Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - Il-Hames parti - Istituzzjonijiet tal-Komunita' . - TITOLU II - Disposizzjonijiet Finanzjarji . - Artikolu 271
Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0164 - 0164
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0141 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0287 - Consolidated version
Official Journal C 224 , 31/08/1992 P. 0071 - Consolidated version
(EEC Treaty - no official publication available)
Artikolu 271 In-nefqa reġistrata fil-budget għandha tiġi awtorizzata għal matul sena finanzjarja waħda, sakemm ma jkunx hemm disposizzjonijiet għall-kuntrarju fir-regolamenti adottati taħt l-Artikolu 279. Bla ħsara għall-kondizzjonijiet li għandhom jiġu stipulati fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 279, l-approprjazzjonijiet kollha, barra dawk assenjati għall-ispejjeż tal-persunal, li ma jintefqux sa l-aħħar tas-sena finanzjarja, jistgħu jiġu mgħoddija għal wara, iżda mhux għal iktar tard minn tmiem is-sena finanzjarja ta' wara. L-approprjazzjonijiet għandhom isiru taħt kapijiet differenti, skond it-tip jew l-għan u suddiviżi, sa fejn meħtieġ jibqa' jkun hemm bżonn, skond ir-regolamenti adottati taħt l-Artikolu 279. Għandu jkun hemm sezzjonijiet separati tal-budget għan-nefqa b’konnessjoni mal-Parlament Ewropew,il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Ġustizzja, bla ħsara għad-dħul ta’ ċerti spejjeż komuni taħt kap speċjali. --------------------------------------------------