25.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/71


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9441 — EDF/Energy2Market)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 249/07)

1.   

Fid-19 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

EDF Pulse Croissance Holding SAS (“EDF Pulse Croissance”), ikkontrollata minn Electricité de France SA (“EDF”) (Franza),

—

Energy2Market GmbH (“E2M”) (il-Ġermanja).

EDF Pulse Croissance takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ ta’ E2M kollu.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   EDF: hija attiva fil-produzzjoni, il-provvista u t-trasport tal-elettriku, prinċipalment fi Franza iżda wkoll barra minn Franza. EDF hija attiva wkoll fis-settur tal-gass kif ukoll fil-kostruzzjoni, l-operat, u l-manutenzjoni ta’ impjanti tal-elettriku u netwerks tal-enerġija, u tipprovdi servizzi ta’ riċiklaġġ tal-iskart u tal-enerġija,

—   E2M: huwa aggregatur tal-elettriku inkorporat fil-Ġermanja. Huwa speċjalizzat fil-bejgħ dirett ta’ elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9441 — EDF/Energy2Market

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

E-mail: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.