|
17.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 187/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-6 ta’ Mejju 2021
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska
(BĊE/2021/22)
(2021/C 187/01)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Fl-2017,Národná banka Slovenska għażel lil Deloitte Audit s.r.o. bħala l-awditur estern tiegħu għas-snin finanzjarji 2017 sa 2020, b’opzjoni li l-mandat jiġi estiż għas-snin finanzjarji 2021 sa 2023 (1). |
|
(3) |
Il-mandat tal-awdituri esterni attwali ta’ Národná banka Slovenska, Deloitte Audit s.r.o. intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2020 skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1849 (2). |
|
(4) |
Národná banka Slovenska biħsiebu jestendi l-mandat ta’ Deloitte Audit s.r.o. sas-sena finanzjarja 2021. Din l-estensjoni hija possibbli skont l-arranġamenti kuntrattwali bejn Národná banka Slovenska u Deloitte Audit s.r.o., |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat illi Deloitte Audit s.r.o. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska għas-sena finanzjarja 2021.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-6 ta’ Mejju 2021.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Rakkomandazzjoni BĊE/2017/27 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta’ Settembru 2017 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska (ĠU C 310, 19.9.2017, p. 1).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1849 tal-10 ta’ Ottubru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska (ĠU L 264, 13.10.2017, p. 5).