32004D0400



Official Journal L 123 , 27/04/2004 P. 0107 - 0108


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-26 ta' April 2004

li tippermetti lill-Istati Membri li jestendu l-awtorizzazzjonijiet mogħtija għas-sustanza attiva ġdida profoxydim

(notifikat taħt id-dokument numru K(2004) 1512)

(Test B'relevanza Għaż-ŻEE)

(2004/400/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 dwar it-tqedġid ta' prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti fis-suq(1), u b'mod partikolari r-raba' subparagrafu ta' l-Artikolu 8 [1] tagħha,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 6 [2] tad-Direttiva 91/414/KEE, f'Marzu 1998, Spanja irċeviet applikazzjoni mill-BASF AG għall-inklużjoni tas-sustanza attiva profoxydim (l-ismjiet ta' qabel: clefoxydim, BAS 625H) fl-Anness I li jinsab mad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni 1999/43/KE(2) kkonfermat li d-dokumentazzjoni kienet kompleta u tista' titqies bħala li tissodisfa, fil-prinċipju, l-ħtiġiet tat-tagħrif u l-informazzjoni ta' l-Anness II u l-Anness III li jinsabu mad-Direttiva.

(2) Il-konferma tat-tlestija tad-dokumentazzjoni kienet meħtieġa biex jippermetti li jkun eżaminat fid-dettal u tippermetti lill-Istati Membri li jagħtu awtorizzazzjonijiet provviżorji, għal perjodi sa tlett snin, għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom profoxydim, waqt li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 91/414/EEC u, b'mod partikolari, l-kondizzjoni li tirrelata mal-istima dettaljata tas-sustanza attiva u l-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fid-dawl tal-ħtiġiet preskritti b'dik id-Direttiva.

(3) Għall-profoxydim, ġew stmati l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. L-Istat Membru relatur bagħat l-abbozz tar-rapport ta' stima lill-Kummissjoni fit-28 ta' Marzu 2001.

(4) L-eżami tad-dokumentazzjoni għadu sejjer wara s-sottomissjoni ta' l-abbozz tar-rapporti ta' stima mill-Istat Membru relatur u mhux ser ikun possibbli li titlesta l-evalwazzjoni fil-limitu ta' żmien previst mid-Direttiva 91/414/KEE.

(5) Billi s'issa l-evalwazzjoni ma identifikat ebda raġuni għal tħassib immedjat, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li jtawwlu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji mogħtija għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom il-profoxydim għal perjodu ta' 24 xahar skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tad-Direttiva 91/414/KEE sabiex jippermetti li jitkompla l-eżami tad-dokumentazzjoni. Huwa mistenni li l-evalwazzjoni tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjoni fir-rigward tad-deċiżjoni dwar l-inklużjoni possibbli tal-profoxydim titlesta fi żmien 24 xahar.

(6) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri jistgħu jestendu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom il-profoxydim għal perjodu li ma jeċċedix l-24 xahar mid-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' April 2004.

Ghall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/30/KE (ĠU L 77, tat-13.3.2004, p. 50).

[2] ĠU L 14, tad-19.1.1999, p. 30.

--------------------------------------------------