European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2515

26.9.2024

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2515

tad-9 ta’ Lulju 2024

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-għadd u t-titoli tal-varjabbli għall-użu tad-dominju tal-istatistika dwar it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għas-sena ta’ referenza 2025

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

Biex ikunu koperti l-ħtiġijiet tal-istatistika għas-suġġetti dettaljati rilevanti stipulati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1700, jeħtieġ jiġu speċifikati l-għadd u t-titoli tal-varjabbli għas-sett tad-data fl-użu tad-dominju tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għas-sena ta’ referenza 2025,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-għadd u t-titoli tal-varjabbli għall-użu tad-dominju tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għas-sena ta’ referenza 2025 għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 261 I, 14.10.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1700/oj.


ANNESS

Għadd u titoli tal-varjabbli għall-użu fid-dominju tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għas-sena ta’ referenza 2025

Suġġett

Suġġett dettaljat

Identifikatur tal-varjabbli

Isem il-varjabbli/deskrizzjoni tal-varjabbli

01. Oġġetti tekniċi — 15 varjabbli tekniċi obbligatorji, 2 varjabbli tekniċi fakultattivi

Informazzjoni dwar il-ġbir tad-data

REFYEAR

Sena tal-istħarriġ

Informazzjoni dwar il-ġbir tad-data

INTDATE

Data ta’ referenza – data tal-ewwel intervista

Informazzjoni dwar il-ġbir tad-data

STRATUM_ID

Strat

Informazzjoni dwar il-ġbir tad-data

PSU

Unità primarja tal-kampjunar

Identifikazzjoni

HH_ID

ID tal-unità domestika

Identifikazzjoni

IND_ID

ID tal-individwu

Identifikazzjoni

HH_REF_ID

ID tal-unità domestika li jappartjeni għaliha l-individwu

Ponderazzjonijiet

HH_WGHT

Ponderazzjoni tal-unità domestika

Ponderazzjonijiet

IND_WGHT

Ponderazzjoni tal-individwu

Karatteristiċi tal-intervista

TIME

Tul tal-intervista

Karatteristiċi tal-intervista

INT_TYPE

Tip ta’ intervista

Lokalizzazzjoni

COUNTRY

Pajjiż tar-residenza

Lokalizzazzjoni

GEO_NUTS1

Reġjun tar-residenza

Lokalizzazzjoni

GEO_NUTS2

(fakultattiva)

Reġjun tar-residenza (fakultattiva)

Lokalizzazzjoni

GEO_NUTS3

(fakultattiva)

Reġjun tar-residenza (fakultattiva)

Lokalizzazzjoni

DEG_URBA

Grad tal-urbanizzazzjoni

Lokalizzazzjoni

GEO_DEV

Lokazzjoni ġeografika

02. Karatteristiċi tal-persuni u tal-unitajiet domestiċi – 7 varjabbli miġbura, varjabbli derivat wieħed, 8 varjabbli fakultattivi

Demografija

SEX

Ġeneru

Demografija

YEARBIR

Sena tat-twelid

Demografija

PASSBIR

L-aħħar għeluq is-snin

Demografija

AGE

Età fi snin magħluqa

Ċittadinanza u sfond migratorju

CITIZENSHIP

Pajjiż taċ-ċittadinanza prinċipali

Ċittadinanza u sfond migratorju

CNTRYB

Pajjiż tat-twelid

Kompożizzjoni tal-unità domestika

HH_POP

Daqs tal-unità domestika (għadd ta’ membri fl-unità domestika)

Kompożizzjoni tal-unità domestika

HH_POP_16_24 (fakultattiva)

Għadd ta’ membri tal-unità domestika ta’ bejn 16 u 24 sena (fakultattiva)

Kompożizzjoni tal-unità domestika

HH_POP_16_24S (fakultattiva)

Għadd ta’ studenti fl-unità domestika ta’ bejn 16 u 24 sena

(fakultattiva)

Kompożizzjoni tal-unità domestika

HH_POP_25_64 (fakultattiva)

Għadd ta’ membri tal-unità domestika ta’ bejn 25 u 64 sena (fakultattiva)

Kompożizzjoni tal-unità domestika

HH_POP_65_74 (fakultattiva)

Għadd ta’ membri tal-unità domestika ta’ bejn 65 u 74 sena (fakultattiva)

Kompożizzjoni tal-unità domestika

HH_POP_75_MAX (fakultattiva)

Għadd ta’ membri tal-unità domestika li għandhom 75 sena jew aktar (fakultattiva)

Kompożizzjoni tal-unità domestika

HH_CHILD

Għadd ta’ tfal iżgħar minn 16-il sena

Kompożizzjoni tal-unità domestika

HH_CHILD_14_15

(fakultattiva)

Għadd ta’ tfal ta’ bejn 14 u 15-il sena (fakultattiva)

Kompożizzjoni tal-unità domestika

HH_CHILD_5_13

(fakultattiva)

Għadd ta’ tfal ta’ bejn 5 u 13-il sena (fakultattiva)

Kompożizzjoni tal-unità domestika

HH_CHILD_LE_4

(fakultattiva)

Għadd ta’ tfal ta’ 4 snin jew iżgħar (fakultattiva)

03. Parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol – 5 varjabbli miġbura, 3 varjabbli fakultattivi

Status tal-attività ewlenija (awtodefinit)

MAINSTAT

Status tal-attività ewlenija (awtodefinit)

Karatteristiċi elementari tal-impjieg

STAPRO

Status tal-impjieg fil-każ tal-impjieg ewlieni

Karatteristiċi elementari tal-impjieg

NACE1D

(fakultattiva)

Attività ekonomika tal-unità lokali għall-impjieg ewlieni (fakultattiva)

Karatteristiċi elementari tal-impjieg

ISCO2D

Okkupazzjoni fl-impjieg ewlieni

Karatteristiċi elementari tal-impjieg

OCC_ICT

Professjonist tal-ICT jew professjonist mhux tal-ICT

Karatteristiċi elementari tal-impjieg

OCC_MAN

Ħaddiem tal-id u mhux tal-id

Karatteristiċi elementari tal-impjieg

EMPST_WKT

(fakultattiva)

Impjieg ewlieni full-time jew part-time (awtodefinit) (fakultattiva)

Tul tal-kuntratt

EMPST_CONTR

(fakultattiva)

Permanenza tal-impjieg ewlieni (fakultattiva)

04. Kisba edukattiva u sfond – varjabbli miġbur wieħed, varjabbli derivat wieħed

Livell edukattiv miksub

ISCEDD

Livell edukattiv miksub (l-ogħla livell edukattiv mitmum b’suċċess)

Livell edukattiv miksub

ISCED

Livell edukattiv miksub aggregat

05. Introjtu, konsum u elementi tal-ġid, inkluż id-djun – varjabbli miġbur wieħed

Introjtu totali fix-xahar tal-unità domestika

HH_IQ5

Introjtu kurrenti nett medju totali fix-xahar

06. Parteċipazzjoni fis-soċjetà tal-informazzjoni – 120 varjabbli miġbura, 26 varjabbli fakultattivi, varjabbli derivat wieħed

Aċċess għall-ICT

IACC

Aċċess tal-unità domestika għall-Internet mid-dar (b’xi apparat)

Użu u frekwenza tal-użu tal-ICT

IU

L-aktar użu riċenti tal-Internet, f’xi post, b’xi apparat abilitanti

Użu u frekwenza tal-użu tal-ICT

IFUS

Frekwenza medja tal-użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur

Użu u frekwenza tal-użu tal-ICT

IUG_DKPC

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur fuq kompjuter

Użu u frekwenza tal-użu tal-ICT

IUG_LPC

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur fuq laptop

Użu u frekwenza tal-użu tal-ICT

IUG_TPC

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur fuq tablet

Użu u frekwenza tal-użu tal-ICT

IUG_MP

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur fuq mowbajl jew smartphone

Użu u frekwenza tal-użu tal-ICT

IUG_OTH1

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur fuq xi apparati oħra (bħal televiżjoni intelliġenti, speakers intelliġenti, console tal-logħob, qarrej tal-kotba elettroniċi, arloġġ intelliġenti)

Attivitajiet tal-Internet

IUEM

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal skop privat biex jintbagħtu u jaslu l-emails

Attivitajiet tal-Internet

IUPH1

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal skop privat biex isiru telefonati (inkluż telefonati awdjoviżivi) bl-Internet

Attivitajiet tal-Internet

IUSNET

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal skop privat għal parteċipazzjoni fuq il-midja soċjali (ħolqien ta’ profil tal-utent, ippostjar tal-messaġġi jew kontributi oħra)

Attivitajiet tal-Internet

IUCHAT1

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal skop privat għal messaġġi istantanji (skambju tal-messaġġi)

Attivitajiet tal-Internet

IUNW1

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal skop privat biex jinqraw portali tal-aħbarijiet, gazzetti jew ir-rivisti tal-aħbarijiet online

Attivitajiet tal-Internet

IHIF

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal skop privat għal tiftix tal-informazzjoni dwar is-saħħa (bħal fuq korrimenti, mard, nutrizzjoni, titjib tas-saħħa)

Attivitajiet tal-Internet

IHIFPH

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal skop privat għal tiftix tal-informazzjoni dwar is-saħħa fiżika (bħal fuq sintomi tal-influwenza, pressjoni għolja tad-demm, medikazzjoni għall-uġigħ, proċeduri kirurġiċi, nutrizzjoni, miżuri li jippromwovu s-saħħa)

Attivitajiet tal-Internet

IHIFMH

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal skop privat għal tiftix tal-informazzjoni dwar is-saħħa mentali (bħal fuq eżawrimenti, dipressjoni, ansjetà, disturbi alimentari, tnaqqis tal-istress)

Attivitajiet tal-Internet

IUIF

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal skop privat għal tiftix tal-informazzjoni dwar oġġetti jew servizzi

Attivitajiet tal-Internet

IUIFSP

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal skop privat għal tiftix tal-informazzjoni dwar is-sikurezza ta’ prodotti (informazzjoni dwar riskji assoċjati jew perikli għas-saħħa, kompożizzjoni, struzzjonijiet għal użu sikur, dettalji tal-kuntatt biex jiġu rrappurtati kwistjonijiet tas-sikurezza)

Attivitajiet tal-Internet

IUPOL2

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal skop privat biex jiġu espressi opinjonijiet dwar kwistjonijiet ċiviċi jew politiċi fuq siti web jew midja soċjali

Attivitajiet tal-Internet

IUVOTE

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal skop privat għal parteċipazzjoni f’konsultazzjonijiet jew votazzjonijiet online biex jiġu definiti kwistjonijiet ċiviċi jew politiċi (bħal ippjanar urban, iffirmar ta’ petizzjoni)

Attivitajiet tal-Internet

IUJOB

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal skop privat għal tiftix għal impjieg jew biex tintbagħat applikazzjoni għal impjieg

Attivitajiet tal-Internet

IUSELL

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal skop privat għall-bejgħ ta’ oġġetti jew servizzi fuq sit web jew app

Attivitajiet tal-Internet

IUBK

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal skop privat biex jintużaw servizzi bankarji fuq l-Internet (inkluż ibbankjar bil-mowbajl)

Attivitajiet tal-Internet

IUAI

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal għodod ġenerattivi tal-intelliġenza artifiċjali (AI) biex jinħoloq kontenut bħal testi, immaġnijiet, kodiċi tal-ipprogrammar, jew videos

Attivitajiet tal-Internet

IUAIPR

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal skop privat għal għodod ġenerattivi tal-AI

Attivitajiet tal-Internet

IUAIWP

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal skop professjonali (ta’ xogħol) għal għodod ġenerattivi tal-AI

Attivitajiet tal-Internet

IUAIFE

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal għodod ġenerattivi tal-AI b’rabta ma’ attivitajiet tal-edukazzjoni firmali (bħal għall-iskola jew għall-università)

Attivitajiet tal-Internet

IUAIR

Raġuni ewlenija għan-nuqqas ta’ użu ta’ għodod ġenerattivi tal-AI fl-aħħar 3 xhur

Attivitajiet tal-Internet

IUOLC

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur biex isiru attivitajiet tat-tagħlim għal skopijiet edukattivi, professjonali jew privati, permezz ta’ kors online

Attivitajiet tal-Internet

IUOLM

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur biex isiru attivitajiet tat-tagħlim għal skopijiet edukattivi, professjonali jew privati, permezz ta’ materjal tat-tagħlim disponibbli online li mhux kors kollu kemm hu online (bħal tutorials bil-video, webinars, kotba tat-tagħlim elettroniċi, apps jew pjattaformi tat-tagħlim)

Attivitajiet tal-Internet

IUOCIS1

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur biex isiru attivitajiet tat-tagħlim għal skopijiet edukattivi, professjonali jew privati, permezz ta’ komunikazzjonijiet ma’ edukaturi jew studenti b’għodod online awdjo jew video

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

IGOVIP

Attivitajiet fuq sit web jew app ta’ awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi għal skop privat fl-aħħar 12-il xahar li jikkonsistu f’aċċess lir-rispondent għall-informazzjoni maħżuna dwaru mill-awtoritajiet pubbliċi jew mis-servizzi pubbliċi (bħal informazzjoni dwar [eżempji nazzjonali])

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

IGOVIDB

Attivitajiet fuq sit web jew app ta’ awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi għal skop privat fl-aħħar 12-il xahar li jikkonsistu f’aċċess mir-rispondent għal informazzjoni minn bażijiet tad-data jew reġistri pubbliċi (bħal informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta’ kotba f’libreriji pubbliċi, reġistri katastali, reġistri tal-intrapriżi)

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

IGOV12IF

Attivitajiet fuq sit web jew app ta’ awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi għal skop privat fl-aħħar 12-il xahar li jikkonsistu fil-kisba mir-rispondent ta’ informazzjoni (eż. dwar servizzi, benefiċċji, intitolamenti, liġijiet, ħinijiet tal-ftuħ)

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

IGOVIX

Ir-rispondent la aċċessa rekords personali jew bażijiet tad-data, u lanqas ma kiseb informazzjoni minn sit web jew app ta’ awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi għal skop privat fl-aħħar 12-il xahar

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

IGOV12FM

Tniżżil jew stampar ta’ formoli uffiċjali mir-rispondent minn sit web jew app ta’ awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi għal skop privat fl-aħħar 12-il xahar

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

IGOVAPR

Appuntamenti jew prenotazzjonijiet mir-rispondent fuq sit web jew app ma’ awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi (bħas-self ta’ kotba minn librerija pubblika, appuntament ma’ impjegat tal-gvern jew fornitur tal-kura tas-saħħa tal-Istat) għal skop privat fl-aħħar 12-il xahar

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

IGOVPOST

(fakultattiva)

Riċeviment mir-rispondent ta’ xi komunikazzjoni jew dokumenti uffiċjali mibgħuta mingħand awtoritajiet pubbliċi mill-profil tar-rispondent fuq sit web jew app [isem is-servizz, jekk applikabbli fil-pajjiż] ta’ awtoritajiet jew servizzi pubbliċi (bħal notifiki ta’ multi jew fatturi, ittri, servizz tat-taħrik tal-qorti, dokumenti tal-qorti [eżempji nazzjonali]) għal skop privat fl-aħħar 12-il xahar. Jenħtieġ li jiġi eskluż l-użu ta’ messaġġi informattivi jew notifiki bl-email jew bl-SMS li jinfurmaw li xi dokument ikun sar disponibbli (fakultattiva)

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

IGOVTAX2

Dikjarazzjoni tat-taxxa kompluta, editjata, rieżaminata jew approvata tar-rispondent stess fuq sit web jew app għal skop privat fl-aħħar 12-il xahar

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

IGOVODC

Attivitajiet fuq sit web jew app ta’ awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi għal skop privat fl-aħħar 12-il xahar li jikkonsistu f’rikjesta mir-rispondent għal dokumenti jew ċertifikati uffiċjali (bħal gradwazzjoni, twelid, żwieġ, divorzju, mewt, ċertifikati tar-residenza, rekords tal-pulizija jew kriminali [eżempji nazzjonali])

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

IGOVBE

Attivitajiet fuq sit web jew app ta’ awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi għal skop privat fl-aħħar 12-il xahar li jikkonsistu f’rikjesta mir-rispondent għal benefiċċji jew intitolamenti (bħal pensjoni, benefiċċji tal-qgħad, benefiċċji tat-tfal, applikazzjoni għall-iskola, universitajiet [eżempji nazzjonali])

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

IGOVRCC

Attivitajiet fuq sit web jew app ta’ awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi għal skop privat fl-aħħar 12-il xahar li jikkonsistu f’rikjesti, talbiet jew ilmenti oħra mir-rispondent (bħal rappurtar ta’ serq lill-pulizija, ftuħ ta’ lment legali, talba għall-għajnuna legali, ftuħ ta’ proċedura ċivili ta’ talba quddiem qorti [eżempji nazzjonali])

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

IRGOVNN

Raġunijiet għaliex ma sarux rikjesti għal dokumenti uffiċjali jew ma saru l-ebda talbiet fuq sit web jew app ta’ awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi fl-aħħar 12-il xahar – ir-rispondent ma kellux għalfejn jitlob xi dokumenti jew jagħmel xi talba

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

IRGOVLS

Raġunijiet għaliex ma sarux rikjesti għal dokumenti uffiċjali jew ma saru l-ebda talbiet fuq sit web jew app ta’ awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi fl-aħħar 12-il xahar – ir-rispondent m’għandux ħiliet jew għarfien (eż. ir-rispondent ma kienx jaf juża s-sit web jew l-app, jew din kienet ikkumplikata wisq biex jużaha)

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

IRGOVSEC

Raġunijiet għaliex ma sarux rikjesti għal dokumenti uffiċjali jew ma saru l-ebda talbiet fuq sit web jew app ta’ awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi fl-aħħar 12-il xahar – ir-rispondent preokkupat dwar is-sigurtà tad-data personali tiegħu jew ma jridx iħallas online (frodi tal-karta tal-kreditu)

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

IRGOVEID

(fakultattiva)

Raġunijiet għaliex ma sarux rikjesti għal dokumenti uffiċjali jew ma saret l-ebda talba fuq sit web jew app ta’ awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi fl-aħħar 12-il xahar – ir-rispondent m’għandux firma elettronika, identifikazzjoni elettronika (eID) attivata jew xi għodda oħra biex juża l-eID (meħtieġa biex jintużaw is-servizzi) [eżempji nazzjonali] (fakultattiva)

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

IRGOVOP

Raġunijiet għaliex ma sarux rikjesti għal dokumenti uffiċjali jew ma saret l-ebda talba fuq sit web jew app ta’ awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi fl-aħħar 12-il xahar – ħaddieħor għamilha f’isem ir-rispondent (eż. xi konsulent, qarib)

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

IRGOVNAP

(fakultattiva)

Raġunijiet għaliex ma sarux rikjesti għal dokumenti uffiċjali jew ma saret l-ebda talba fuq sit web jew app ta’ awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi fl-aħħar 12-il xahar – ma kien hemm l-ebda servizz online disponibbli (fakultattiv)

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

IRGOVOTH

Raġunijiet għaliex ma sarux rikjesti għal dokumenti uffiċjali jew ma saret l-ebda talba fuq sit web jew app ta’ awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi fl-aħħar 12-il xahar – xi raġuni oħra

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

IGOVANYS

Ir-rispondent interaġixxa mal-awtoritajiet pubbliċi

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

IEID

L-użu tar-rispondent tal-identifikazzjoni elettronika (eID(s)) tiegħu [lista nazzjonali tal-eIDs kollha speċifiċi għall-pajjiż, rikonoxxuti uffiċjalment mill-awtoritajiet pubbliċi jew mis-servizzi pubbliċi u li għandhom livell għoli jew sostanzjali ta’ aċċertament skont ir-Regolament eIDAS (1)] biex jaċċessa servizzi online għal skop privat fl-aħħar 12-il xahar

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

IEIDOC

Tip ta’ servizzi li għalihom ir-rispondent uża eID(s) [lista nazzjonali tal-eIDs kollha speċifiċi għall-pajjiż, rikonoxxuti uffiċjalment mill-awtoritajiet pubbliċi jew mis-servizzi pubbliċi u li għandhom livell għoli jew sostanzjali ta’ aċċertament skont ir-Regolament eIDAS] fl-aħħar 12-il xahar — servizzi pprovduti minn awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi tal-pajjiż tar-residenza tar-rispondent (eż. meta r-rispondent jippreżenta dikjarazzjoni tat-taxxa, japplika għal benefiċċju soċjali, jitlob ċertifikati uffiċjali, jaċċessa r-rekords tas-saħħa [eżempji nazzjonali])

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

IEIDEC

Tip ta’ servizzi li għalihom ir-rispondent uża eID(s) [lista nazzjonali tal-eIDs kollha speċifiċi għall-pajjiż, rikonoxxuti uffiċjalment mill-awtoritajiet pubbliċi jew mis-servizzi pubbliċi u li għandhom livell għoli jew sostanzjali ta’ aċċertament skont ir-Regolament eIDAS] fl-aħħar 12-il xahar — servizzi pprovduti minn awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi ta’ pajjiżi Ewropej oħrajn (eż. meta r-rispondent jippreżenta dikjarazzjoni tat-taxxa, jitlob dokumenti jew ċertifikati uffiċjali [eżempji nazzjonali]) (jekk applikabbli fil-pajjiż)

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

IEIDBS

Tip ta’ servizzi li għalihom ir-rispondent uża eID(s) [lista nazzjonali tal-eIDs kollha speċifiċi għall-pajjiż, rikonoxxuti uffiċjalment mill-awtoritajiet pubbliċi jew mis-servizzi pubbliċi u li għandhom livell għoli jew sostanzjali ta’ aċċertament skont ir-Regolament eIDAS] fl-aħħar 12-il xahar — servizzi pprovduti mis-settur tan-negozju (eż. ir-rispondent jaċċessa servizzi bankarji, jilloggja f’servizzi tat-trasport, jidentifika ruħu bl-eID pereżempju f’suq diġitali [eżempji nazzjonali]) (jekk applikabbli fil-pajjiż)

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

IREIDNA

Raġunijiet għaliex ma ntużawx eIDs li huma rikonoxxuti uffiċjalment mill-awtoritajiet pubbliċi jew mis-servizzi pubbliċi u li għandhom livell għoli jew sostanzjali ta’ aċċertament skont ir-Regolament eIDAS fl-aħħar 12-il xahar – ir-rispondent ma kienx jaf li teżisti l-eID

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

IREIDNO

Raġunijiet għaliex ma ntużawx eIDs li huma rikonoxxuti uffiċjalment mill-awtoritajiet pubbliċi jew mis-servizzi pubbliċi u li għandhom livell għoli jew sostanzjali ta’ aċċertament skont ir-Regolament eIDAS fl-aħħar 12-il xahar – ir-rispondent m’għandux eID

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

IREIDNN

Raġunijiet għaliex ma ntużawx eIDs li huma rikonoxxuti uffiċjalment mill-awtoritajiet pubbliċi jew mis-servizzi pubbliċi u li għandhom livell għoli jew sostanzjali ta’ aċċertament skont ir-Regolament eIDAS fl-aħħar 12-il xahar – ir-rispondent ma kellux bżonn jaċċessa servizz online li jeħtieġ l-eID

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

IREIDSEC

Raġunijiet għaliex ma ntużawx eIDs li huma rikonoxxuti uffiċjalment mill-awtoritajiet pubbliċi jew mis-servizzi pubbliċi u li għandhom livell għoli jew sostanzjali ta’ aċċertament skont ir-Regolament eIDAS fl-aħħar 12-il xahar – ir-rispondent ħass li l-użu tagħhom mhux sikur (preokkupat mis-sigurtà tal-ICT, mill-protezzjoni tad-data personali)

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

IREIDTEC

Raġunijiet għaliex ma ntużawx eIDs li huma rikonoxxuti uffiċjalment mill-awtoritajiet pubbliċi jew mis-servizzi pubbliċi u li għandhom livell għoli jew sostanzjali ta’ aċċertament skont ir-Regolament eIDAS fl-aħħar 12-il xahar – kwistjoni ta’ użabbiltà jew kwistjonijiet tekniċi (bħal pereżempju diffiċli wisq jew mhux faċli għall-utent, m’għandux qarrej tal-kards xieraq, inkompatibbiltà tas-software, ma ġewx aċċettati għas-servizzi li r-rispondent kellu bżonn jaċċessa)

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

IREIDDEV

Raġunijiet għaliex ma ntużawx eIDs li huma rikonoxxuti uffiċjalment mill-awtoritajiet pubbliċi jew mis-servizzi pubbliċi u li għandhom livell għoli jew sostanzjali ta’ aċċertament skont ir-Regolament eIDAS fl-aħħar 12-il xahar – ir-rispondent ma setax juża l-eID biex jaċċessa s-servizz bl-ismartphone jew bit-tablet

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

IREIDOTH

Raġunijiet għaliex ma ntużawx eIDs li huma rikonoxxuti uffiċjalment mill-awtoritajiet pubbliċi jew mis-servizzi pubbliċi u li għandhom livell għoli jew sostanzjali ta’ aċċertament skont ir-Regolament eIDAS fl-aħħar 12-il xahar – raġunijiet oħra

Kummerċ elettroniku

IBUY

L-aħħar xiri jew ordni ta’ oġġetti jew servizzi bl-Internet għall-użu privat

Kummerċ elettroniku

BPHG

L-użu tal-Internet għax-xiri ta’ oġġetti fiżiċi (bħal ħwejjeġ, kotba, ordni tal-ikel minn restorant, kożmetiċi, għamara jew elettronika) mingħand intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) minn sit web jew app għall-użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BSIMC

L-użu tal-Internet għax-xiri ta’ abbonamenti ta’ konnessjonijiet tal-Internet jew tal-mowbajl minn sit web jew app għall-użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BSUTIL

L-użu tal-Internet għax-xiri ta’ abbonamenti tal-provvista tal-elettriku, tal-ilma jew tat-tisħin, ir-rimi tal-iskart jew servizzi simili minn sit web jew app għall-użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BTPS_E

L-użu tal-Internet għax-xiri ta’ servizzi tat-trasport mingħand intrapriżi, bħal tal-linja, ferrovjarji, biljett tal-ajru jew vjaġġ b’taxi minn sit web jew app għall-użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BRA_E

L-użu tal-Internet għall-kiri ta’ akkomodazzjoni mingħand intrapriżi bħal lukandi jew aġenziji tal-ivvjaġġar minn sit web jew app għall-użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BTICK2

L-użu tal-Internet għax-xiri ta’ biljetti għal xi avveniment (bħal kunċerti, ċinema, avvenimenti sportivi, fieri) minn sit web jew app għall-użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BBOOK2

L-użu tal-Internet għax-xiri tal-kotba diġitali jew awdjo bħala downloads (inkluż aġġornamenti) minn sit web jew app għall-użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BSOFT2

L-użu tal-Internet għax-xiri tas-software bħala download (inkluż aġġornamenti) minn sit web jew app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BGAMES2

L-użu tal-Internet għax-xiri tal-logħob bħala download (inkluż aġġornamenti) jew oġġetti virtwali ta’ ġol-logħba minn sit web jew app għall-użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BMUSS2

L-użu tal-Internet għal abbonament bi ħlas (inkluż abbonamenti eżistenti u ġodda) għal servizz tal-istreaming tal-mużika għall-użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BFLMS2

L-użu tal-Internet għal abbonament bi ħlas (inkluż abbonamenti eżistenti u ġodda) għal servizzi ta’ streaming tal-films, tas-sensiliet jew tal-isport għall-użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BBOOKNLS2

L-użu tal-Internet għal abbonament bi ħlas (inkluż abbonamenti eżistenti u ġodda) għal siti tal-aħbarijiet online, gazzetti online (elettroniċi) jew megezins online minn sit web jew app għall-użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BGAMSS

L-użu tal-Internet għal abbonament bi ħlas (inkluż abbonamenti eżistenti u ġodda) għal servizzi ta’ streaming tal-logħob għall-użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BHLFTS2

L-użu tal-Internet għal abbonament bi ħlas (inkluż abbonamenti eżistenti u ġodda) għal apps relatati mas-saħħa jew l-eżerċizzju fiżiku għall-użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BAPP2

L-użu tal-Internet għal abbonament bi ħlas (inkluż abbonamenti eżistenti u ġodda) għal apps oħra (bħal apps relatati mat-tagħlim tal-lingwi, l-ivvjaġġar, it-temp) għall-użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BCEPG

L-użu tal-Internet għax-xiri ta’ oġġetti fiżiċi mingħand persuni privati minn sit web jew app għall-użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BTPS_PP

L-użu tal-Internet għax-xiri ta’ servizzi tat-trasport mingħand persuni privati minn sit web jew app għall-użu privat fl-aħħar 3 xhur [eżempji nazzjonali]

Kummerċ elettroniku

BRA_PP

L-użu tal-Internet għall-kiri ta’ akkomodazzjoni mingħand persuni privati minn sit web jew app għall-użu privat fl-aħħar 3 xhur [eżempji nazzjonali]

Kummerċ elettroniku

BHHS_PP

L-użu tal-Internet għax-xiri ta’ servizzi domestiċi bħal tindif, babysitting, tiswija, ġardinaġġ) mingħand persuni privati minn sit web jew app għall-użu privat fl-aħħar 3 xhur [eżempji nazzjonali]

Kummerċ elettroniku

BOTS (fakultattiva)

L-użu tal-Internet għax-xiri ta’ xi servizz ieħor (għajr servizzi finanzjarji jew tal-assigurazzjoni) minn sit web jew app għall-użu privat fl-aħħar 3 xhur (fakultattiv)

Kummerċ elettroniku

BF

L-għadd ta’ drabi li oġġetti jew servizzi nxtraw bl-Internet minn sit web jew app għall-użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BPSH

Problemi tas-sikurezza jew tas-saħħa (bħal bini, materjal jew software tal-prodott wasslu għal aċċident, korriment, jew problema tas-saħħa) ikkawżati fl-aħħar 3 xhur minn prodotti mixtrija online qabel

Kummerċ elettroniku

BFIN_IN1

L-użu tal-Internet għax-xiri ta’ poloz tal-assigurazzjoni, inkluż assigurazzjoni tal-ivvjaġġar, f’pakkett flimkien ma’ pereżempju biljett tal-ajru, minn sit web jew app għal skop privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BFIN_CR1

L-użu tal-Internet għat-teħid ta’ self, mutwu ipotekarju jew għall-arranġament ta’ kreditu mingħand banek jew fornituri ta’ prodotti finanzjarji oħra minn sit web jew app għal skop privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BFIN_SH1

L-użu tal-Internet għax-xiri jew għall-bejgħ ta’ ishma, bonds, unitajiet f’fondi jew assi finanzjarji oħra minn sit web jew app għal skop privat fl-aħħar 3 xhur

Ostakli u problemi fl-użu

BTFW1

Problemi mġarrba fil-kummerċ bl-Internet: is-sit web kien diffiċli biex jintuża jew ma ħadimx b’mod sodisfaċenti (eż. kien ikkumplikat wisq, ħawwad lill-utent, teknikament jiffunzjona ħażin) waqt ix-xiri online minn sit web jew app għall-użu privat fl-aħħar 3 xhur

Ostakli u problemi fl-użu

BDGL1

Problemi mġarrba fil-kummerċ bl-Internet: diffikultajiet biex tinstab informazzjoni dwar garanziji jew drittijiet legali oħra waqt ix-xiri online minn sit web jew app għall-użu privat fl-aħħar 3 xhur

Ostakli u problemi fl-użu

BSPD1

Problemi mġarrba fil-kummerċ bl-Internet: twassil aktar bil-mod minn dak indikat, imġarrab waqt ix-xiri online minn sit web jew app għall-użu privat fl-aħħar 3 xhur

Ostakli u problemi fl-użu

BCPR1

Problemi mġarrba fil-kummerċ bl-Internet: kostijiet finali ogħla minn dawk indikati (bħala tariffi ta’ tranżazzjoni mhux mistennija jew tariffi ta’ garanzija mhux ġustifikati) waqt ix-xiri online minn sit web jew app għall-użu privat fl-aħħar 3 xhur

Ostakli u problemi fl-użu

BWDN1

Problemi mġarrba fil-kummerċ bl-Internet: twasslu oġġetti jew servizzi żbaljati jew difettużi, imġarrba waqt ix-xiri online minn sit web jew app għall-użu privat fl-aħħar 3 xhur

Ostakli u problemi fl-użu

BFRA1

Problemi mġarrba fil-kummerċ bl-Internet: problemi ta’ frodi (bħal meta ma jasal l-ebda oġġett jew servizz, użu ħażin tad-dettalji tal-kards tal-kreditu), imġarrba waqt ix-xiri online minn sit web jew app għall-użu privat fl-aħħar 3 xhur

Ostakli u problemi fl-użu

BCR1

Problemi mġarrba fil-kummerċ bl-Internet: kien diffiċli li jsiru lmenti u jinkiseb rimedju, jew ma ngħatax rispons sodisfaċenti għal ilment, waqt ix-xiri online minn sit web jew app għall-użu privat fl-aħħar 3 xhur

Ostakli u problemi fl-użu

BDNS1

Problemi mġarrba fil-kummerċ bl-Internet: bejjiegħ barrani ma kienx ibigħ fil-pajjiż tar-rispondent, waqt ix-xiri online minn sit web jew app għall-użu privat fl-aħħar 3 xhur

Ostakli u problemi fl-użu

BOTH2

Problemi mġarrba fil-kummerċ bl-Internet: problemi oħra mġarrba waqt ix-xiri online minn sit web jew app għall-użu privat fl-aħħar 3 xhur

Ostakli u problemi fl-użu

BARR2X

Ma ġġarrbet l-ebda problema waqt ix-xiri online minn sit web jew app għall-użu privat fl-aħħar 3 xhur

Ostakli u problemi fl-użu

IUPSX

(fakultattiva)

Soluzzjoni għall-problemi mġarrba waqt l-użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur – ir-rispondent ma kellu l-ebda problema (fakultattiva)

Ostakli u problemi fl-użu

IUPSSE

(fakultattiva)

Soluzzjoni għall-problemi mġarrba waqt l-użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur – ir-rispondent talab lil xi ħadd biex jgħinu (fakultattiva)

Ostakli u problemi fl-użu

IUPSFIX

(fakultattiva)

Soluzzjoni għall-problemi mġarrba waqt l-użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur – ir-rispondent solva jew ipprova jsolvi l-problema hu stess (fakultattiva)

Ostakli u problemi fl-użu

IUPSNO

(fakultattiva)

Soluzzjoni għall-problemi mġarrba waqt l-użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur – ir-rispondent ma pprovax isolvi l-problema (fakultattiva)

Ostakli u problemi fl-użu

IUPSOTH

(fakultattiva)

Soluzzjoni għall-problemi mġarrba waqt l-użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur – għajr għajnuna mingħand xi ħadd biex isolvi l-problema, ir-rispondent solva jew ipprova jsolvi l-problema hu stess jew ma pprovax issolvi l-problema (fakultattiva)

Ostakli u problemi fl-użu

IUNUN

(fakultattiva)

Raġunijiet għaliex m’użax l-Internet fl-aħħar 3 xhur – ir-rispondent ma kellux bżonn (għax l-Internet ma kienx utli, mhux interessanti, eċċ.) (fakultattiva)

Ostakli u problemi fl-użu

IUNUTD

(fakultattiva)

Raġunijiet għaliex m’użax l-Internet fl-aħħar 3 xhur – ir-rispondent deherlu li l-użu tal-Internet bħala diffiċli wisq (fakultattiv)

Ostakli u problemi fl-użu

IUNUCH

(fakultattiva)

Raġunijiet għaliex m’użax l-Internet fl-aħħar 3 xhur – ir-rispondent kellu sfidi fiżiċi jew mentali biex juża l-Internet (inkluż diżabbiltà fiżika, diżabbiltà fil-vista, dimenzja, bżonnijiet speċjali, jew diżabbiltà oħra) (fakultattiva)

Ostakli u problemi fl-użu

IUNUSP

(fakultattiva)

Raġunijiet għaliex m’użax l-Internet fl-aħħar 3 xhur – ir-rispondent tħasseb fuq is-sigurtà jew il-privatezza, beża’ minn scam jew ġarrab fastidju online (fakultattiva)

Ostakli u problemi fl-użu

IUNUCO

(fakultattiva)

Raġunijiet għaliex m’użatx l-Internet fl-aħħar 3 xhur – ir-rispondent deherlu li l-kostijiet tal-konnessjoni jew tal-apparat tal-Internet kienu għaljin wisq (fakultattiva)

Ostakli u problemi fl-użu

IUNUNO

(fakultattiva)

Raġunijiet għaliex m’użax l-Internet fl-aħħar 3 xhur – ir-rispondent ma jaqbilx mal-Internet b’mod ġenerali, ma jafdax l-informazzjoni fuq l-Internet (fakultattiva)

Ostakli u problemi fl-użu

IUNUOTH

(fakultattiva)

Raġunijiet għaliex m’użax l-Internet fl-aħħar 3 xhur – raġunijiet oħra għajr li m’hemmx bżonnu, hu diffiċli wisq, għandu sfidi fiżiċi jew mentali, tħasseb fuq is-sigurtà u l-privatezza, beża’ minn scam, ġarrab fastidju online, l-ispejjeż għaljin wisq, bla fiduċja fl-informazzjoni fuq l-Internet jew ma jaqbilx mal-Internet (fakultattiva)

Ħiliet diġitali

CXFER1

Attivitajiet imwettqa fl-aħħar 3 xhur għal skopijiet edukattivi, professjonali jew privati li jinvolvu ikkupjar jew ċaqliq ta’ fajls (bħal dokumenti, data, stampi, filmati) bejn il-folders, l-apparati (eż. bl-email, b’messaġġi istantanji, USB, cable) jew fuq il-cloud

Ħiliet diġitali

CINSAPP1

Attivitajiet imwettqa fl-aħħar 3 xhur għal skopijiet edukattivi, professjonali jew privati li jinvolvu t-tniżżil jew l-installazzjoni ta’ software jew apps

Ħiliet diġitali

CCONF1

Attivitajiet imwettqa fl-aħħar 3 xhur għal skopijiet edukattivi, professjonali jew privati li jinvolvu tibdil fil-konfigurazzjonijiet ta’ software, app jew apparat (bħall-aġġustament tal-lingwa, tal-kuluri, tal-kuntrast, tad-daqs tat-tipa, tal-iżbarri/menujiet)

Ħiliet diġitali

CWRD1

Attivitajiet relatati mas-software imwettqa fl-aħħar 3 xhur għal skopijiet edukattivi, professjonali jew privati li jinvolvu l-użu ta’ software tal-word processing

Ħiliet diġitali

CPRES2

Attivitajiet relatati mas-software imwettqa fl-aħħar 3 xhur għal skopijiet edukattivi, professjonali jew privati li jinvolvu l-ħolqien ta’ fajls (bħal dokumenti, stampi, filmati) li jinkludu bosta elementi bħal test, stampa, tabella, ċart, animazzjoni jew ħoss

Ħiliet diġitali

CXLS1

Attivitajiet relatati mas-software imwettqa fl-aħħar 3 xhur għal skopijiet edukattivi, professjonali jew privati li jinvolvu l-użu ta’ software tal-ispreadsheets

Ħiliet diġitali

CXLSADV1

Attivitajiet relatati mas-software imwettqa fl-aħħar 3 xhur għal skopijiet edukattivi, professjonali jew privati li jinvolvu l-użu ta’ karatteristiċi avvanzati ta’ software tal-ispreadsheets (funzjonijiet, formuli, macros u funzjonijiet oħra ta’ żviluppatur) biex tiġi organizzata, analizzata, strutturata jew modifikata xi data

Ħiliet diġitali

CEPVA1

Attivitajiet relatati mas-software imwettqa fl-aħħar 3 xhur għal skopijiet edukattivi, professjonali jew privati li jinvolvu l-editjar ta’ ritratti, filmati jew awdjo

Ħiliet diġitali

CPRG2

Attivitajiet relatati mas-software imwettqa fl-aħħar 3 xhur għal skopijiet edukattivi, professjonali jew privati li jinvolvu kkowdjar b’lingwa tal-ipprogrammar

Ħiliet diġitali

UDI

Informazzjoni jew kontenut (bħal filmati, stampi) li jidhru fuq portali web tal-aħbarijiet jew fuq midja soċjali li r-rispondent iqishom foloz jew dubjużi fl-aħħar 3 xhur

Ħiliet diġitali

TIC

Il-veraċità tal-informazzjoni jew tal-kontenut misjubin fuq portali web tal-aħbarijiet jew fuq midja soċjali mir-rispondent fl-aħħar 3 xhur

Ħiliet diġitali

TICCSFOI

Il-veraċità tal-informazzjoni jew tal-kontenut misjubin fuq l-Internet, ivverifikati mir-rispondent b’verifika tas-sorsi jew b’tiftix ta’ informazzjoni oħra fuq l-Internet (bħal portali oħra tal-aħbarijiet)

Ħiliet diġitali

TICIDIS

Il-veraċità tal-informazzjoni jew tal-kontenut misjubin fuq l-Internet, ivverifikati mir-rispondent b’segwitu jew parteċipazzjoni f’diskussjoni fuq l-Internet dwar l-informazzjoni

Ħiliet diġitali

TICNIDIS

Il-veraċità tal-informazzjoni jew tal-kontenut misjubin fuq l-Internet, ivverifikati mir-rispondent b’diskussjoni offline fuq l-informazzjoni ma’ persuni oħra jew b’sorsi li mhumiex fuq l-Internet

Ħiliet diġitali

TICXND

Il-veraċità tal-informazzjoni jew tal-kontenut misjubin fuq l-Internet, mhux ivverifikati għax ir-rispondent diġà jkun jaf li l-informazzjoni, il-kontenut jew is-sors mhumiex affidabbli

Ħiliet diġitali

TICXSKL

Il-veraċità tal-informazzjoni jew tal-kontenut misjubin fuq l-Internet, mhux ivverifikati għax ir-rispondent ma jkollux il-ħiliet jew l-għarfien biex jagħmel dan

Ħiliet diġitali

TICXOTH

Il-veraċità tal-informazzjoni jew tal-kontenut misjubin fuq l-Internet, mhux ivverifikati minħabba raġunijiet oħra

Ħiliet diġitali

HM

(fakultattiva)

Messaġġi misjuba online fl-aħħar 3 xhur li r-rispondent iqishom ostili jew degradanti fil-konfront ta’ gruppi ta’ persuni jew individwi f’filmati, blogs, vlogs, fuq il-midja soċjali jew portali web tal-aħbarijiet (inkluż fit-taqsima tal-kummenti) (fakultattiva)

Ħiliet diġitali

HMPS (fakultattiva)

Gruppi ta’ persuni jew individwi attakkati jew immirati b’messaġġi meqjusa ostili jew degradanti minħabba l-fehmiet politiċi jew soċjali (fakultattiva)

Ħiliet diġitali

HMSO (fakultattiva)

Gruppi ta’ persuni jew individwi attakkati jew immirati b’messaġġi meqjusa ostili jew degradanti minħabba l-orjentazzjoni sesswali u/jew l-identitajiet tal-ġeneru (LGBTIQ+) (fakultattiva)

Ħiliet diġitali

HMSE (fakultattiva)

Gruppi ta’ persuni jew individwi attakkati jew immirati b’messaġġi meqjusa ostili jew degradanti minħabba l-ġeneru (fakultattiva)

Ħiliet diġitali

HMRE (fakultattiva)

Gruppi ta’ persuni jew individwi attakkati jew immirati b’messaġġi meqjusa ostili jew degradanti minħabba l-oriġini razzjali jew etnika (fakultattiva)

Ħiliet diġitali

HMRB (fakultattiva)

Gruppi ta’ persuni jew individwi attakkati jew immirati b’messaġġi meqjusa ostili jew degradanti minħabba r-reliġjon jew it-twemmin (fakultattiva)

Ħiliet diġitali

HMD (fakultattiva)

Gruppi ta’ persuni jew individwi attakkati jew immirati b’messaġġi meqjusa ostili jew degradanti minħabba d-diżabbiltà (fakultattiva)

Ħiliet diġitali

HMA (fakultattiva)

Gruppi ta’ persuni jew individwi attakkati jew immirati b’messaġġi meqjusa ostili jew degradanti minħabba l-età (fakultattiva)

Ħiliet diġitali

HMOTH (fakultattiva)

Gruppi ta’ persuni jew individwi attakkati jew immirati b’messaġġi meqjusa ostili jew degradanti minħabba karatteristiċi personali oħra (fakultattiva)

Sigurtà, privatezza, fiduċja

MAPS_RPS

Twettiq ta’ dan li ġej mir-rispondent biex jimmaniġġja l-aċċess għad-data personali tiegħu (bħall-isem, id-data tat-twelid, in-numru tal-karta tal-identità, dettalji tal-kuntatt, in-numru tal-kard tal-kreditu, ritratti, il-pożizzjoni ġeografika) fuq l-Internet fl-aħħar 3 xhur: qari tal-politika tal-privatezza qabel jagħti data personali

Sigurtà, privatezza, fiduċja

MAPS_RRGL

Twettiq ta’ dan li ġej mir-rispondent biex jimmaniġġja l-aċċess għad-data personali tiegħu (bħall-isem, id-data tat-twelid, in-numru tal-karta tal-identità, dettalji tal-kuntatt, in-numru tal-kard tal-kreditu, ritratti, il-pożizzjoni ġeografika) fuq l-Internet fl-aħħar 3 xhur: illimita jew irrifjuta l-aċċess għall-pożizzjoni ġeografika tiegħu

Sigurtà, privatezza, fiduċja

MAPS_LAP

Twettiq ta’ dan li ġej mir-rispondent biex jimmaniġġja l-aċċess għad-data personali tiegħu (bħall-isem, id-data tat-twelid, in-numru tal-karta tal-identità, dettalji tal-kuntatt, in-numru tal-kard tal-kreditu, ritratti, il-pożizzjoni ġeografika) fuq l-Internet fl-aħħar 3 xhur: illimita l-aċċess għal profil jew kontenut fuq siti tan-networking soċjali jew fi mħażen online kondiviżi

Sigurtà, privatezza, fiduċja

MAPS_RAAD

Twettiq ta’ dan li ġej mir-rispondent biex jimmaniġġja l-aċċess għad-data personali tiegħu (bħall-isem, id-data tat-twelid, in-numru tal-karta tal-identità, dettalji tal-kuntatt, in-numru tal-kard tal-kreditu, ritratti, il-pożizzjoni ġeografika) fuq l-Internet fl-aħħar 3 xhur: irrifjuta li jippermetti l-użu tad-data personali għall-finijiet ta’ reklamar

Sigurtà, privatezza, fiduċja

MAPS_CWSC

Twettiq ta’ dan li ġej mir-rispondent biex jimmaniġġja l-aċċess għad-data personali tiegħu (bħall-isem, id-data tat-twelid, in-numru tal-karta tal-identità, dettalji tal-kuntatt, in-numru tal-kard tal-kreditu, ritratti, il-pożizzjoni ġeografika) fuq l-Internet fl-aħħar 3 xhur: iċċekkja li s-sit web fejn ir-rispondent iku ta data personali kien sigur (bħal siti https, kellu logo jew ċertifikat tas-sikurezza)

Sigurtà, privatezza, fiduċja

MAPS_APD

Twettiq ta’ dan li ġej mir-rispondent biex jimmaniġġja l-aċċess għad-data personali tiegħu (bħall-isem, id-data tat-twelid, in-numru tal-karta tal-identità, dettalji tal-kuntatt, in-numru tal-kard tal-kreditu, ritratti, il-pożizzjoni ġeografika) fuq l-Internet fl-aħħar 3 xhur: talab lil amministratur jew fornitur ta’ siti web jew ta’ magni tat-tiftix jagħtih aċċess għad-data li kellhom dwar ir-rispondent biex jaġġornaha jew iħassarha

Sigurtà, privatezza, fiduċja

PCOOK1

Tibdil mir-rispondent fil-konfigurazzjonijiet tal-brawżer tal-Internet tiegħu biex jevita jew jillimita l-cookies fuq xi apparat tar-rispondent

Sigurtà, privatezza, fiduċja

CCOOK (fakultattiva)

Tħassib mir-rispondent li l-attivitajiet online tiegħu qed jiġu rreġistrati biex jitwasslu reklami speċifikati għalih (fakultattiva)

Sigurtà, privatezza, fiduċja

USLCOOK

Użu ta’ software mir-rispondent biex jillimita l-abbiltà ta’ traċċar tal-attivitajiet tiegħu fuq l-Internet fuq xi apparat tar-rispondent

Sigurtà, privatezza, fiduċja

IUACRG

Fetaħ kont jew reġistrazzjoni ma’ app jew servizz bla ħlas (bħal abbonament/kont għal email, midja soċjali, ħwienet online, apps għax-xiri ta’ biljetti tat-trasport, streaming tal-mużika, logħob)

Sigurtà, privatezza, fiduċja

IUACDL

Ħassar jew ipprova jħassar (jew jagħlaq) kont tiegħu fuq app jew servizz bla ħlas (bħal email, midja soċjali, ħwienet online, apps għax-xiri ta’ biljetti tat-trasport, streaming tal-mużika, logħob) fl-aħħar 3 xhur

Sigurtà, privatezza, fiduċja

IUACDLP

Problemi mġarrba meta pprova jħassar il-kont tiegħu fuq app jew servizz bla ħlas (bħad-diffikultà biex isib mod kif iħassar il-kont, qatta’ ammont sproporzjonat ta’ ħin biex jagħmel dan, kwistjonijiet tekniċi, kundizzjonijiet inaċċettabbli għall-irtirar, ma setax jirnexxilu jwettaq li xtaq) fl-aħħar 3 xhur


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/910/oj). Il-livelli ta’ aċċertament sostanzjali u għoljin huma definiti skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1502 tat-8 ta’ Settembru 2015 li jistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi u proċeduri minimi għal-livelli ta’ assigurazzjoni għall-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (ĠU L 235, 9.9.2015, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/1502/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/2515/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)