|
15.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 296/22 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1334/2007
ta’ l-14 ta’ Novembru 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1749/96 dwar miżuri inizjali ta’ implimentazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 fir-rigward ta’ indiċijiet armonizzati ta’ prezzijiet tal-konsumatur
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 ta’ Ottubru 1995 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (1), u b’mod partikulari t-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 4 u l-Artikolu 5(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2), kif mitlub skond l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 2494/95,
Billi:
|
(1) |
L-Indiċijiet Armonizzati tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (IAPK) huma ċifri armonizzati ta’ inflazzjoni mitluba mill-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom skond l-Artikolu 121 tat-Trattat ta’ l-KE. L-IAPK huma mfasslin biex jiffaċilitaw il-paraguni internazzjonali ta’ l-inflazzjoni tal-prezzijiet għall-konsumatur. Huma jservu bħala indikaturi importanti għall-ġestjoni tal-politika monetarja. |
|
(2) |
L-IAPK jikkostitwixxu qafas kunċettwali pjuttost sħiħ. Sar progress konsiderevoli fl-armonizzar ta’ metodoloġiji minn mindu ġew adottati l-miżuri inizjali ta’ implimentazzjoni, iżda jifdal ambitu ta’ nuqqas ta’ komparabilità fir-rigward ta’ teħid ta’ kampjuni, sostituzzjoni, aġġustament fil-kwalità u proċeduri ta’ aggregazzjoni. |
|
(3) |
Il-qafas attwali ta’ l-IAPK jipprovdi definizzjoni ta’ l-IAPK bħala indiċi tat-tip ta’ Laspeyres marbut mas-saħħa dejjem tinbidel tal-flus sabiex jinkisbu oġġetti u servizzi bl-għanijiet li jissodisfaw direttament il-ħtiġijiet tal-konsumaturi. Din id-definizzjoni tirrifletti l-fehma attwali ta’ inflazzjoni tal-konsumatur fl-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari ż-żona Ewropea. |
|
(4) |
L-IAPK jirrelataw mal-prezzijiet tal-prodotti kollha mixtrija mill-konsumaturi, meta jfittxu li jżommu għaddejjin ix-xejriet ta’ konsum, jiġifieri prodotti definiti minn kategoriji elementari tan-nefqa (piżijiet differenzjati). Dawn il-kategoriji jikkonsistu minn segmenti ta’ konsum iddikjarati b'mod espliċitu li jistgħu jiġu distinti permezz ta’ l-għan tal-konsum. Il-ġabra ta’ l-offerti kollha tal-prodott fl-univers ta’ l-istatistika tista' tinqasam sistematikament f'segmenti ta’ konsum. Segmenti ta’ konsum huma relattivament stabbli matul iż-żmien minkejja li l-offerti tal-prodotti li jinkludu segment ta’ konsum se jinbidlu filwaqt li jevolvu s-swieq. |
|
(5) |
Għalhekk il-kunċett ta’ segmenti ta’ konsum skond l-iskop huwa ċentrali għat-teħid ta’ kampjuni u għat-tifsira ta’ bidla tal-kwalità u aġġustament fil-kwalità. Minkejja dan, hemm ambigwità f'dan il-kunċett li għandha x'taqsam mal-livell ta’ aggregazzjoni li fih hija definita u applikata. |
|
(6) |
Il-firxa ta’ offerti tal-prodott għandhom jinbidlu biż-żmien hekk kif il-bejjiegħa u l-manifatturi ta’ prodotti jadattaw u jissostitwixxu l-prodotti. L-IAPK jirrikjedu r-rappreżentazzjoni ta’ l-offerti tal-prodotti attwalment disponibbli fi ħdan is-segmenti ta’ konsum skond l-iskop magħżula fil-perjodu ta’ referenza sabiex jitkejjel l-impatt li jħallu fuq l-inflazzjoni. Dan japplika partikolarment għal mudelli jew varjetajiet ġodda ta’ prodotti li kienu diġà jeżistu. |
|
(7) |
Għalhekk il-bidla fil-kwalità tirrelata mal-grad li fih il-prodotti disponibbli huma adattati sabiex iservu l-iskop tas-segment ta’ konsum li jappartejnu għalih. Il-bidla fil-kwalità għandha tiġi vverifikata permezz ta’ referenza għall-ispeċifikazzjoni ta’ prodotti konkreti fi ħdan segment ta’ konsum. |
|
(8) |
Sabiex dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati, numru ta’ kjarifiki u emendi għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1749/96 tad-9 ta’ Settembru 1996 dwar miżuri inizjali ta’ implimentazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar indiċijiet armonizzati ta’ prezzijiet tal-konsumatur (3) huma meħtieġa sabiex jiżguraw il-komparabilità ta’ l-IAPK u jippreservaw l-affidabilità u r-relevanza tagħhom skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2494/95. |
|
(9) |
Għalhekk jeħtieġ li jiġu speċifikati b'mod ulterjuri l-iskopijiet u d-definizzjoni ta’ l-IAPK, sabiex jiġi ċċarat fejn dawn jiddeterminaw il-prattiċi konkreti ta’ teħid ta’ kampjuni, sostituzzjoni, u aġġustament fil-kwalità, u sabiex tiġi stabbilita r-rappreżentazzjoni mitluba ta’ l-IAPK u l-forma tagħha, u sabiex jiġu stabbiliti standards minimi ulterjuri fir-rigward tat-teħid ta’ kampjuni, sostituzzjoni, aġġustament fil-kwalità u proċeduri ta’ aggregazzjoni. |
|
(10) |
B'mod partikolari, jeħtieġ li tiġi stabbilita mira statistika ċara għall-iskopijiet ta’ teħid ta’ kampjuni, sostituzzjoni u aġġustament fil-kwalità u jiġi żgurat li l-miżuri ta’ l-IAPK jilħqu l-għan, bi grad raġonevolment żgħir ta’ inċertezza jew żball mil-lat ta’ parżjalità u inkonsistenza. Trid titqies it-tendenza ta’ oppożizzjoni bejn l-imparżjalità u l-preċiżjoni. |
|
(11) |
Bil-ħsieb li jispeċifika b'mod ulterjuri l-univers ta’ referenza ta’ l-IAPK u jsolvi l-kwistjoni tal-“permanenza” tal-qoffa ta’ l-IAPK, il-kunċett ta’ “segmenti ta’ konsum skond l-iskop” joffri soluzzjoni fattibbli minħabba li jista' jiżviluppa l-permanenza meħtieġa f'indiċi tat-tip ta’ Laspeyres u jittrasforma l-kunċett f'wieħed sinifikanti f'dinja ta’ swieq li qed jevolvu. |
|
(12) |
Jeħtieġ li jiġi żgurat li s-segmenti ta’ konsum fil-perjodu ta’ referenza jingħażlu sabiex jirrappreżentaw il-kompartament kollu ta’ l-univers tat-tranżazzjonijiet u li s-sostituzzjonijiet jippreżervaw ir-rappreżentazzjoni ta’ offerti attwali ta’ prodotti fi ħdan is-segmenti ta’ konsum li diġà huma rappreżentati fl-IAPK. Ir-rappreżentazzjoni tan-nefqa domestika monetarja finali skond l-iskop tal-konsum għandha tirrifletti n-natura dinamika tas-swieq li qed jevolvu. |
|
(13) |
Għandu jiġi żgurat li l-ġudizzji mill-Istati Membri dwar jekk hux qiegħda sseħħ bidla tal-kwalità jkunu bbażati fuq evidenza ta’ differenzi fil-karatteristiċi li jiddeterminaw il-prezz li huma relevanti għall-iskopijiet imsemmija tal-konsumatur. Għal dan il-għan standards speċifiċi ta’ aġġustament fil-kwalità għandhom jiġu żviluppati mill-Kummissjoni (l-Eurostat) fuq bażi ta’ każ b'każ. |
|
(14) |
Minbarra dan, jeħtieġ li titwessgħa d-definizzjoni ta’ aggregati elementari u li jiġu armonizzati aktar il-prattiċi ta’ aggregazzjoni u ta’ sostituzzjoni fi ħdan aggregati elementari. |
|
(15) |
Tqies il-prinċipju ta’ effettività ta’ l-ispejjeż skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2494/95. |
|
(16) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1749/96 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
|
(17) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku, stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (4), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1749/96 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(2) |
Jiddaħħal l-Artikolu 2a li ġej: “Artikolu 2a Prinċipji 1. L-IAPK kkumpilati huma kampjun ta’ statistika li għandhom jirrappreżentaw bidla fil-prezzijiet, bħala medja meħuda mill-univers ta’ referenza, bejn ix-xahar ta’ l-indiċi attwali u l-perjodu li qed jitqabbel miegħu. 2. Is-sett kollu tat-tranżazzjonijiet kollha fl-univers ta’ referenza jista' jinqasam b'mod komprensiv f'subsetti li jikkorrispondu għall-offerti tal-prodott li għalihom jappartjenu dawn it-tranżazzjonijiet. Huma għandhom jiġu kklassifikati skond il-kategoriji u subkategoriji b'erba' ċifri mogħtija fl-Anness Ia, li joħorġu mill-klassifikazzjoni internazzjonli COICOP (Classification of Individual Consumption by Purpose) u għandhom ikunu magħrufa bħala COICOP/IAPK (klassifikazzjoni tal-konsum individwali skond l-iskop adattata għall-ħtiġijiet ta’ l-IAPK). 3. L-IAPK għandu jinħadem billi tintuża l-formola li hija konsistenti mal-formola tat-tip ta’ Laspeyres. 4. Segmenti tal-konsum għandhom jifformaw oġġetti fissi fil-qoffa ta’ l-indiċi li għandha tkun segwita mill-IAPK. 5. Il-prezzijiet użati fl-IAPK għandhom ikunu l-prezzijiet tax-xiri, li huma l-prezzijiet imħallsa mill-unitajiet domestiċi sabiex jinxtraw oġġetti individwali u servizzi fi tranżazzjonijiet monetarji. 6. Fejn oġġetti u servizzi kienu disponibbli għall-konsumaturi mingħajr ħlas, u sussegwentement jiġi impost prezz konkret, il-bidla minn prezz ta’ żero għall-prezz konkret, u viċe versa, għandha titqies fl-IAPK. 7. L-IAPK għandu jipprovdi miżura ta’ bidla pura fil-prezzijiet, li mhijiex affetwata bil-bidla fil-kwalità. Għandu:
8. Fir-rigward tal-bidla fil-kwalità, il-ġudizzju għandu jkun ibbażat fuq evidenza xierqa ta’ differenza bejn l-ispeċifikazzjoni ta’ l-offerta tal-prodott ta’ sostituzzjoni u l-offerta tal-prodott li hija ssostitwiet fil-kampjun; jiġifieri, differenza fil-karatteristiċi sinifikanti ta’ determinazzjoni tal-prezz ta’ l-offerti tal-prodotti, bħalma huma l-marka, l-materjal jew l-għamla, li huma relevanti għall-iskop involut tal-konsumatur. Bidla fil-kwalità ma tinqalax meta jkun hemm reviżjoni komprensiva annwali jew anqas frekwenti ta’ kampjun ta’ l-IAPK. L-inklużjoni tagħha għandha ssir billi jiġu stabbiliti l-ħoloq xierqa tal-katina. Ir-reviżjonijiet tal-kampjun ta’ l-IAPK ma jneħħux il-ħtieġa ta’ introduzzjoni ta’ offerti tal-prodott ta’ sostituzzjoni mingħajr dewmien bejn żewġ reviżjonijiet. 9. Ir-rappreżentazzjoni ta’ grupp elementari ta’ prodott jew aggregat elementari għandha tkun definita permezz tal-piż tan-nefqa assoċjat miegħu. Piżijiet oħra differenzjati jistgħu jintużaw fi ħdan aggregati elementari bil-kondizzjoni li r-rappreżentattività ta’ l-indiċi tkun żgurata. 10. L-‘affidabilità’ għandha tiġi stmata skond ‘il-preċiżjoni’, li tirreferi għall-grad ta’ żbalji fit-teħid ta’ kampjuni u rappreżentattività' li tirreferi għan-nuqqas ta’ preġudizzju.” |
|
(3) |
Fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 4 il-kliem l-Artikolu 2(b) għandhom jinbidlu bil-kliem l-Artikolu 2(5). |
|
(4) |
L-Artikolu 5 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 5 Standards minimi għal sostituzzjonijiet u għal aġġustament fil-kwalità 1. Metodi ta’ aġġustament fil-kwalità għandhom jiġu vvalutati kif ġej:
2. Standards li għandhom x'jaqsmu mal-valutazzjoni tal-metodi ta’ l-aġġustament tal-kwalità għandhom jiġu żviluppati u għandhom jinħarġu mill-Kummissjoni (l-Eurostat) wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Programm Statistiku (KPS), wara strateġija ta’ każ wara każ u b'konsiderazzjoni xierqa għall-aspetti ta’ effettività ta’ l-ispiża u l-kuntest li jiġu applikati fih. Il-valutazzjoni tal-metodi ta’ l-aġġustament tal-kwalità ma teskludix l-adozzjoni tal-miżuri ta’ l-implimentazzjoni dwar dan is-suġġett skond l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 2494/95. 3. Metodi A u B għandhom jitqiesu bħala metodi xierqa ta’ l-aġġustament tal-kwalità. Bosta IAPK li għalihom isiru aġġustamenti ta’ kwalità xierqa għandhom jitqiesu li jkunu komparabbli. Fil-każ li l-fatturi kollha jibqgħu l-istess, il-metodi A għandhom jingħataw preferenza fuq il-metodi B. 4. Fin-nuqqas ta’ stimi xierqa nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jużaw stimi bbażati fuq it-tagħrif mogħti mill-Kummissjoni (l-Eurostat) meta dan ikun disponibbli u rilevanti. 5. Fl-ebda każ ma għandu jiġri li bidla fil-kwalità tiġi stmata bħala entità sħiħa tad-differenza fil-prezz bejn żewġ offerti tal-prodott, sakemm din ma tistax tiġi ġġustifikata bħala stima xierqa. 6. Meta mhemm l-ebda stima disponibbli, bidliet fil-prezz għandhom ikunu stmati bħala d-differenza bejn il-prezz ta’ sostituzzjoni u dak ta’ l-offerta tal-prodott li ssostitwixxa. 7. Offerti tal-prodott ta’ sostituzzjoni:
|
Artikolu 2
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 257, 27.10.1995, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(2) Opinjoni mogħtija fil-5.10.2007 (ĠU C 248, 23.10.2007, p. 1).
(3) ĠU L 229, 10.9.1996, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1708/2005 (ĠU L 274, 20.10.2005, p. 9).