni li jikkonċernawhom, kif miġjuba mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Għalhekk, leġiżlazzjoni nazzjonali tkun adegwata sabiex tiggarantixxi li jintlaħaq l-għan mixtieq biss jekk verament tirrifletti l-intenzjoni li dan jintlaħaq b’mod koerenti u sistematiku […]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Is-sempliċi fatt li Stat Membru jkun għażel sistema ta’ protezzjoni differenti minn dik adottata minn Stat Membru ieħor ma jistax ikollu impatt fuq l-evalwazzjoni tal-proporzjonalità tad-dispożizzjonijiet adottati dwar is-suġġett. Dawn tal-aħħar għandhom jiġu evalwati biss fid-dawl tal-għanijiet tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat u tal-livell ta’ protezzjoni li dawn ikunu jixtiequ jiżguraw […]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>[…] l-identifikazzjoni tal-għanijiet li jridu jintlaħqu b’mod effettiv mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tifforma parti, fil-kuntest ta’ kawża mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 267 TFUE, mill-ġurisdizzjoni tal-qorti tar-rinviju […]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hija wkoll il-qorti tar-rinviju, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-indikazzjonijiet kollha pprovduti mill-Qorti tal-Ġustizzja, li tivverifika jekk ir-restrizzjonijiet imposti mill-Istat Membru kkonċernat jissodisfawx il-kundizzjonijiet li jirriżultaw mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dak li jikkonċerna l-proporzjonalità tagħhom […]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>B’mod partikolari, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiżgura, b’mod partikolari, fid-dawl tal-modalitajiet konkreti ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni restrittiva kkonċernata, li din tirrifletti verament l-intenzjoni li jitnaqqsu l-okkażjonijiet ta’ logħob u li jiġu limitati l-attivitajiet f’dan il-qasam u li tiġi miġġielda l-kriminalità marbuta ma’ dan il-logħob b’mod koerenti u sistematiku […]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ġġudikat li huwa l-Istat Membru li jkollu l-intenzjoni li jipprevalixxi ruħu minn għan adattat sabiex jilleġittima l-ostakolu għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi li għandu jagħti lill-qorti msejħa sabiex tiddeċiedi fuq din il-kwistjoni l-elementi kollha li jistgħu jippermettu lil din tal-aħħar li tiżgura ruħha li l-miżura msemmija tissodisfa b’mod xieraq ir-rekwiżiti derivanti mill-prinċipju ta’ proporzjonalità […]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>[…] [i]l-qorti nazzjonali għandha twettaq evalwazzjoni globali taċ-ċirkustanzi relatati mal-adozzjoni u l-implementazzjoni ta’ leġiżlazzjoni restrittiva, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>F’dik il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja waslet għall-konklużjonijiet tagħha billi għamlet riferiment għal-libertà fundamentali li jiġu pprovduti servizzi skont l-Artikolu 56 TFUE. Fil-kawża preżenti, id-domanda preliminari tikkonċerna mhux biss din il-libertà iżda wkoll il-libertà ta’ stabbiliment stabbilita fl-Artikolu 49 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ir-relazzjoni preċiża tal-fatti fil-proċedura prinċipali mal-libertà ta’ stabbiliment ma hijiex għalkollox ċara mid-deċiżjoni tar-rinviju. Nassumi, madankollu, li għandha x’taqsam mal-involviment tal-kumpannija Slovakka msemmija fil-punt 18 iktar ’il fuq.</P></NOTE>. Madankollu, minħabba li d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 51 sa 54 TFUE li jippermettu lil Stat Membru jidderoga minn din l-aħħar libertà japplikaw ukoll għal-libertà li jingħataw servizzi abbażi tal-Artikolu 62 TFUE, inqis li l-prinċipji stabbiliti fis-sentenza Pfleger <HT TYPE="ITALIC">et</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140430">30 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Pfleger <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑390/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:281">EU:C:2014:281</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> japplikaw bl-istess mod għaż-żewġ libertajiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Ir-rwol tal-qorti tar-rinviju u n-natura tal-ksur allegatament imwettaq mir-rikorrenti fil-proċedura prinċipali</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tagħmel parti mis-sistema Awstrijaka tad-dritt amministrattiv. Teknikament, hija għandha kklassifikata bħala qorti tal-appell tat-tieni istanza minħabba li l-ksur amministrattiv jiġi ttrattat mill-awtoritajiet amministrattivi fl-ewwel istanza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara, fir-rigward tal-Unabhängiger Verwaltungssenat (tribunal amministrattiv indipendenti), bħala l-predeċessur tal-Landesverwaltungsgericht (qorti amministrattiva reġjonali) li hemm illum, id-deċiżjoni tal-Qorti EDB, tal-<DATE ISO="20020704">4 ta’ Lulju 2002</DATE>, Weh u Weh vs L-Awstrija, CE:ECHR:2002:0704DEC003854497. Il-Gvern Awstrijak ikkonferma fis-seduta li l-Landesverwaltungsgericht (qorti amministrattiva reġjonali) tokkupa pożizzjoni simili.</P></NOTE>. Ir-rikorsi kontra d-deċiżjonijiet tagħha jinġiebu quddiem il-Verwaltungsgerichtshof (qorti amministrattiva suprema).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Il-ksur li bih ġew akkużati r-rikorrenti fil-proċedura prinċipali huwa ksur amministrattiv taħt id-dritt nazzjonali, u l-proċedura li tapplika għalih hija dik li tapplika fir-qasam ta’ proċeduri amministrattivi. Din il-proċedura titlob li l-qorti responsabbli tiddeċiedi dwar il-kawża teżamina l-ksur <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara l-punt 14 iktar ’il fuq.</P></NOTE>. Meta jkun hemm appell f’qorti bħall-qorti tar-rinviju, l-awtorità amministrattiva li tkun imponiet il-penali amministrattiva tieħu fuqha l-funzjoni ta’ awtorità ta’ prosekuzzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Din, għall-inqas, hija l-pożizzjoni kif irreġistrata fl-osservazzjonijiet bil-miktub tal-Gvern Awstrijak. F’dak li għandu x’jaqsam mal-Unabhängiger Verwaltungssenat (tribunal amministrattiv indipendenti), bħala l-predeċessur tal-Landesverwaltungsericht li hemm illum, ara d-deċiżjoni tal-Qorti EDB, tal-<DATE ISO="20020704">4 ta’ Lulju 2002</DATE>, Weh u Weh vs L-Awstrija, CE:ECHR:2002:0704DEC003854497. Fl-osservazzjonijiet tagħha relatati ma’ dik il-kawża, il-qorti tar-rinviju tindika li l-Artikolu 51d tal-Verwaltungsstrafgesetz (liġi dwar ksur amministrattiv) li fuqu l-Qorti ta’ Strasbourg ibbażat l-analiżi tagħha tħassar mingħajr ma ġie ssostitwit. Ninnota, madankollu, li l-proċess verbali tal-qorti tar-rinviju għall-kawża Online Games, li jagħmel parti mill-proċess tal-kawża sottomess lill-Qorti tal-Ġustizzja, jinkludi riferiment għad-Direttorat tal-Pulizija bħala l-awtorità konvenuta (belangte Behörde), permezz tal-osservazzjoni li l-ebda rappreżentant ta’ din l-awtorità ma pparteċipa fis-seduta u li ma kienet ingħatat l-ebda spjegazzjoni għal dan in-nuqqas.</P></NOTE>. Kif imsemmi fil-punt 31 iktar ’il fuq, il-ksur li allegatament wettqu r-rikorrenti fil-kawża prinċipali huwa kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>kriminali<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> fis-sens tal-Artikolu 6 tal-KEDB.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Permezz ta’ din id-domanda, il-qorti tar-rinviju essenzjalment titlob gwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 6 tal-KEDB u tal-Artikolu 47 tal-Karta għall-proċeduri ġudizzjarji li jinvolvu allegat ksur ta’ regola nazzjonali li, sabiex tintlaqa’ l-validità tagħha, ikollha tissodisfa l-kundizzjonijiet li japplikaw għal derogi mil-libertà tal-istabbiliment u mil-libertà li jiġu pprovduti servizzi kif stabbiliti fl-Artikoli 49 u 56 TFUE, rispettivament, u kif applikati fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari fis-sentenza Pfleger <HT TYPE="ITALIC">et</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140430">30 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Pfleger <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑390/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:281">EU:C:2014:281</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Skont dik li ġeneralment hija magħrufa bħala l-proċedura kontradittorja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Nuża dan it-terminu biex nindika forma ta’ proċedura li fiha l-partijiet jiżviluppaw u jippreżentaw l-argumenti tagħhom u jiġbru u jissottomettu l-provi tagħhom, u b’hekk, skont ċerti regoli, jikkontrollaw il-proċeduri. Dawk li jiflu l-fatti, fil-persuna tal-imħallef jew il-ġurija, jibqgħu dejjem newtrali jew passivi. Ma nużax dan it-terminu fit-tifsira usa’ li kultant tingħata mill-Qorti ta’ Strasbourg, sabiex din tindika proċedura li tiżgura opportunitajiet ugwali għall-partijiet (ara, pereżempju, is-sentenza tal-Qorti EDB, tas-<DATE ISO="20000216">16 ta’ Frar 2000</DATE>, Rowe u Davis vs Ir-Renju Unit, CE:ECHR:2000:0216JUD002890195, punt 60).</P></NOTE>, il-kompiti tal-prosekuzzjoni u tal-qorti huma manifestament separati, mill-inqas mill-aspett teoretiku,. Huwa d-dover ta’ din tal-ewwel li tislet u tippreżenta l-elementi li fuqhom hija tibbaża l-pożizzjoni tagħha, u għal din tal-aħħar li tagħti deċiżjoni dwar dawn l-elementi fid-dawl, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, tas-sottomissjonijiet magħmula md-difiża. Kieku qorti kellha tipprova twettaq il-funzjonijiet tal-prosekuzzjoni f’tali proċedura, dan ikun jikkostitwixxi tbegħid inaċċettabbli mill-funzjoni ġudizzjarja tagħha u kull deċiżjoni li tirriżulta kważi ċertament titħassar f’appell.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Fil-proċeduri quddiem il-qorti tar-rinviju, din il-qorti jeħtiġilha teżamina l-elementi quddiemha <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara l-punti 14 u 36 iktar ’il fuq.</P></NOTE>. Tali proċedura, li tinvolvi tqassim fundamentalment differenti tal-kompiti bejn il-prosekuzzjoni u l-qorti, tradizzjonalment tissejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>inkwiżitorja<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Għalkemm din l-espressjoni tintuża fid-deċiżjoni tar-rinviju u tidher ukoll fl-osservazzjonijiet bil-miktub tal-Gvern Awstrijak, ir-rappreżentant tal-Gvern Awstrijak fis-seduta deher li kellu dubji dwar kemm kienet adatta fil-kuntest tas-sistema Awstrijaka inkwistjoni fil-proċedura prinċipali. Għandi nenfasizza, għalhekk, li jiena nuża l-espressjoni b’mod deskrittiv pjuttost milli bħala espressjoni stabbilita.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Ġie kkonstatat li issa huwa diffiċli li tinstab sistema ġuridika li tkun jew purament kontradittorja jew inkwiżitorja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara Armenta-Deu, T., Beyond Accusatorial or Inquisitorial Systems: a Matter of Deliberation and Balance, f’Visions of Justice, Ackerman, B., Ambos, K. u Sikirić, H., edituri, Duncker &amp; Humboldt, Berlin, 2016, p. 57 sa 75.</P></NOTE>. Kif deskritti mill-Gvern Awstrijak fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, l-elementi essenzjali tas-sistema li tapplika quddiem il-qorti tar-rinviju huma kif ġej. L-ewwel nett, il-qorti għandha, <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, tinvestiga l-verità tal-fatti sottostanti l-ksur billi tiġbor il-provi kollha meħtieġa, mingħajr ma tieħu inkunsiderazzjoni s-sottomissjonijiet tal-partijiet. Meta tagħmel hekk, il-qorti għandha tagħmel dak kollu li jkun fis-setgħa tagħha biex tasal għall-verità. Għaldaqstant, hija għandha tqis is-sorsi kollha li jkunu jistgħu jiżvelaw dik il-verità u, b’mod partikolari, tiġbor il-provi kollha li jkunu disponibbli fil-kawża quddiemha u li jistgħu jkunu rilevanti sabiex hija tasal għal deċiżjoni. Hija għandha tinvestiga l-materjal kollu li jista’ jkollu impatt fuq ir-riżultat, mingħajr l-ebda restrizzjoni u b’mod għalkollox awtonomu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Parti mir-raġunament tal-qorti tar-rinviju fid-deċiżjoni tar-rinviju tagħha tissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tikkonstata li s-sistema inkwiżitorja, min-natura tagħha, tikser ir-rekwiżiti tal-Artikolu 6 tal-KEDB u tal-Artikolu 47 tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Sabiex issostni l-pożizzjoni tagħha, il-qorti tar-rinviju tagħmel riferiment għal ċerti sentenzi tal-Qorti ta’ Strasbourg<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Dawn jinkludu s-sentenzi tal-Qorti EDB, tal-<DATE ISO="20051215">15 ta’ Diċembru 2005</DATE>, Kyprianou vs Ċipru, CE:ECHR:2005:1215JUD007379701, punti 118, 121 u 126 sa 128; tal-Qorti EDB, tat-<DATE ISO="20100518">18 ta’ Mejju 2010</DATE>, Ozerov vs Ir-Russja, CE:ECHR:2010:0518JUD006496201, punti 51 sa 54, u tal-Qorti EDB, tal-<DATE ISO="20160920">20 ta’ Settembru 2016</DATE>, Karelin vs Ir-Russja, CE:ECHR:2016:0920JUD000092608. L-aħħar waħda minn dawn is-sentenzi ngħatat wara d-data tad-deċiżjoni tar-rinviju; il-qorti tar-rinviju ssottomettitha separatament.</P></NOTE>, għal żewġ konklużjonijiet ippreżentati minn Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Dawn huma l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer fil-Kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kaba</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑466/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:447">EU:C:2002:447</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0090">90</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>, u l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Cruz Villalón fil-Kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>X</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑507/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:682">EU:C:2011:682</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.</P></NOTE> u għal opinjoni mogħtija mill-Kunsill Konsultattiv ta’ Mħallfin Ewropej u mill-Kunsill Konsultattiv ta’ Prosekuturi Ewropej (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Opinjoni tas-CCJE/CCPE<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara l-Opinjoni Nru 12(2009) tal-Kunsill Konsultattiv ta’ Mħallfin Ewropej u l-Opinjoni Nru 4(2009) tal-Kunsill Konsultattiv ta’ Prosekuturi Ewropej (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>id-Dikjarazzjoni ta’ Bordeaux<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>), punti 3 u 7. Dan id-dokument jista’ jiġi kkonsultat fuq: http://www.coe.int/t/dghl/cooperation/ccje/textes/avis_EN.asp.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Huwa minnu li wieħed jista’ jsib f’kull wieħed minn dawn id-dokumenti prinċipji jew osservazzjonijiet li jagħmlu enfasi qawwija fuq l-importanza ta’ imparzjalità ġudizzjarja. Is-sentenzi tal-Qorti ta’ Strasbourg u l-Opinjoni tas-CCJE/CCPE ukoll jisħqu dwar il-ħtieġa li r-rwoli tal-prosekutur u tal-imħallef ma jitħalltux<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-Qorti EDB, tal-<DATE ISO="20051215">15 ta’ Diċembru 2005</DATE>, Kyprianou vs Ċipru, CE:ECHR:2005:1215JUD007379701, punt 126.</P></NOTE>. Iżda mkien ma hemm indikazzjoni li s-sistema inkwiżitorja għandha jew tista’, minnha nnifisha, titqies bħala mhux sigura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Lanqas ma nemmen li hemm raġunijiet sabiex jiġi adottat l-approċċ tal-qorti tar-rinviju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Għandi nisħaq li, kuntrarjament għal dak li l-konsulent ta’ Online Games issottometta fis-seduta, jiena <HT TYPE="ITALIC">ma ssuġġerejtx</HT> fil-konklużjonijiet tiegħi fil-Kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Pfleger <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑390/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:747">EU:C:2013:747</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, li l-proċedura inkwiżitorja tmur kontra l-QEDB jew id-dritt tal-Unjoni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Kif nifhimha jiena, il-pożizzjoni vera hija li kemm is-sistema kontradittorja, kif ukoll dik inkwiżitorja, jistgħu, jekk wieħed ma joqgħodx attent, joħolqu diffikultajiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-kompatibbiltà mal-Artikolu 6 tal-KEDB u mal-Artikolu 47 tal-Karta. Fl-ewwel sistema, rappreżentazzjoni dgħajfa ta’ akkużat tista’ tikser id-dritt ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet. Fit-tieni sistema, l-assenza ta’ distinzjoni ċara bejn dak li huwa l-kompitu tal-prosekuzzjoni u dak li<?PAGE NO="11"?> huwa l-kompitu tal-qorti tista’ twassal sabiex iż-żewġ funzjonijiet jiċċajpru, hawnhekk ukoll bi ħsara għall-akkużat. Iżda, jekk jiġu organizzati korrettament, kull waħda hija sistema li taċċerta l-verità; jagħmlu hekk sempliċement b’modi differenti. Nerġa’ niġi għall-funzjoni tal-prosekutur fil-proċeduri inkwiżitorji iktar ’il quddiem f’dawn il-konklużjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara l-punti 63 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> iktar ’il quddiem</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Għalhekk ma naċċettax l-idea li s-sistema inkwiżitorja għandha, min-natura tagħha stess, titqies li tikser ir-rekwiżiti tal-Artikolu 6 tal-KEDB u tal-Artikolu 47 tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Dan ma jfissirx, madankollu, li ma tista’ tingħata ebda l-gwida utli lill-qorti tar-rinviju b’risposta għad-domanda tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Tibqa’, b’mod partikolari, il-kwistjoni dwar kif għandha tiġi applikata s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Pfleger <HT TYPE="ITALIC">et</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140430">30 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Pfleger <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑390/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:281">EU:C:2014:281</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> fil-kuntest ta’ sistema nazzjonali bħal dik deskritta fil-punt 40 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq il-punt 50 tas-sentenza Pfleger <HT TYPE="ITALIC">et</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Gvern Awstrijak joffri interpretazzjoni ta’ dik is-sentenza li, fil-fehma tiegħi, essenzjalment tonqos milli tieħu inkunsiderazzjoni l-punt 50. Minflok hija tikkonċentra fuq il-punti 48, 49 u 52. Hemmhekk il-Qorti tal-Ġustizzja tat l-interpretazzjoni tagħha tal-obbligi ta’ qorti li tintalab tiddeċiedi dwar il-validità ta’ dik li hija tiddeskrivi bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>leġiżlazzjoni restrittiva<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ara l-punt 52 ta’ din is-sentenza.</P></NOTE>. Moqrija waħedhom, dawn il-punti jistgħu, għall-inqas probabbilment, jitqiesu bħala li jsostnu l-pożizzjoni li t-tħassib tal-qorti tar-rinviju huwa bla bażi. L-Istat Membru u l-awtoritajiet tiegħu ma għandhom l-ebda funzjoni x’jaqdu. Hija l-qorti nazzjonali li għandha taqdi l-funzjoni ewlenija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Iżda din l-interpretazzjoni tħalli għall-ġenb il-punt 50 tas-sentenza u tinjora b’dan il-mod parti importanti tal-analiżi tal-Qorti tal-Ġustizzja. Ma naħsibx li għandu jsir hekk. Huwa wkoll importanti li wieħed jiftakar li r-raġunament ippreżentat dwar dan il-punt jirrifletti l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dan ir-rigward<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Ara s-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100908">8 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Stoß <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑316/07, C‑358/07 sa C‑360/07, C‑409/07 u C‑410/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:504">EU:C:2010:504</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110915">15 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Dickinger u Ömer</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑347/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:582">EU:C:2011:582</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150611">11 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Berlington Hungary <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑98/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:386">EU:C:2015:386</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>; punt 65. Ara wkoll is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080313">13 ta’ Marzu 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Belġju</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑227/06</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:160">EU:C:2008:160</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Ir-rekwiżit impost fuq l-Istat Membri mill-punt 50 huwa kemm importanti kif ukoll oneruż. Meta tkun kwistjoni ta’ deroga minn xi waħda mil-libertajiet fundamentali, ikun għal dak l-Istat Membru li jippreżenta motivi ċari u konvinċenti sabiex jiġġustifikaha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Min-natura tagħhom dawn il-motivi aktarx ikunu kumplessi, u jkunu jeħtieġu tagħrif speċjali li, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, jekk mhux fil-każijiet kollha, ikollu rabta mal-Istat Membru li jkun irid id-deroga. Kważi f’kull każ, dawn il-motivi jkollhom bħala l-bażi tagħhom ir-realtà soċjali u/jew ekonomika partikolari u l-politika soċjali u/jew ekonomika partikolari tal-Istat Membru inkwistjoni. Dak l-Istat Membru jista’ jkun mistenni li jkun eżamina b’attenzjoni l-ġustifikazzjoni/jiet li fuqha/fuqhom ikun ibbaża l-miżura qabel ma jkun adottaha. Dan huwa l-kuntest li fih ir-riferiment li għamlet il-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 47 tas-sentenza Pfleger <HT TYPE="ITALIC">et</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140430">30 ta’ April 2014</DATE>, <NO.CASE>C‑390/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:281">EU:C:2014:281</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>għanijiet <HT TYPE="ITALIC">li jridu jintlaħqu b’mod effettiv mil-leġiżlazzjoni nazzjonali</HT><QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE> għandu fil-fehma tiegħi jinftiehem.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Il-kompitu li tiġi ppreżentata din il-ġustifikazzjoni huwa biss, nissuġġerixxi, tal-Istat Membru kkonċernat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Għandi nagħmilha ċara li, meta nirreferi f’dan il-kuntest għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>Stat Membru<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, ma nfissirx li jkun il-gvern stess ta’ dak l-Istat Membru li jkun jeħtieġlu bilfors jagħti l-ġustifikazzjoni meħtieġa. Din il-ġustifikazzjoni għandha, madankollu, tingħata minn parti li tkun tirrappreżenta dan l-Istat Membru jew li jkollha l-awtorità tiegħu biex tagħmel hekk.</P></NOTE>. Ma huwiex għal partijiet oħra fil-proċedura, inklużi l-qorti nazzjonali jew il-parti li tkun qiegħda tikkontesta l-validità tal-miżura nazzjonali li timplementa d-deroga inkwistjoni, li jagħmlu dan. Fi kliem ieħor, huma ma jistgħux ikunu mistennija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>jaqtgħu<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> r-raġunament li wassal lill-Istat Membru biex jadotta l-miżura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Jekk u sa fejn ma jkunx diġà jirriżulta mis-sistema ġuridika tal-Istat Membru inkwistjoni, obbligu ta’ din in-natura jkun sovvrappost fuq ir-regoli proċedurali li inkella jkunu japplikaw. Ovvjament huwa ma jistax jippreġudika d-drittijiet tad-difiża; tabilħaqq, huwa għandu jikkonsolidahom billi jipprovdi aċċess iktar malajr u iktar komplet għar-raġunament li jkun wassal lill-Istat Membru sabiex jadotta d-deroga inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Ċertament, il-qorti nazzjonali għandha dejjem l-obbligu li tevalwa u tiddeċiedi dwar l-elementi ppreżentati mill-Istat Membru. Dan huwa hekk kemm jekk il-proċedura quddiem il-qorti tkun tat-tip kontradittorju jew tat-tip inkwiżitorju. F’dan l-aħħar każ, hija għandha (jew jista’ jkollha) ukoll obbligu li tagħmel investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> hija stess, u dan l-obbligu jkompli japplika f’kull każ. L-elementi ppreżentati mill-Istat Membru joperaw sabiex jissupplimentaw dawn l-investigazzjonijiet; bla ħsara għall-punt li ser insemmi iktar ’il quddiem<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Ara l-punt 68 iktar ’il quddiem.</P></NOTE>, huwa ma jissostitwixxihomx.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Kif, preċiżament, il-qorti nazzjonali tmexxi l-investigazzjoni tagħha għandu jiddependi l-iktar mill-qorti, sakemm jitħarsu r-rekwiżiti tal-KEDB u tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Ara, f’dan ir-rigward, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150122">22 ta’ Jannar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Stanley International Betting u Stanleybet Malta</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑463/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:25">EU:C:2015:25</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, u, fejn japplikaw, dawk tal-Karta. In-natura ta’ dan il-kompitu inevitabbilment tvarja (f’xi każijiet kunsiderevolment) minn kawża għall-oħra u minn ġurisdizzjoni għall-oħra; ma hijiex il-funzjoni ta’ din il-Qorti tal-Ġustizzja li tintervjeni f’oqsma li jaqgħu purament taħt id-dritt nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Hija ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja li, fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni li jirregolaw il-qasam, hija s-sistema ġuridika interna ta’ kull Stat Membru li tistabbilixxi r-regoli proċedurali dettaljati li jirregolaw rikorsi intiżi għall-ħarsien ta’ drittijiet li individwi għandhom taħt id-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan ir-rigward, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100318">18 ta’ Marzu 2010</DATE>, <NAME.CASE>Alassini <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑317/08 sa C‑320/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:146">EU:C:2010:146</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Ikun ta’ siwi, madankollu, li jiġu eżaminati żewġ kwistjonijiet partikolari li tqajmu fid-deċiżjoni tar-rinviju u fl-osservazzjonijiet sottomessi lill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, l-obbligu tal-qorti li tmexxi investigazzjonijiet, kif deskritt mill-Gvern Awstrijak, huwa kunsiderevoli, biex ma ngħidx potenzjalment enormi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Ara l-punt 40 iktar ’il fuq.</P></NOTE>. X’riżorsi hemm għad-dispożizzjoni tal-qrati nazzjonali meta jidħlu għal dawn l-investigazzjonijiet? Dan il-punt jista’ jkun iktar teoretiku milli reali f’kawżi sempliċi li jirrigwardaw kwistjonijiet li l-qorti nazzjonali tkun kompletament familjari magħhom. Iżda f’kawżi bħal dik preżenti, li jistgħu jagħtu lok għal kwistjonijiet ikkomplikati ta’ analiżi xjentifika u statistika, il-kompitu, fil-fehma tiegħi, manifestament mhux wieħed li jista’ jitwettaq minn qorti nazzjonali li taġixxi waħedha. L-elementi pprovduti minn esperti jikkostitwixxu parti kruċjali ta’ dan l-eżerċizzju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni tar-rinviju tagħha, il-qorti tar-rinviju tindika li l-qrati amministrattivi reġjonali fl-Awstrija ma għandhomx esperti indipendenti proprji tagħhom u li jeħtiġilhom jinqdew primarjament b’esperti li jkunu ta’ wieħed mis-servizzi amministrattivi nazzjonali (li aktarx ikunu parti mill-istess istituzzjoni li tkun parti fil-proċedura quddiem il-qorti nazzjonali).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Jekk dan ikun tabilħaqq il-każ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Meta kien mistoqsi fis-seduta dwar dan il-punt, ir-rappreżentant tal-Gvern Awstrijak ma ċaħadx li din kienet il-pożizzjoni, u pprefera minflok li jikkonċentra fuq l-obbligu tal-qorti tar-rinviju li teżamina ċ-ċirkustanzi kollha rilevanti.</P></NOTE>, jidhirli li dan iqajjem ċertu tħassib sewwa dwar il-konformità mal-Artikolu 6 tal-KEDB u, b’estensjoni, mal-Artikolu 47 tal-Karta. L-Artikolu 6(1) tal-KEDB jitlob li d-determinazzjoni ta’ akkuża kriminali kontra parti akkużata ssir minn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>tribunal indipendenti u imparzjali stabbilit b’liġi<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>. Minħabba n-natura <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tal-evalwazzjoni li għandha ssir mill-qrati amministrattivi nazzjonali fl-Awstrija, aktarx li, għall-inqas f’kawżi ta’ ċerta kumplessità, dawk il-qrati jkun jeħtiġilhom jirrikorru għall-opinjoni ta’ espert jew ta’ diversi esperti biex jaslu għal pożizzjoni konklużiva. Jidhirli ċar li dawn l-esperti għandhom, huma wkoll, ikunu indipendenti u imparzjali. Għandhom ukoll ikunu kkwalifikati biżżejjed sabiex ikunu jistgħu jevalwaw, u janalizzaw perspettivi kunfliġġenti. Ikunu hemm, fl-aħħar mill-aħħar, sabiex jassistu lill-qorti fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha. Meta hija eżaminat l-imparzjalità, il-Qorti ta’ Strasbourg enfasizzat li dan ir-rekwiżit għandu kemm element suġġettiv, kif ukoll element oġġettiv<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenza tal-Qorti EDB tal-<DATE ISO="20051215">15 ta’ Diċembru 2005</DATE>, Kyprianou vs Ċipru, CE:ECHR:2005:1215JUD007379701, punti 118 u 119. Irrid nenfasizza biex nevita kull dubju li ma hemm l-ebda suġġeriment f’din il-kawża li hemm involut xi element tal-element suġġettiv ta’ dawn il-kriterji.</P></NOTE>. Fil-fehma tiegħi, għandu jkun hemm għall-inqas riskju li esperti li ġejjin mis-servizzi amministrattivi nazzjonali jonqsu milli jissodisfaw l-ewwel kriterju, u kważi ċertezza li ma jissodisfawx it-tieni. Isegwi li l-qrati nazzjonali għandu jkollhom aċċess għas-servizzi ta’ esperti li jkunu verament indipendenti u imparzjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>It-tieni kwistjoni hija dwar jekk il-qorti nazzjonali tistax tibbaża ruħha fuq dokumenti ta’ spjega<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Bil-Ġermaniż, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>Erläuterungen<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>.</P></NOTE> tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tkun qiegħda tiġi kkontestata u fuq il-minuti tal-proċeduri parlamentari li jkunu wasslu għall-adozzjoni ta’ dik il-leġiżlazzjoni. Il-Gvern Awstrijak jissuġġerixxi li l-qorti tista’ tispira ruħha minn dawk tal-ewwel, u l-Gvern Belġjan jagħmel l-istess f’dak li għandu x’jaqsam ma’ tal-aħħar. Tista’ l-qorti nazzjonali tistrieħ fuq wieħed minn dawn is-sorsi (jew fuqhom it-tnejn) li jkunu diġà fid-dominju pubbliku, u b’hekk telimina l-ħtieġa għall-Istat Membru li jippreżenta l-ġustifikazzjoni tiegħu kif jindika l-punt 50 tas-sentenza Pfleger <HT TYPE="ITALIC">et</HT>?<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140430">30 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Pfleger <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑390/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:281">EU:C:2014:281</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Soluzzjoni bħal din tidher sempliċistika żżejjed. Filwaqt li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu jixtiequ bla dubju jisiltu minn dawn id-dokumenti bħala parti mis-sottomissjonijiet tagħhom lil qorti nazzjonali, kull kontestazzjoni aktarx tkun relatata ma’ aspett speċifiku wieħed jew iktar tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni. L-oneru jkun tal-Istat Membru li jindika lill-qorti nazzjonali liema elementi tal-ġustifikazzjoni usa’ tiegħu dik il-qorti jkollha tikkonċentra ruħha fuqhom sabiex tkun tista’ tagħti deċiżjoni dwar il-każ. L-Istat Membru jista’ jkun jixtieq (u jista’ jkun jeħtieġlu) jagħti informazzjoni iktar kompleta u iktar ddettaljata insostenn tal-ġustifikazzjoni li fuqha jibbaża s-sottomissjonijiet tiegħu. Barra minn dan, dawn is-sorsi ma jistgħux mid-definizzjoni tagħhom stess jitqiesu bħala kompleti jew affidabbli għalkollox fejn, bħalma kien il-każ dwar il-Liġi dwar il-logħob tal-ażżard, il-Qorti tal-Ġustizzja tkun qieset li hemm indikazzjonijiet qawwija li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni tista’ ma tissodisfax ir-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140430">30 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Pfleger <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑390/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:281">EU:C:2014:281</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u d-dispożittiv.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-preżenza tal-prosekuzzjoni waqt smigħ</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tinsab imħassba li l-prosekuzzjoni ma għandhiex rwol ċar fis-seduti quddiemha. Din il-qorti tindika, b’mod partikolari, li fi proċeduri bħal dik inkwistjoni, il-prosekuzzjoni tkun preżenti biss bħala eċċezzjoni. Minflok, postha jittieħed minn rappreżentant tal-awtoritajiet eżekuttivi, li, barra minn dan, għandu rwol kompletament passiv fihom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Ara wkoll in-nota ta’ qiegħ il-paġna 23 <HT TYPE="ITALIC">in fine</HT>.</P></NOTE>. Il-qorti tar-rinviju tidher li hija essenzjalment imħassba dwar dan minħabba li ċċajpret id-distinzjoni bejn il-funzjonijiet tal-qorti u tal-prosekuzzjoni, bl-impatt li dan jista’ jkollu fuq l-indipendenza u l-imparzjalità tal-qorti. F’dan ir-rigward, hija tagħmel riferiment għal tliet sentenzi tal-Qorti ta’ Strasbourg. L-ewwel waħda hija<?PAGE NO="14"?> Kyprianou vs Ċipru<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Sentenza tal-Qorti EDB, tal-<DATE ISO="20051215">15 ta’ Diċembru 2005</DATE>, CE:ECHR:2005:1215JUD007379701.</P></NOTE>. Dik il-kawża kienet tinvolvi disprezz għal proċeduri ġudizzjarji kontra r-rikorrent permezz ta’ proċedura sommarja, u li tmexxiet mill-istess imħallfin li kienu s-suġġett tal-kritika tar-rikorrent fil-qorti bil-miftuħ. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-imħallfin infushom. Il-Qorti ta’ Strasbourg iddeċidiet li l-konfużjoni tar-rwoli tista’ ovvjament tqanqal biża’ ġġustifikat oġġettivament dwar l-imparzjalità tal-qorti li mexxiet il-proċedura<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Ara l-punti 127 u 128 tas-sentenza.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>It-tieni kawża hija Ozerov vs Ir-Russja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Sentenza tal-Qorti EDB, tat-<DATE ISO="20100518">18 ta’ Mejju 2010</DATE>, CE:ECHR:2010:0518JUD006496201.</P></NOTE>. F’din il-kawża, ir-rikorrent kien instab ħati ta’ ksur kriminali minn qorti tal-ewwel istanza. Tul il-kawża ma kien preżenti l-ebda rappreżentant tal-prosekuzzjoni, għalkemm kien hemm ordni għall-parteċipazzjoni tal-prosekutur statali. Il-proċedura inkwistjoni kienet kontradittorja u, skont il-liġi nazzjonali kif kienet fis-seħħ fiż-żmien rilevanti, il-prosekuzzjoni kien jeħtiġilha tkun preżenti waqt is-seduta jekk tkun hekk ordnata. Kieku l-prosekutur kien preżenti, kien jieħu sehem fl-eżami tal-provi u kien jippreżenta osservazzjonijiet. Il-Qorti ta’ Strasbourg iddeċidiet li l-qorti nazzjonali kienet ħalltet il-funzjoni ta’ prosekutur ma’ dik ta’ mħallef u, għaldaqstant, kienet tat lok għal tħassib leġittimu rigward l-imparzjalità tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P>Ara l-punti 52 sa 55 tas-sentenza.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>It-tielet kawża li fuqha straħet il-qorti tar-rinviju hija Karelin vs Ir-Russja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0055"><P>Sentenza tal-Qorti EDB, tal-<DATE ISO="20160920">20 ta’ Settembru 2016</DATE>, Karelin vs Ir-Russja, CE:ECHR:2016:0920JUD000092608. Kif indikat fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 29 iktar ’il fuq, is-sentenza kienet sottomessa separatament mill-qorti tar-rinviju.</P></NOTE>. Ir-rikorrent kien instab ħati ta’ ksur amministrattiv u huwa appella minn dik il-kundanna. Ma kienx hemm rappreżentant tal-prosekuzzjoni la fl-ewwel istanza u lanqas fl-appell. L-imħallef tal-kawża kien immodifika l-akkużi kontra r-rikorrent matul is-smigħ. Il-Qorti ta’ Strasbourg innotat li, fl-assenza tal-prosekutur, il-qorti tal-kawża ma kellhiex għażla oħra għajr li ġġorr ir-responsabbiltà mhux biss li tippreżenta iżda wkoll li ssostni l-akkuża kontra r-rikorrent matul is-smigħ. Hija kkonstatat li l-assenza ta’ parti prosekutriċi kemm fl-ewwel istanza, kif ukoll fil-livell tal-appell, kienet kisret ir-rekwiżit ta’ imparzjalità<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0056"><P>Ara l-punt 84 tas-sentenza.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Biex waslet għal dik il-konklużjoni, il-Qorti ta’ Strasbourg wettqet eżami komplet tal-ġurisprudenza tagħha b’rabta mal-biża’ ta’ parzjalità li tista’ tinqala’ fl-assenza tal-prosekutur pubbliku mis-smigħ ġudizzjarju. Hija għamlet hekk mingħajr ma għamlet distinzjoni partikolari bejn proċeduri kontradittorji u inkwiżitorji<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0057"><P>Ara l-punt 53 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tas-sentenza.</P></NOTE>. Il-Qorti ta’ Strasbourg qieset ukoll kwistjonijiet li jistgħu jinqalgħu minħabba l-fatt li kawża kienet qiegħda tinstema’ fl-appell pjuttost milli fl-ewwel istanza. Hija kkunsidrat li s-sitwazzjoni tista’ tkun differenti fl-appell, b’mod partikolari meta l-kawża tirrigwarda biss ċerti punti ta’ liġi, u li r-rwol tal-prosekuzzjoni jista’, għalhekk, jiġi pperċepit bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>inqas imperattiv<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>. Madankollu, hija żiedet li r-rekwiżit ta’ imparzjalità għandu, iżda, jiġi osservat f’dak l-istadju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0058"><P>Ara l-punti 81 u 83 tas-sentenza.</P></NOTE>. Il-Qorti ta’ Strasbourg osservat ukoll li, meta jitqies li seduta orali tkun f’lokha sabiex tiġi ddeterminata ġudizzjarjament akkuża kriminali kontra akkużat, il-preżenza ta’ rappreżentant tal-awtorità ta’ prosekuzzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>tkun, bħala regola, xierqa sabiex jiġu evitati dubji leġittimi li, fl-assenza ta’ din il-parti, jistgħu jinqalgħu rigward l-imparzjalità tal-qorti<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0059"><P>Ara l-punt 76 tas-sentenza.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Ma nista’ nsib l-ebda linja waħda ta’ ħsieb li tgħaqqad flimkien dawn l-osservazzjonijiet kollha ħlief ir-rekwiżit imperattiv li l-korp ġudizzjarju li jintalab jiddetermina l-ħtija tal-akkużat, jew fl-ewwel istanza jew f’appell, għandu jitqies – b’mod oġġettiv – li jkun kemm indipendenti, kif ukoll imparzjali. Fi kliem ieħor, ma narax li jistgħu jiġu stabbiliti regoli stretti u preċiżi dwar il-preżenza tal-prosekuzzjoni f’dawn it-tipi ta’ proċeduri, ħlief li ninnota l-osservazzjoni ewlenija tal-Qorti ta’ Strasbourg li, bħala regola, din il-preżenza tkun <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>xierqa<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>. Filwaqt li din l-osservazzjoni saret fil-kuntest ta’ smigħ fl-ewwel istanza, u l-proċedura quddiem qorti bħalma hija l-qorti tar-rinviju f’din il-kawża hija kklassifikata bħala waħda f’appell, in-natura ta’ din il-proċedura taħt id-dritt nazzjonali hija tali li<?PAGE NO="15"?> tidher li hija l-ewwel okkażjoni li fiha qorti tiddeċiedi dwar il-mertu tal-kawża. Barra minn dan, ir-raġuni li jsir smigħ hija li jkun jista’ jsir djalogu bejn il-partijiet fil-proċedura u, permezz ta’ dan id-djalogu, li jiġi żgurat li l-qorti tkun mgħarrfa aħjar. Jekk il-prosekuzzjoni ma tkunx preżenti, dan id-djalogu ma jkunx jista’ jsir, jew ma jsirx b’mod sħiħ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0060"><P>Il-Gvern Awstrijak jagħmel enfasi kbira fl-osservzzjonijiet bil-miktub tiegħu dwar il-fatt li, fi proċeduri bħal dik prinċipali, ir-rwol tal-awtorità ta’ prosekuzzjoni jittieħed mill-awtorità amministrattiva li tkun imponiet is-sanzjoni amministrattiva (ara l-punt 36 iktar ’il fuq). Għalhekk, il-funzjonijiet tal-prosekuzzjoni u tal-qorti ma jitħalltux. Irrid nosserva li, fl-evalwazzjoni tal-importanza ta’ dan il-punt, teżisti rabta inevitabbli bejn kemm din l-awtorità għandha parti attiva f’kull proċedura kuntrarju u rwol purament passiv.</P></NOTE></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Inżid li, minħabba li r-rekwiżit imperattiv huwa dak ta’ indipendenza u imparzjalità, meta jkun hemm xi dubju dwar dan is-suġġett, il-qorti nazzjonali mitluba tagħti deċiżjoni għandha tagħti prijorità lill-osservanza ta’ dan ir-rekwiżit. Anki jekk dan ikun ifisser, f’każ partikolari, li l-qorti nazzjonali għandha tibqa’ lura milli tqajjem kwistjoni li tista’ tkun ta’ benefiċċju għall-prosekuzzjoni bi ħsara għall-akkużat. Irrid nenfasizza wkoll li qatt ma jista’, fl-ebda ċirkustanza, ikun id-dover ta’ qorti f’pożizzjoni bħal dik tal-qorti tar-rinviju li tissostitwixxi lilha nfisha flok l-Istat Membru sabiex tagħti l-ġustifikazzjoni li huwa dan tal-aħħar li għandu l-obbligu li jagħti, skont il-punt 50 tas-sentenza Pfleger <HT TYPE="ITALIC">et</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0061"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140430">30 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Pfleger <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑390/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:281">EU:C:2014:281</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>. Ara l-punti 51 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> iktar ’il fuq.</P></NOTE>. Jekk ma tingħatax tali ġustifikazzjoni (bħalma jkun il-każ kull darba li l-prosekuzzjoni, minħabba assenza jew passività jew għal raġuni oħra, tonqos milli twettaq l-obbligu impost fuqha), il-qorti nazzjonali tista’ tislet l-konsegwenzi kollha li jkunu xierqa minħabba tali assenza ta’ ġustifikazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Għalhekk nissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta għad-domanda preliminari magħmula mil-Landesverwaltungsgericht Oberösterreich (qorti amministrattiva reġjonali tal-Awstrija ta’ Fuq) kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>Fejn il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tipprova tidderoga minn libertà fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inklużi l-libertà li jiġu pprovduti servizzi skont l-Artikolu 56 TFUE u l-libertà ta’ stabbiliment skont l-Artikolu 49 TFUE, la l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u lanqas l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ma jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li skontha, fil-każ ta’ proċeduri kriminali amministrattivi, il-qorti mitluba tiddeċiedi dwar il-validità ta’ tali deroga fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni għandha tinvestiga l-ksur <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>. Madankollu, huwa l-Istat Membru li jinvoka d-deroga li għandu jippreżenta l-ġustifikazzjoni għall-miżura kkonċernata sabiex il-parti akkużata li wettqet il-ksur tkun taf bin-natura tagħha u sabiex il-qorti inkwistjoni tkun tista’ tevalwaha u tagħti deċiżjoni. F’dan il-kuntest, l-elementi addizzjonali li ġejjin jistgħu wkoll ikunu rilevanti:</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>sabiex tasal għad-deċiżjoni tagħha, din il-qorti hija awtorizzata jkollha aċċess, jekk tqis li jkun neċessarju, għal esperti li jkunu indipendenti u imparzjali;</P></ITEM><ITEM><P>filwaqt li ma hemmx regola ġenerali li teżiġi l-preżenza ta’ rappreżentant tal-awtorità ta’ prosekuzzjoni fil-proċedura inkwistjoni, preżenza bħal din tkun, b’mod ġenerali, xierqa sabiex jiġu evitati dubji leġittimi li, inkella, jistgħu jqumu rigward l-imparzjalità tal-qorti.<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/></P></ITEM></LIST></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>