<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑151/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016TJ0151</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:437">EU:T:2017:437</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20170627">27.6.2017</DATE> – KAWŻA T-151/16</P><P>NC vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza Tal-Qorti Ġenerali</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20170627">27 ta’ Ġunju 2017</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Sussidji</KEYWORD><KEYWORD>Investigazzjoni tal-OLAF</KEYWORD><KEYWORD>Konstatazzjoni ta’ irregolaritajiet</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipprovdi sanzjoni amministrattiva</KEYWORD><KEYWORD>Esklużjoni minn proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi u mill-għoti ta’ sussidji ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni għal perijodu ta’ 18-il xahar</KEYWORD><KEYWORD>Inklużjoni fid-database tas-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tad-diversi verżjonijiet tar-Regolament Finanzjarju</KEYWORD><KEYWORD>Forom proċedurali sostanzjali</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni retroattiva tal-liġi kriminali inqas severa</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T-151/16,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">NC</HT>, inizjalment irrappreżentata minn J. Killick, G. Forwood, barristers, C. Van Haute u A. Bernard, avukati, sussegwentement minn J. Killick, G. Forwood, C. Van Haute u J. Jeram, solicitor,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, inizjalment irrappreżentata minn F. Dintilhac u M. Clausen, sussegwentement minn Dintilhac u R. Lyal, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-<DATE ISO="20160128">28 ta’ Jannar 2016</DATE>, li tipprovdi sanzjoni amministrattiva ta’ esklużjoni tar-rikorrenti mill-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti u mis-sussidji ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għal perijodu ta’ 18-il xahar u li konsegwentement tinkludih fid-database tas-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni prevista fl-Artikolu 108(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE>, dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="298" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 298, p. 1</REF.DOC.OJ>),</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn S. Gervasoni, President, L. Madise (Relatur) u K. Kowalik-Bańczyk, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: S. Spyropoulos, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20170302">2 ta’ Marzu 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-fatti li wasslu għall-kawża</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE>, dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="298" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 298, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Regolament Finanzjarju<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), ġie b’mod partikolari emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2015/1929 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20151028">28 ta’ Ottubru 2015</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="286" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 286, p. 1</REF.DOC.OJ>), applikabbli b’effett mill-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE>. Peress li d-dibattiti f’din il-kawża jqajmu l-kwistjoni tal-verżjoni tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-fatti tal-kawża ineżami, huwa l-każ ukoll li jsir riferiment għall-verżjoni tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-mument ta’ meta seħħew il-fatti kkritikati meta wieħed iqis ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, tal-<DATE ISO="20020625">25 ta’ Ġunju 2002</DATE>, rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 121), fil-verżjoni applikabbli tiegħu f’Novembru 2008 u fi Frar 2009. Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012, tad-<DATE ISO="20121029">29 ta’ Ottubru 2012</DATE>, dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament Nru 966/2012 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="362" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 362, p. 1</REF.DOC.OJ>), ġie emendat ukoll b’effett mill-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE> bir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/2462, tat-<DATE ISO="20151030">30 ta’ Ottubru 2015</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="342" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 342, p. 7</REF.DOC.OJ>), filwaqt li fil-mument meta seħħew il-fatti kkritikati kien japplika r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002, tat-<DATE ISO="20021223">23 ta’ Diċembru 2002</DATE>, li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 1605/2002 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1 Vol. 4, p. 145), (iktar ’il quddiem, kull wieħed minnhom, ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Regolament ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, NC, hija assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ lukru li tassumi b’mod partikolari azzjonijiet bi skop umanitarju u żvilupp sostenibbli. Fl-2007, hija kisbet, fil-kuntest ta’ kuntratt konkluż mal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej taħt l-azzjonijiet esterni tal-Komunità Ewropea, sussidju ta’ ammont previst ta’ diversi mijiet ta’ eluf ta’ euro għal proġett ta’ ġestjoni bi skop ambjentali f’pajjiż terz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Fl-2012, il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea wettqet kontrolli fis-sede tar-rikorrenti, relatati mal-eżekuzzjoni tal-kuntratt imsemmi fi-punt 2 iktar ’il fuq. Hija identifikat żewġ xirjiet ta’ materjal, li jirrigwardaw vettura u tagħmir tekniku, li qajmu dubji fir-rigward tas-sinċerità tal-proċeduri ta’ implementazzjoni ta’ kompetizzjoni għal dawn ix-xirjiet, f’Novembru 2008 u fi Frar 2009, rispettivament. L-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) fetaħ għalhekk investigazzjoni li matulha huwa enfasizza fir-rigward tagħha li din ma kinitx f’pożizzjoni li tipprovdi d-dokumenti li permezz tagħhom hija kienet talbet l-offerti minn diversi fornituri u li kien jirriżulta mill-investigazzjonijiet li ċerti offerenti kienu marbuta mal-offerent uniku li rebaħ iż-żewġ kuntratti. Skont l-OLAF, il-fatti jissuġġerixxu li r-rikorrenti stess kienet organizzat l-affarijiet sabiex jibbenefika l-imsemmi fornitur. Ir-rikorrenti wieġbet lill-OLAF, iżda madankollu, f’Awwissu 2014, dan indika, filwaqt li kkonkluda l-investigazzjoni tiegħu, li huwa jirrakkomanda lill-Kummissjoni sabiex din tiġi rreġistrata fis-sistema ta’ twissija bikrija prevista mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/969/KE, Euratom, tas-<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, dwar is-Sistema ta’ Twissijiet Bikrija għall-użu mill-uffiċjali awtorizzanti tal-Kummissjoni u tal-aġenziji eżekuttivi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="344" PAGE.FIRST="125" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 344, p. 125</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20150831">31 ta’ Awwissu 2015</DATE>, redatta fuq il-bażi tal-Artikolu 131(5) tar-Regolament Finanzjarju, moqri flimkien mal-Artikolu 109(1) tal-istess regolament, kif ukoll tal-Artikolu 145 tar-Regolament ta’ applikazzjoni fil-verżjoni applikabbli sal-<DATE ISO="20151231">31 ta’ Diċembru 2015</DATE>, li skonthom l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’ jimponi, wara li l-persuni kkonċernati jitqiegħdu f’pożizzjoni sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom, sanzjonijiet amministrattivi u finanzjarji ta’ natura effettiva, proporzjonata u dissważiva fuq il-benefiċjarji ta’ sussidji li, b’mod partikolari, kienu ġew iddikjarati li naqsu b’mod serju milli jeżegwixxu l-obbligi tagħhom, il-Kummissjoni informat lir-rikorrenti li hija kienet intiża li teskludiha għal sentejn minn kuntratti u sussidji ffinanzjati<?PAGE NO="3"?> mill-baġit tal-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 145 tar-Regolament ta’ applikazzjoni fil-verżjoni applikabbli sal-<DATE ISO="20151231">31 ta’ Diċembru 2015</DATE> kien jipprevedi b’mod partikolari li l-esklużjoni minn kuntratti u sussidji ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni setgħet ittul sa ħames snin dekorribbli mid-data tal-konstatazzjoni tan-nuqqas, jew sa għaxar snin fil-każ ta’ riċediva. Il-Kummissjoni żiedet li, fil-każ li din is-sanzjoni tinżamm, din tiġi inkluża fid-database ċentrali tal-esklużjoni, imsemmija fl-Artikolu 108 tar-Regolament Finanzjarju fil-verżjoni applikabbli sal-<DATE ISO="20151231">31 ta’ Diċembru 2015</DATE>, kif ukoll fis-sistema ta’ twissija bikrija fuq il-bażi ta’ twissija ta’ esklużjoni, kif previst fl-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/792/UE, tat-<DATE ISO="20141113">13 ta’ Novembru 2014</DATE>, dwar is-Sistema ta’ Twissijiet Bikrija li għandha tintuża mill-uffiċjali awtorizzanti tal-Kummissjoni u tal-aġenziji eżekuttivi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="329" PAGE.FIRST="68" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 329, p. 68</REF.DOC.OJ>), li ssostitwixxiet id-deċiżjoni preċedenti dwar is-sistema ta’ twissija bikrija u li hija stess ġiet issostitwita mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 105a(1)(a) u tal-Artikolu 108(2) sa (4) tar-Regolament Finanzjarju fil-verżjoni applikabbli b’effett mill-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE>, dwar l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>identifikazzjoni bikrija ta’ riskji li jheddu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>. Għandu jiġi nnotat li, fl-ittra tagħha, il-Kummissjoni rreferiet ukoll għad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Finanzjarju u tar-Regolament ta’ applikazzjoni tagħha applikabbli fil-mument ta’ meta seħħew il-fatti kkritikati. Id-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti msemmija mill-Kummissjoni fl-ittra tagħha huma essenzjalment identiċi għal dawk imsemmija fil-bidu ta’ dan il-punt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fl-ambitu tal-proċedura kontradittorja prevista fid-dispożizzjonijiet hawn fuq invokati, il-Kummissjoni talbet lir-rikorrenti tippreżenta l-osservazzjonijet tagħha f’terminu ta’ 30 jum dekorribbli mid-data ta’ meta tirċievi l-ittra tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Fl-ittra tagħha tal-<DATE ISO="20150831">31 ta’ Awwissu 2015</DATE>, il-Kummissjoni ġabret il-fatti, esponiet numru partikolari ta’ ċirkustanzi li minnhom hija kkonkludiet li l-offerti li saru għaż-żewġ xirjiet inkwistjoni ma kinux sinċiera, enfasizzat l-inkoerenzi dwar l-identità tal-offerenti għall-provvista tal-vettura fost l-informazzjoni mogħtija mir-rikorrenti f’rapport operazzjonali mibgħut lill-kap tad-delegazzjoni tal-Unjoni fil-pajjiż terz ikkonċernat mill-proġett u dak li jirriżulta mill-investigazzjonijiet imwettqa mill-OLAF u enfasizzat l-assenza ta’ riferiment għax-xiri tat-tagħmir tekniku fir-rapporti kollha prodotti mir-rikorrenti u l-impossibbiltà li fiha din kienet sabiex tipprovdi lill-Qorti tal-Awdituri kopji tas-sejħiet għal offerti li suppost intbagħtu lill-offerenti. Il-Kummissjoni kkonkludiet li r-rikorrenti kienet organizzat frodi billi ħolqot kompetizzjoni fittizja sabiex tiffavorixxi lill-offerent taż-żewġ oġġetti inkwistjoni. Fl-analiżi legali esposta sussegwentement, il-Kummissjoni żammet bħala irregolari, minbarra l-manipulazzjoni taż-żewġ proċeduri ta’ kompetizzjoni, il-produzzjoni ta’ rapporti li ma jirriflettux ir-realtà kif ukoll in-nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipji ta’ xiri u tal-obbligi dwar dokumenti stipulati fil-kuntratt. B’mod ġenerali, hija qieset li r-rikorrenti ma mexxietx il-proġett bis-serjetà, l-effikaċja, it-trasparenza u d-diliġenza meħtieġa, skont il-prattika tajba tas-settur u fl-osservanza tal-kuntratt. Dwar is-sanzjoni prevista, wara li fakkret il-kriterji ġenerali li hija kellha tapplika, il-Kummissjoni qieset li l-irregolaritajiet irrilevati kienu serji ħafna u li din ma kinitx l-ewwel darba li r-rikorrenti ressqet dokumenti ffalsifikati jew li ma kinux jirriflettu r-realtà. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni rreferiet għal diversi prattiki li r-rikorrenti implementat sabiex tkabbar l-ispejjeż tagħha meta mqabbla mar-realtà f’diversi kuntratti, fosthom dan inkwistjoni f’din il-kawża, u li ġew skoperti mill-OLAF jew servizzi oħra. Dan wassal lir-rikorrenti sabiex ikollha tħallas lura iktar minn EUR <FT TYPE="NUMBER">200000</FT> ta’ sussidji mħallsa indebitament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20151005">5 ta’ Ottubru 2015</DATE>, fit-terminu mogħti mill-Kummissjoni, ir-rikorrenti ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha bħala risposta. B’mod partikolari, hija esponiet li sanzjoni ta’ esklużjoni kontra tagħha kienet sproporzjonata. F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, hija sostniet li, fir-realtà, il-fatti ma kinux jikkorrispondu għall-fatti serji li bihom hija ġiet akkużata. Hija kkontestat il-fatt li ċ-ċirkustanzi kkonstatati mill-Kummissjoni setgħu jwasslu għall-konklużjoni li hija kienet organizzat kompetizzjonijiet fittizji. Essenzjalment, hija ammettiet nuqqas ta’ rigorożità fil-kontrolli tagħha u fit-tħejjija tar-rapporti tagħha, filwaqt li enfasizzat li l-persuna inkarigata bil-proġett kienet liċenzjata u li l-proċeduri interni tagħha kienu ġew mibdula, iżda hija ċaħdet il-frodi intenzjonali min-naħa tagħha, billi ressqet argumenti fir-rigward tad-diversi elementi mressqa mill-Kummissjoni. Fit-tieni lok, hija sostniet li l-fatti previsti ma ppreġudikawx l-interessi finanzjarji u r-reputazzjoni tal-Unjoni. Ix-xiri<?PAGE NO="4"?> inkwistjoni tħallsu bil-prezz tas-suq u l-ammont li jikkorrispondi tħallas lura lill-Unjoni. Fit-tielet lok, hija argumentat li għandu jitqies iż-żmien li għadda, speċjalment billi, sa minn meta seħħew il-fatti kkritikati, fl-2008 u fl-2009, hija kienet diġà ġiet severament issanzjonata għal irregolaritajiet oħra. F’dan ir-rigward, fir-raba’ lok, ir-rikorrenti kkontestat ir-repetizzjoni ta’ irregolaritajiet. Il-prattiki l-oħra msemmija mill-Kummissjoni ma kinux fil-fatt jippreċedu lil dawk inkwistjoni f’din il-kawża, iżda seħħew fl-istess żmien, li juru l-istess nuqqas ta’ kontroll intern. Fil-ħames lok, l-irregolaritajiet imwettqa ma kinux intenzjonali. Fis-sitt lok, l-identifikazzjoni tagħhom ippermettiet imbagħad li jiġu stabbiliti proċeduri interni u mekkaniżmi ta’ kontroll robusti, intiżi sabiex tiġi żgurata l-osservanza tal-prinċipji meħtieġa, filwaqt li r-rikorrenti, barra minn hekk, ikkooperat b’mod sħiħ mas-servizzi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni matul l-investigazzjonijiet tagħhom. Fis-seba’ lok, ir-rikorrenti esponiet li s-sanzjoni qawwija li għaliha hija kienet diġà ġiet suġġetta, invokata hawn fuq, kienet ħadet l-għamla ta’ fait accompli mill-pubbliċità mogħtiha fil-midja għall-investigazzjonijiet preċedenti tal-OLAF fir-rigward tagħha. Għalhekk, l-esklużjoni ta’ sentejn previsti mill-Kummissjoni bl-inklużjoni fid-database ċentrali tal-esklużjoni prevista fl-Artikolu 108 tar-Regolament Finanzjarju fil-verżjoni tiegħu applikabbli sal-<DATE ISO="20151231">31 ta’ Diċembru 2015</DATE> kif ukoll fis-sistema ta’ twissija bikrija se tkun għaliha kolp devastanti mingħajr rabta mal-fatti previsti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20160128">28 ta’ Jannar 2016</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kkontestata, li timponi sanzjoni amministrattiva ta’ esklużjoni tar-rikorrenti mill-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti u ta’ sussidji ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni għal perijodu ta’ 18-il xahar u li tinkludiha konsegwentement fid-database tas-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni prevista fl-Artikolu 108(1) tar-Regolament Finanzjarju fil-verżjoni applikabbli b’effett mill-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni kkontestata tirriproduċi l-espożizzjoni tal-fatti li tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tal-<DATE ISO="20150831">31 ta’ Awwissu 2015</DATE>, miġbura fil-qosor fil-punt 6 iktar ’il fuq. Hija tfakkar li l-proċedura kontradittorja nbdiet b’din l-ittra skont l-Artikolu 109(1) tar-Regolament Finanzjarju fil-verżjoni applikabbli sal-<DATE ISO="20151231">31 ta’ Diċembru 2015</DATE>. Hija tispeċifika l-bażi legali tas-sanzjoni billi ssemmi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju u tar-Regolament ta’ applikazzjoni applikabbli għaż-żmien ta’ meta seħħew il-fatti kkritikati (ara l-punt 4 iktar ’il fuq). F’dan ir-rigward, f’nota ta’ qiegħ il-paġna, il-Kummissjoni indikat dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Konformement mal-prinċipju ta’ suċċessjoni tar-regoli legali <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> u mal-ġurisprudenza stabbilita f’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li r-regoli ta’ proċedura applikabbli għandhom ikunu dawk fis-seħħ fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni, filwaqt li fil-prinċipju r-regoli sostantivi ma japplikawx għas-sitwazzjonijiet li seħħew qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom [...] Għalhekk, ir-regoli sostantivi applikabbli f’dan il-każ huma dawk fis-seħħ fiż-żmien meta l-fatti kkritikati seħħew. Il-proċedura kontradittorja ġiet iffinalizzata fl-ambitu tar-regoli applikabbli sal-<DATE ISO="20151231">31 ta’ Diċembru 2015</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni kkontestata ssemmi mbagħad żewġ irregolaritajiet aġġornati, jiġifieri l-manipulazzjoni taż-żewġ proċeduri ta’ kompetizzjoni u l-produzzjoni ta’ rapporti li ma jirriflettux ir-realtà. Hija tfakkar ukoll is-sanzjoni ta’ sentejn ta’ esklużjoni prevista, fid-dawl b’mod partikolari tar-repetizzjoni tal-produzzjoni ta’ informazzjoni li ma tirriflettix ir-realtà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fl-analiżi legali li tidher iktar tard fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni tikklassifika ż-żewġ irregolaritajiet imsemmija fil-punt preċedenti bħala nuqqasijiet serji tal-eżekuzzjoni tal-obbligi kuntrattwali tagħha mir-rikorrenti, fis-sens tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Finanzjarju applikabbli fiż-żmien meta seħħew il-fatti kkritikati, f’dan il-każ l-Artikolu 96(1)(b) u l-Artikolu 114(4) tar-Regolament Nru 1605/2002, li huma identiċi, rispettivament, għall-Artikolu 109(1)(b) u għall-Artikolu 131(5) tar-Regolament Finanzjarju fil-verżjoni applikabbli sal-<DATE ISO="20151231">31 ta’ Diċembru 2015</DATE>. Il-Kummissjoni tiċħad l-argumenti mressqa mir-rikorrenti sabiex tikkontesta l-fatt li hija organizzat kompetizzjonijiet fittizji. Hija tiċħad ukoll argumenti oħra tar-rikorrenti intiżi sabiex juru li hija ma<?PAGE NO="5"?> kinitx kisret numru partikolari ta’ prinċipji stipulati fil-kuntratt jew li jipprevedu l-eżekuzzjoni korretta tiegħu. Hija tenfasizza wkoll li r-rikorrenti ma tikkontestax l-iżbalji, l-inkoerenzi jew in-nuqqasijiet li jidhru fir-rapporti li hija kellha tipproduċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fir-rigward tas-sanzjoni, il-Kummissjoni tesponi li, fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet rilevanti applikabbli għaż-żmien ta’ meta seħħew il-fatti kkritikati tar-Regolament ta’ applikazzjoni, hija għandha, sabiex tiddetermina l-perijodu tal-esklużjoni filwaqt li tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità, tqis b’mod partikolari l-gravità tal-fatti, b’mod partikolari l-impatt tagħhom fuq l-interessi finanzjarji u r-reputazzjoni tal-Unjoni, iż-żmien li għadda mill-fatti inkwistjoni, it-tul u r-repetizzjoni tan-nuqqasijiet, l-intenzjoni jew il-grad ta’ negliġenza tal-entità kkonċernata u l-miżuri meħuda minnha sabiex tirrimedja s-sitwazzjoni. F’dan il-każ, wara li enfasizzat il-gravità tal-fatti, il-Kummissjoni indikat li l-produzzjoni ta’ dokumenti li ma jirriflettux ir-realtà kienet tikkostitwixxi aġir ripetut tar-rikorrenti. F’dan ir-rigward, hija tirreferi għall-prattiki msemmija fl-ittra tagħha tal-<DATE ISO="20150831">31 ta’ Awwissu 2015</DATE>, li r-rikorrenti implementat sabiex tkabbar l-ispejjeż tagħha meta mqabbla mar-realtà f’diversi kuntratti u li ġew identifikati mill-OLAF jew minn servizzi oħra. Għad-diversi argumenti mressqa mir-rikorrenti sabiex tevita sanzjoni, il-Kummissjoni tirrispondi b’mod partikolari li hija skorretta n-negazzjoni tal-eżistenza ta’ preġudizzju finanzjarju għall-Unjoni, peress li kieku l-proċeduri ta’ kompetizzjoni kienu sinċiera, il-prezz tax-xiri kien jista’ jkun iktar baxx, li r-reputazzjoni tal-Unjoni hija neċessarjament affettwata minn użu ħażin ta’ sussidji għall-benefiċċju tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp ta’ pajjiżi terzi, li ż-żmien li għadda mill-fatti huwa dovut għaċ-ċirkustanza li dawn ma ġewx skoperti biss fl-2012 mill-Qorti tal-Awdituri, li l-kunċett ta’ repetizzjoni tal-fatti previsti mid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament ta’ applikazzjoni applikabbli ma jissuponix sanzjoni amministrattiva preċedenti ta’ xi wħud minnhom u lanqas is-suċċessjoni tagħhom <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> u jinkludi l-każijiet li fihom il-fatti ma humiex iżolati, iżda jieħdu posthom f’totalità ta’ fatti simili li juru l-gravità tas-sitwazzjoni, li, f’dan il-każ, ir-rikorrenti kienet madankollu diġà tat preċedentement informazzjoni falza intiża sabiex tkabbar l-ispejjeż tagħha u li, kuntrarjament għal dak li hija tallega, il-manipulazzjonijiet inkwistjoni f’din il-kawża kienu intenzjonali, mingħajr ma mekkaniżmu ta’ kontroll seta’ jevitahom. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkontesta bis-sħiħ u b’mod dettaljat li hija oriġinat il-pubbliċità li saret fil-midja fir-rigward tal-proċeduri li jinvolvu lir-rikorrenti kif ukoll id-diffikultajiet konsekuttivi li setgħu affettwawha. Il-Kummissjoni tenfasizza l-parti preponderanti ħafna tar-riżorsi pubbliċi – barra mill-Unjoni – fil-baġit tar-rikorrenti u l-fatt li, mill-2008 sa 2014, is-sussidji tal-Unjoni għall-benefiċċju ta’ din tal-aħħar irrappreżentaw parti ferm iktar baxxa. Għalhekk, skont il-Kummissjoni, is-sanzjoni ta’ esklużjoni ma għandha ebda effett devastanti fuq ir-rikorrenti, kuntrarjament għal dak li hija ssostni. Filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni, għall-kuntrarju, il-miżuri meħuda minnha sabiex ittejjeb il-kontrolli tagħha u l-proċeduri interni tagħha, kif ukoll it-tkeċċija tal-persuna inkarigata mill-proġett inkwistjoni, il-Kummissjoni tnaqqas definittivament għal 18-il xahar is-sanzjoni ta’ esklużjoni, applikabbli b’effett mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni ta’ sanzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni żżid fid-deċiżjoni kkontestata li l-inklużjoni tar-rikorrenti fid-database tas-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni tintemm fl-iskadenza tal-perijodu ta’ sanzjoni. L-inklużjoni saret konkretament fit-<DATE ISO="20160330">30 ta’ Marzu 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni kkontestata ma ġietx ippublikata. F’dan ir-rigward, ir-Regolament Finanzjarju fil-verżjoni applikabbli fiż-żmien ta’ meta seħħew il-fatti kkritikati ma kienx isemmi l-possibbiltà ta’ pubblikazzjoni ta’ tali deċiżjoni. Mill-banda l-oħra, l-Artikolu 109(3) tar-Regolament Finanzjarju fil-verżjoni applikabbli sal-<DATE ISO="20151231">31 ta’ Diċembru 2015</DATE> kien jipprevedi l-possibbiltà ta’ tali pubblikazzjoni, ladarba jkunu eżawriti r-rimedji kontra d-deċiżjoni. Issa, fir-rigward tas-sanzjonijiet ta’ esklużjoni adottati f’każ bħal dak preżenti, l-Artikolu 106(16) u (17) tar-Regolament Finanzjarju fil-verżjoni applikabbli b’effett mill-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE> jipprevedi, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-pubblikazzjoni possibbli ta’ informazzjoni nominattiva li tikkonċerna l-esklużjoni adottata, qabel l-iskadenza tad-drittijiet għal rimedju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20160129">29 ta’ Jannar 2016</DATE>, meta r-rikorrenti kienet għadha ma ħaditx konjizzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, il-konsulenti tagħha kitbu lill-Kummissjoni. Fl-ittra tagħhom, l-użu tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>frodi<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> fl-ittra tal-Kummissjoni tal-<DATE ISO="20150831">31 ta’ Awwissu 2015</DATE> ġie kkontestat peress li dan kien jirreferi għan-natura intenzjonali tal-aġir previst u minħabba s-sinjifikat negattiv ħafna tiegħu. Huma biss l-allegati nuqqasijiet serji tal-kuntratt li kienu fir-realità inkwistjoni. Barra minn hekk, ġie enfasizzat li l-limitu tas-sanzjoni ta’ esklużjoni f’każ bħal dak ineżami tbaxxa minn ħames għal tliet snin, kif jirriżulta mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 106(14)(c) tar-Regolament Finanzjarju fil-verżjoni applikabbli b’effett mill-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE>. Is-sanzjoni ta’ sentejn prevista kienet issa fl-ogħla livell tas-sanzjonijiet possibbli u, tal-inqas, kellha tiġi riveduta sabiex titnaqqas. Prinċipalment, intalbet l-assenza ta’ kull sanzjoni. Mal-argumenti diġà mressqa, ġie miżjud l-argument li l-Artikolu 106(7) tar-Regolament Finanzjarju fl-istess verżjoni kien jipprevedi li operatur ma setax ikun suġġett għal esklużjoni jekk kien ħa miżuri korrettivi li juru l-affidabbiltà tiegħu. F’dan il-każ, ma huwiex biss il-każ li l-Unjoni sabet il-fondi tagħha, iżda r-rikorrenti rrevediet b’mod serju il-modi ta’ funzjonament tagħha. L-eżistenza tar-repetizzjoni tal-aġir inkwistjoni ġiet mill-ġdid ikkontestata. Barra minn hekk, ġie espost li r-rikorrenti kienet probabbilment diġà eskluża <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> sa min-nofs is-sena 2014 mill-kuntratti tal-Unjoni u li hija rriżervat li tivverifika dan. Ġie mistoqsi wkoll kif il-Kummissjoni kienet biħsiebha ddaħħal fil-proċedura l-bord previst reċentement fl-Artikolu 108 tar-Regolament Finanzjarju fil-verżjoni applikabbli mill-<DATE ISO="20160101">1 Jannar 2016</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>bord tal-Artikolu 108<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20160229">29 ta’ Frar 2016</DATE>, ir-rikorrenti kitbet lill-Kummissjoni u espremiet dispjaċir għall-fatt li l-ittra tal-konsulenti tagħha miġbura fil-punt 15 hawn fuq tikkunfliġġi mad-deċiżjoni kkontestata. Hija talbet li din tal-aħħar ma tiġix ippubblikata u li din terġa’ tiġi kkunsidrata fid-dawl tal-argumenti mressqa mill-konsulenti tagħha. Hija staqsiet ukoll x’kienu l-konsegwenzi fuq il-kuntratti pendenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20160301">1 ta’ Marzu 2016</DATE>, il-Kummissjoni wieġbet lill-konsulenti tar-rikorrenti. Hija enfasizzat li d-deċiżjoni kkontestata ma kinitx ibbażata fuq il-konstatazzjoni ta’ frodi, iżda fuq dik ta’ nuqqasijiet serji ta’ eżekuzzjoni tal-obbligi kuntrattwali, li l-prinċipju tal-applikazzjoni tal-liġi kriminali inqas severa ġdida kien ġie osservat bit-tnaqqis tal-perijodu ta’ esklużjoni minn sentejn għal 18-il xahar, fid-dawl tat-tnaqqis tal-limitu previst għal din is-sanzjoni fil-verżjoni tar-Regolament Finanzjarju applikabbli b’effett mill-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE>, u li r-rikorrenti ma ġietx suġġetta għal esklużjoni <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> qabel ma ntemmet il-proċedura. Hija żiedet, essenzjalment, li l-proċedura li wasslet għad-deċiżjoni kkontestata ntemmet mat-tmiem tal-proċedura kontradittorja, taħt ir-regoli applikabbli sal-<DATE ISO="20151231">31 ta’ Diċembru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ppreżentat dan ir-rikors fit-<DATE ISO="20160412">12 ta’ April 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>B’att separat, iddepożitat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali skont l-Artikoli 151 u 152 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, ir-rikorrenti talbet il-benefiċċju ta’ proċedura mħaffa. Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160513">13 ta’ Mejju 2016</DATE>, il-Qorti Ġenerali ċaħdet din it-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>B’att separat, ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali skont l-Artikolu 66 tar-Regoli tal-Proċedura, ir-rikorrenti talbet il-benefiċċju tal-anonimat u tal-ommissjoni ta’ ċerta informazzjoni għall-pubbliku. B’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20160614">14 ta’ Ġunju 2016</DATE>, il-Qorti Ġenerali laqgħet din it-talba peress li rifjut tal-anonimat iwassal sabiex jirrendi pubblika s-sanzjoni tar-rikorrenti u għalhekk sabiex tiġi imposta fuqha, fil-fatt, is-sanzjoni addizzjonali tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ esklużjoni (ara l-punt 14 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fir-rikors, ir-rikorrenti talbet li jittieħdu miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura u b’mod partikolari li l-Qorti Ġenerali teżiġi mill-Kummissjoni li tipproduċi ċerti dokumenti u li tagħti ċerti dettalji fuq diversi aspetti fattwali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Wara l-preżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali, fl-<DATE ISO="20160624">24 ta’ Ġunju 2016</DATE>, risposta tal-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali aċċettat, fit-<DATE ISO="20160718">18 ta’ Lulju 2016</DATE>, skont l-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura, it-talba tar-rikorrenti sabiex tippreżenta replika limitata għall-kummentarju taż-żewġ annessi prodotti mill-Kummissjoni u stiednet lil din tal-aħħar tirrispondi b’kontroreplika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ppreżentat ir-replika fis-<DATE ISO="20160807">7 ta’ Awwissu 2016</DATE> u l-Kummissjoni ppreżentat il-kontroreplika fit-<DATE ISO="20160928">28 ta’ Settembru 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fuq proposta tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) ddeċidiet li tiftaħ il-fażi orali tal-proċedura u, skont il-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, li tagħmel mistoqsijiet bil-miktub lill-partijiet sabiex dawn jiġu mwieġba fis-seduta tas-smigħ tal-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>It-trattazzjoni tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tat-<DATE ISO="20170302">2 ta’ Marzu 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tadotta l-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura mitluba;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors bħala infondat;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Id-dritt</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tressaq, fir-rikors, erba’ motivi kontra d-deċiżjoni kkontestata. Fl-ewwel lok, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ applikazzjoni retroattiva tal-liġi kriminali inqas severa meta injorat, fil-mertu, ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju fil-verżjoni applikabbli b’effett mill-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE>. Fit-tieni lok, hija kisret forom proċedurali sostanzjali meta adottat id-deċiżjoni kkontestata mingħajr ma talbet u kisbet rakkomandazzjoni tal-bord tal-Artikolu 108, kif previst mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju f’din l-istess verżjoni, u meta ma aċċettatx li tirrevedi d-deċiżjoni tagħha fid-dawl tal-miżuri korrettivi adottati mir-rikorrenti, kuntrarjament għal dak previst minn dawn id-dispożizzjonijiet. Fit-tielet lok, ir-rikorrenti ssostni sussidjarjament li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 133a tar-Regolament ta’ applikazzjoni fil-verżjoni applikabbli fiż-żmien ta’ meta seħħew il-fatti kkritikati, li jiddefinixxi l-kriterji li skonthom il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-perijodu tal-esklużjoni bħal dak stabbilit f’dan il-każ, filwaqt li tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità. Fl-aħħar lok, il-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT> ġew fi kwalunkwe każ miksura, sa fejn ir-rikorrenti kienet diġà <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> eskluża mill-kuntratti u mis-sussidji tal-Unjoni għall-istess fatti, qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jiġi eżaminat it-tieni motiv.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-motiv ibbażat fuq il-ksur tal-forom proċedurali sostanzjali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Matul is-seduta, ir-rikorrenti rrinunzjat għat-tieni parti ta’ dan il-motiv, li skontha l-Kummissjoni żbaljat meta astjeniet milli tagħmel reviżjoni tad-deċiżjoni kkontestata, konformement ma’ dak li jirriżulta mill-Artikolu 106(9) tar-Regolament Finanzjarju fil-verżjoni applikabbli b’effett mill-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE>, wara li rċeviet l-ittra tal-konsulenti tagħha tad-<DATE ISO="20160129">29 ta’ Jannar 2016</DATE>, imsemmija fil-punt 15 iktar ’il fuq, li kienet tenfasizza l-miżuri korrettivi meħuda sabiex fatti bħal dawk inkwistjoni ma jerġgħux iseħħu. Ittieħdet nota dwar dan fil-verbal tas-seduta. Għalhekk, għandha tiġi eżaminata biss l-ewwel parti ta’ dan il-motiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tesponi li l-Kummissjoni indikat hija stess fid-deċiżjoni kkontestata li r-regoli tal-proċedura li kellhom jiġu osservati kienu dawk applikabbli fiż-żmien meta ttieħdet id-deċiżjoni. Issa, peress li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata fit-<DATE ISO="20160128">28 ta’ Jannar 2016</DATE>, kellhom jiġu osservati r-regoli tal-proċedura li jirriżultaw mir-Regolament Finanzjarju fil-verżjoni applikabbli b’effett mill-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE> u, b’mod partikolari, kellu jiġi kkonsultat il-bord tal-Artikolu 108, previst fil-paragrafi 5 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tal-istess artikolu tar-Regolament Finanzjarju, qabel ma tiġi adottata l-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni, essenzjalment, li, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 105a(2), moqrija flimkien ma’ dawk tal-Artikolu 106(1) u (2), u tal-Artikolu 131(4) tar-Regolament Finanzjarju fil-verżjoni applikabbli b’effett mill-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE>, fil-każ fejn nuqqasijiet gravi għal obbligi kuntrattwali jkunu ġew identifikati wara kontrolli, awditi jew investigazzjonijiet effettwati minn uffiċjal awtorizzanti, l-OLAF jew il-Qorti tal-Awdituri, il-benefiċjarju tas-sussidji kkonċernat ikun jista’ jiġi eskluż biss fid-dawl tal-fatti stabbiliti jew ta’ konstatazzjonijiet oħra li jidhru f’rakkomandazzjoni maħruġa mill-bord tal-Artikolu 108. Billi l-Kummissjoni ammettiet li ma adottatx id-deċiżjoni kkontestata fuq il-bażi ta’ tali rakkomandazzjoni, ir-rikorrenti tesponi li l-intervent tal-bord tal-Artikolu 108 kien intiż sabiex jiggarantixxi d-drittijiet tad-difiża tal-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari sabiex jinnewtralizza l-iżbilanċ eżistenti fir-relazzjonijiet ta’ saħħa bejn il-Kummissjoni u l-applikanti jew il-benefiċjarji tas-sussidji, għad-detriment ta’ dawn tal-aħħar. Hija ssostni li, kieku l-bord tal-Artikolu 108 intervjena fil-proċedura, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni setgħet tkun differenti, b’mod partikolari minħabba l-fatt li dan kien iwassal sabiex jiġu ċċarati ċerti fatti, minħabba li hija kienet tkun tista’ tippreżenta l-argumenti tagħha lil korp iktar indipendenti u minħabba li hija kienet tkun f’pożizzjoni li tipprovdi dettalji tal-miżuri korrettivi li hija kienet adottat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tiċħad il-possibbiltà mressqa f’dan il-każ mill-Kummissjoni, b’mod partikolari fl-ittra tagħha tal-<DATE ISO="20160301">1 ta’ Marzu 2016</DATE> imsemmija fil-punt 17 iktar ’il fuq, li tikkunsidra li r-regoli ta’ proċedura li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni huma dawk applikabbli fiż-żmien meta <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>l-proċedura tkun mitmuma<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, żmien indeterminat li jipprekludi l-kontroll tal-applikazzjoni tajba tar-regoli ta’ proċedura <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>. Għandha tittieħed inkunsiderazzjoni biss id-data ta’ adozzjoni tad-deċiżjoni inkwistjoni. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tirreferi senjatament għas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150326">26 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Moravia Gas Storage</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-596/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:203">EU:C:2015:203</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-risposta, il-Kummissjoni taċċetta li d-deċiżjoni kkontestata ġiet wara l-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE> u tenfasizza f’dan ir-rigward li l-premessi tal-imsemmija deċiżjoni jsemmu l-Artikolu 105a, l-Artikolu 106(1)(e), l-Artikolu 108(1) u l-Artikolu 131(4) tar-Regolament Finanzjarju fil-verżjoni applikabbli b’effett minn din id-data. Madankollu, skont il-Kummissjoni, il-prinċipju ta’ applikazzjoni immedjata tar-regoli ta’ proċedura huwa prinċipju ġenerali li għandu jiġi implementat fid-dawl tal-partikularitajiet tas-sitwazzjoni inkwistjoni. F’dan il-każ, il-parti mill-proċedura li tinvolvi lir-rikorrenti, jiġifieri l-proċedura kontradittorja, intemmet qabel il-<DATE ISO="20151231">31 ta’ Diċembru 2015</DATE>, taħt ir-regoli proċedurali applikabbli għal dak il-perijodu. Il-fażi interna tal-proċedura stess intemmet fis-<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE> wara l-konsultazzjoni interdipartimentali li wasslet lid-deċiżjoni sabiex tadotta s-sanzjoni adottata. It-terminu ulterjuri ntuża biss sabiex tiġi ffinalizzata d-deċiżjoni kkontestata. Kieku ġie deċiż li jiġu segwiti, b’effett mill-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE>, ir-regoli ta’ proċedura ġodda l-intier tagħhom u li jiġi adit il-bord tal-Artikolu 108, dan kien iwassal sabiex terġa’ tinbeda l-proċedura kontradittorja li kienet diġà<?PAGE NO="9"?> magħluqa. Madankollu, fir-rigward tal-adozzjoni finali tad-deċiżjoni kkontestata, ir-regoli ta’ proċedura ġodda ġew applikati, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 105a(2) u tal-Artikolu 131(4) tar-Regolament Finanzjarju fil-verżjoni applikabbli b’effett mill-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE>, li minnhom jirriżulta li d-deċiżjoni kellha tingħata mid-Direttorat Ġenerali (DĠ) <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Politika Ewropea tal-viċinat u n-negozjati għat-tkabbir<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, qabelxejn, għandu jitfakkar li, skont prinċipju ġeneralment irrikonoxxut, leġiżlazzjoni ġdida tapplika, ħlief fil-każ ta’ deroga, immedjatament, mhux biss għas-sitwazzjonijiet li għandhom jinħolqu, iżda wkoll għall-effetti futuri ta’ sitwazzjonijiet maħluqa taħt il-leġiżlazzjoni preċedenti. Min-naħa l-oħra, din normalment ma tapplikax għas-sitwazzjonijiet legali maħluqa u definittivament miksuba taħt din tal-aħħar (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19651209">9 ta’ Diċembru 1965</DATE>, <NAME.CASE>Singer</NAME.CASE>, <NO.CASE>44/65</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1965:122">EU:C:1965:122</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, p. 1200; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19780215">15 ta’ Frar 1978</DATE>, <NAME.CASE>Bauche</NAME.CASE>, <NO.CASE>96/77</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1978:26">EU:C:1978:26</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150326">26 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Moravia Gas Storage</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-596/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:203">EU:C:2015:203</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Is-sitwazzjoni tkun differenti jekk, u b’riżerva għall-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività ta’ atti ġuridiċi, jekk ir-regola l-ġdida tkun akkumpanjata b’dispożizzjonijiet speċifiċi li jiddeterminaw b’mod speċjali l‑kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tagħha (ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131107">7 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Gemeinde Altrip <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-72/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:712">EU:C:2013:712</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Jirriżulta wkoll minn ġurisprudenza stabbilita li r-regoli ta’ proċedura japplikaw, fil-prinċipju, għall-proċeduri kollha pendenti fiż-żmien li jidħlu fis-seħħ [ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19811112">12 ta’ Novembru 1981</DATE>, <NAME.CASE>Meridionale Industria Salumi <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>212/80 sa 217/80</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1981:270">EU:C:1981:270</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0009">9</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19930706">6 ta’ Lulju 1993</DATE>, <NAME.CASE>CT Control (Rotterdam) u JCT Benelux vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-121/91 u C-122/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:285">EU:C:1993:285</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150326">26 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Moravia Gas Storage</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-596/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:203">EU:C:2015:203</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>]. Dan ma jkunx il-każ biss jekk ir-regola l-ġdida tkun akkumpanjata minn dispożizzjonijiet partikolari li jiddeterminaw b’mod speċjali l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tagħha <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> jew skont l-istadju tal-prosegwiment tal-proċeduri kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-Regolament 2015/1929, li bis-saħħa tiegħu ġie emendat ir-Regolament Finanzjarju b’effett mill-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE>, ma jinkludi ebda dispożizzjoni tranżitorja partikolari li takkumpanja l-istabbiliment ta’ din id-data ta’ applikazzjoni ġenerali. L-istess huwa l-każ fir-rigward tar-Regolament 2015/2462 fir-rigward tal-emendi li saru għar-Regolament ta’ applikazzjoni b’effett fl-istess data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Madankollu, kif ġie ġġudikat fis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071108">8 ta’ Novembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Andreasen vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>F-40/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2007:189">EU:F:2007:189</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0165">165</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0166">166</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li għaliha nġibdet l-attenzjoni tal-partijiet għall-finijiet tas-seduta, l-applikazzjoni ta’ regola ta’ proċedura ġdida għal proċedura diġà mibdija taħt ir-regola ta’ proċedura preċedenti, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> għal proċedura magħluqa, tista’ twassal, jekk din il-proċedura jkollha għalhekk tinbeda mill-ġdid, sabiex tagħti effett retroattiv għar-regola ta’ proċedura ġdida u mhux sempliċement tapplikaha għal sitwazzjoni pendenti jew għall-effetti futuri ta’ sitwazzjoni maħluqa taħt ir-regola preċedenti. Fil-fatt, f’tali każ, l-applikazzjoni tar-regola ta’ proċedura ġdida twassal għall-annullament <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> tal-proċeduri jew tal-passi proċedurali li kienu konformi mar-regola fis-seħħ meta dawn twettqu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Kummissjoni tesponi, essenzjalment, li l-proċedura kontradittorja qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni tas-sanzjoni kienet magħluqa fl-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE> meta l-verżjoni ġdida tar-Regolament Finanzjarju saret applikabbli. Skontha, l-intervent, f’dawn iċ-ċirkustanzi, tal-bord tal-Artikolu 108, kif previst mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju applikabbli b’effett mill-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE>, kien iwassal sabiex tinbeda mill-ġdid proċedura kontradittorja regolarment imwettqa taħt ir-regoli ta’ proċedura applikabbli dak iż-żmien.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat, kif il-Kummissjoni ssostni, li l-proċedura kontradittorja kienet f’dan il-każ magħluqa qabel l-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE>. Fil-fatt, din infetħet, fuq il-bażi tal-Artikolu 131(5) moqri flimkien mal-Artikolu 109(1) tar-Regolament Finanzjarju fil-verżjoni applikabbli sal-<DATE ISO="20151231">31 ta’ Diċembru 2015</DATE> u fuq il-bażi tal-Artikolu 145 tar-Regolament ta’ applikazzjoni fl-istess verżjoni, bl-ittra tal-Kummissjoni tal-<?PAGE NO="10"?><DATE ISO="20150831">31 ta’ Awwissu 2015</DATE>, imsemmija fl-punt 4 iktar ’il fuq. Dan jirriżulta b’mod ċar mill-aħħar paragrafu ta’ din l-ittra. Il-proċedura kontradittorja relatata mas-sanzjoni ngħalqet f’Ottubru 2015 bil-preżentata, fit-terminu stabbilit mill-Kummissjoni, ta’ osservazzjonijiet bħala risposta tar-rikorrenti, miġbura fil-qosor fil-punt 7 iktar ’il fuq. Fl-assenza ta’ lmenti ġodda jew ta’ talbiet għal kjarifiki jew għal dokumenti min-naħa tal-Kummissjoni sussegwenti, din il-proċedura ma ħaditx iktar fit-tul minn hekk. Għalhekk, hemm lok li jiġi konkluż, fid-dawl tal-proċess, li l-proċedura kontradittorja tmexxiet u ngħalqet regolarment fid-dawl tar-regoli li kienu applikabbli għaliha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li d-dispożizzjonijiet tal-verżjoni tar-Regolament Finanzjarju applikabbli sa mill-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE>, li jidhru b’mod partikolari fl-Artikolu 108 tal-imsemmi regolament, bidlu b’mod ferm sostanzjali l-kors tal-proċedura ta’ qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni bħad-deċiżjoni kkontestata, peress li, wara li jkun ġie adit mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli li jibgħatlu l-inkartament, il-bord tal-Artikolu 108 għandu jiżgura huwa stess il-proċedura kontradittorja fir-rigward tal-operatur ikkonċernat, u għandu joħroġ rakkomandazzjoni lill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli sabiex dan jadotta deċiżjoni b’miżuri ta’ sanzjoni fejn xieraq. Fil-verżjonijiet applikabbli tagħhom sal-<DATE ISO="20151231">31 ta’ Diċembru 2015</DATE>, mill-banda l-oħra, la r-Regolament Finanzjarju u lanqas ir-Regolament ta’ applikazzjoni ma kienu jipprovdu stadju proċedurali sussegwenti għall-proċedura kontradittorja, li kien żgurat mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli nnifsu, barra dak tal-fażi finali ta’ adozzjoni tad-deċiżjoni. Il-bdil ta’ leġiżlazzjoni ma wassalx biss għal sempliċi żieda ta’ stadju addizzjonali għall-proċedura preliminari eżistenti, stadju li seta’ jsir mingħajr ma jitqiegħed f’dubju dak kollu li jkun sar qabel, iżda wassal sabiex il-proċedura preliminari eżistenti tiġi ssostitwita, f’parti kbira, minn proċedura preliminari ġdida. Għandu jingħad ukoll li, kuntrarjament għal dak li setgħu jargumentaw il-Kummissjoni u r-rikorrenti rispettivament, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>proċedura<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> ma ntemmitx la fit-tmiem tal-konsultazzjoni interdipartimentali fis-<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE> u lanqas f’mument indeterminat jew mhux verifikabbli. Il-proċedura li ppreċediet l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata ntemmet f’dan il-każ f’Ottubru 2015 mat-tmiem tal-proċedura kontradittorja u l-proċedura ta’ sanzjoni fil-globalità tagħha ngħalqet fit-<DATE ISO="20160128">28 ta’ Jannar 2016</DATE> bl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Mill-premess jirriżulta li hija l-globalità tal-proċedura li ppreċediet l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata li tmexxiet u ngħalqet qabel l-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE> fid-dawl tar-regoli li kienu applikabbli għaliha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata wara li ġiet implementata l-verżjoni l-ġdida tar-Regolament Finanzjarju bl-istabbiliment tal-bord tal-Artikolu 108 ma jippermettix li din l-evalwazzjoni tiġi kkonfutata. Fil-fatt, minkejja li dan l-istabbiliment kellu l-għan li jsaħħaħ id-drittijiet tad-difiża tal-kokontraenti tal-Unjoni li jistgħu jkunu suġġetti għal sanzjoni skont ir-Regolament Finanzjarju, l-ebda dispożizzjoni espliċita jew impliċita tar-Regolament 2015/1929 jew tar-Regolament 2015/2462 ma tista’ tiġi interpretata bħala li tagħti lill-Artikolu 105a(2) u lill-Artikolu 106(2) tar-Regolament Finanzjarju fil-verżjoni applikabbli b’effett mill-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE>, li jipprevedu f’ċertu numru ta’ każijiet l-intervent tal-bord tal-Artikolu 108, portata retroattiva li timplika li tinbeda mill-ġdid il-proċedura preliminari magħluqa regolarment qabel din id-data, b’mod partikolari mill-perspettiva tal-osservanza tal-kontradittorju (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071108">8 ta’ Novembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Andreasen vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>F-40/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2007:189">EU:F:2007:189</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0165">165</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0171">171</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti ma invokat ebda modalità tal-fażi finali ta’ adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli li ma ġietx osservata, kemm jekk taħt ir-Regolament Finanzjarju u r-Regolament ta’ applikazzjoni fil-verżjonijiet tagħhom applikabbli sal-<DATE ISO="20151231">31 ta’ Diċembru 2015</DATE> kif ukoll jekk taħt l-istess regolamenti fil-verżjonijiet applikabbli tagħhom sal-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi konkluż li r-rikorrenti ma stabbilixxietx l-eżistenza ta’ irregolarità ta’ proċedura, jekk ikun il-każ li tikkostitwixxi ksur tal-forom proċedurali sostanzjali, li tista’ tivvizzja d-deċiżjoni kkontestata b’illegalità. Għaldaqstant, it-tieni motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ applikazzjoni retroattiva tal-liġi kriminali inqas severa</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet applikabbli fiż-żmien ta’ meta seħħew il-fatti kkritikati, dawk tar-Regolament Finanzjarju fil-verżjoni applikabbli b’effett mill-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE> jinkludu diversi elementi li għandhom jitqiesu li huma inqas severi fir-rigward tas-sanzjonijiet applikati f’każ bħal dak tal-każ ineżami. Fl-ewwel lok, iż-żmien massimu ta’ esklużjoni tnaqqas għal tliet snin, skont l-Artikolu 106(14)(c), meta dan kien ħames snin qabel; fit-tieni lok, l-Artikolu 106(7)(a) jipprevedi issa li meta l-operatur ikkonċernat ikun ħa ċerti miżuri korrettivi li juru l-affidabbiltà tiegħu, dan ma jistax ikun is-suġġett ta’ esklużjoni, meta qabel tali ċirkustanza kienet biss tittieħed inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tas-sanzjoni eventwali; fit-tielet lok, l-Artikolu 106(3) isemmi issa, fost il-kriterji ta’ evalwazzjoni tas-sanzjoni eventwali, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>kwalunkwe ċirkostanza attenwanti oħra, bħal kemm l-operatur ekonomiku jkun ikkollabora mal-awtorità rilevanti kompetenti u l-kontribut tiegħu għall-investigazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, meta qabel dawn l-elementi ma kinux imsemmija. Il-Kummissjoni ma applikatx dawn id-dispożizzjonijiet inqas severi, u b’hekk kisret il-prinċipju ta’ applikazzjoni retroattiva tal-liġi kriminali inqas severa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni tqis li d-deċiżjoni kkontestata ma tiksirx il-prinċipju ta’ applikazzjoni retroattiva tal-liġi kriminali inqas severa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>B’mod ġenerali, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju b’effett mill-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE> dwar l-identifikazzjoni tar-riskji u tal-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi ma humiex iktar permissivi jew inqas severi minn qabel, kif dan joħroġ mill-premessa 8 tar-Regolament 2015/1929, li tipprovdi li huwa meħtieġ li r-regoli dwar l-esklużjoni mill-parteċipazzjoni fil-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti jew mill-ksib ta’ sussidji jiġu mtejba sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Speċifikament, iċ-ċirkustanzi attenwanti msemmija mir-rikorrenti huma sempliċi eżempji ta’ tali ċirkustanzi, diġà meħuda inkunsiderazzjoni fl-ambitu tad-dispożizzjonijiet applikabbli fiż-żmien ta’ meta seħħew il-fatti kkritikati. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 133a tar-Regolament Nru 2342/2002 jindika li, sabiex jiġi ddeterminat il-perijodu tal-esklużjoni u sabiex tiġi żgurata l-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, l-istituzzjoni kompetenti għandha tieħu inkunsiderazzjoni b’mod partikolari l-gravità tal-fatti, partikolarment l-impatt tagħhom fuq l-interessi finanzjarji u r-reputazzjoni tal-Komunitajiet Ewropej u ż-żmien li għadda mill-ksur, it-tul tiegħu u r-repetizzjoni tiegħu, l-intenzjoni jew il-grad ta’ negliġenza tal-entità inkwistjoni u l-miżuri meħuda minnha sabiex tirrimedja s-sitwazzjoni. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ma werietx speċifikament, matul il-proċedura kontradittorja, il-kooperazzjoni tagħha mal-awtorità kompetenti u l-kontribuzzjoni tagħha fl-investigazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni tal-miżuri korrettivi msemmija mir-rikorrenti, il-Kummissjoni tesponi, essenzjalment, billi tibbaża ruħha fuq l-Artikolu 106(7)(a) tar-Regolament Finanzjarju fil-verżjoni applikabbli b’effett mill-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE>, li t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ tali miżuri jippreżumi li dawn ippermettew lill-operatur ekonomiku kkonċernat juri l-affidabbiltà tiegħu. Tali rekwiżit ma kienx jeżisti qabel, skont il-Kummissjoni, u l-isforzi f’dan ir-rigward kienu sempliċement jittieħdu inkunsiderazzjoni bħala ċirkustanzi attenwanti. Ir-regoli l-ġodda għalhekk ma humiex inqas severi minn dawk ta’ qabel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Dwar iż-żewġ aspetti tal-aħħar imressqa mir-rikorrenti, il-leġiżlazzjoni applikabbli b’effett mill-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE> ma hijiex għalhekk inqas severa minn dik applikabbli fiż-żmien ta’ meta seħħew il-fatti kkritikati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Finalment, fir-rigward tal-limitu tal-perijodu ta’ esklużjoni, effettivament inqas minn dak preċedenti ta’ ħames snin, il-Kummissjoni tenfasizza li, fil-proċedura, qatt ma kien previst li jinqabeż il-limitu ġdid ta’ tliet snin, peress li l-perijodu ta’ esklużjoni inizjalment stipulat kien ta’ sentejn u, finalment, ġie applikat perijodu ta’ esklużjoni ta’ 18-il xahar. L-ebda regola fil-verżjoni tar-Regolament Finanzjarju jew f’dik<?PAGE NO="12"?> tar-Regolament ta’ applikazzjoni applikabbli b’effett mill-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE> ma tipprevedi tnaqqis tat-tul tas-sanzjonijiet proporzjonali għat-tnaqqis tal-limitu tagħhom. Konsegwentement, ebda regola ġdida inqas severa ma ġiet miksura fir-rigward tal-perijodu ta’ esklużjoni stabbilit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ applikazzjoni retroattiva tal-liġi kriminali inqas severa ġie stipulat, b’mod partikolari, fl-Artikolu 49(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundmentali tal-Unjoni Ewropea, li jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>L-ebda persuna m’għandha tiġi kkundannata għal xi att jew ommissjoni li, fiż-żmien meta sar jew saret, ma kienx jew ma kenitx reat skond il-liġi nazzjonali jew il-liġi internazzjonali. Lanqas m’għandha tingħata piena akbar minn dik li kienet applikabbli fiż-żmien meta twettaq ir-reat. Jekk wara li twettaq ir-reat, il-liġi tipprovdi għal piena inqas, dik il-piena għandha tkun applikabbli.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Kif tfakkar fis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080311">11 ta’ Marzu 2008</DATE>, <NAME.CASE>Jager</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-420/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:152">EU:C:2008:152</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), dan il-prinċipju jagħmel parti mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri, b’mod li dan għandu jitqies bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li l-qorti għandha tiżgura l-osservanza tiegħu. Dan huwa senjatament espost fit-tieni sentenza tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-<DATE ISO="19951218">18 ta’ Diċembru 1995</DATE>, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340), li jikkostitwixxi l-leġiżlazzjoni ġenerali dwar il-kontrolli, il-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-irregolaritajiet li għandhom jew ikollhom l-effett li jkunu ta’ preġudizzju għall-baġit tal-Unjoni jew għal baġits amministrati minnha u li għalhekk japplika għall-każ ineżami. Skont din id-dispożizzjoni, huma l-awtoritajiet kompetenti li għandhom japplikaw b’mod retroattiv, għal aġir li jikkostitwixxi irregolarità, l-emendi sussegwenti miġjuba minn dispożizzjonijiet inklużi f’leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni li jistabbilixxu sanzjonijiet inqas severi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fil-preżenza ta’ żvilupp fil-leġiżlazzjoni dwar is-sanzjonijiet amministrattivi, li jwassal sabiex dwar ċerti aspetti l-leġiżlazzjoni l-ġdida tkun inqas severa, iżda dwar aspetti oħra iktar severa minn ta’ qabel, hemm lok, sabiex tiġi ddeterminata l-leġiżlazzjoni l-iktar klementi, mhux li ssir analiżi astratta, iżda li jiġi ddeterminat dak li, <HT TYPE="ITALIC">in concreto</HT>, huwa l-iktar favorevoli għall-impriża inkwistjoni, fid-dawl tas-sitwazzjoni tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141209">9 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Riva Fire vs il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-83/10</NO.CASE>, mhux ippubblikata, taħt appell, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:1034">EU:T:2014:1034</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0085">85</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; Qorti EDB, <DATE ISO="20090917">17 ta’ Settembru 2009</DATE>, Scoppola vs L-Italja, CE:ECHR:2009:0917JUD001024903, punt 109, u Qorti EDB, <DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>, Maktouf u Damjanović vs Bosnija-Herzegovina, CE:ECHR:2013:0718JUD000231208, punt 65).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dan il-każ, meta jitqabblu, fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-każ ineżami, id-dispożizzjonijiet relatati mas-sanzjonijiet imposti skont ir-Regolament Finanzjarju u r-Regolament ta’ applikazzjoni, minn naħa, fil-verżjonijiet applikabbli tagħhom fiż-żmien ta’ meta seħħew il-fatti kkritikati u, min-naħa l-oħra, fil-verżjonijiet applikabbli b’effett mill-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE>, jistgħu jsiru l-konstatazzjonijiet li ġejjin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>L-Artikolu 106(7)(a) tar-Regolament Finanzjarju fil-verżjoni applikabbli b’effett mill-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE>, li jistabbilixxi l-impossibbiltà li operatur li jkun ħa ċerti miżuri korrettivi li juru l-affidabbiltà tiegħu jiġi eskluż mill-kuntratti u mis-sussidji tal-Unjoni, jikkostitwixxi b’mod ċar dispożizzjoni inqas severa minn dik applikabbli qabel. Fil-fatt, is-sodisfazzjon ta’ dawn il-kundizzjonijiet, anki jekk dan jeħtieġ dimostrazzjoni eżiġenti, jippermetti issa l-benefiċċju ta’ eżenzjoni totali mis-sanzjoni ta’ esklużjoni, filwaqt li qabel dan ma kienx neċessarjament iwassal għal tali eżenzjoni. Din id-dispożizzjoni hija rilevanti <HT TYPE="ITALIC">in concreto</HT> fil-każ ineżami, sa fejn, fir-risposta tagħha tal-<DATE ISO="20151005">5 ta’ Ottubru 2015</DATE> lill-Kummissjoni, li saret fil-kuntest tal-proċedura kontradittorja u li ġiet miġbura fil-qosor fil-punt 7 iktar ’il fuq, ir-rikorrenti sostniet espressament, bi provi, il-miżuri korrettivi li hija indikat li kienet adottat wara l-attivitajiet inkwistjoni u sal-estent li l-Kummissjoni ma qisithomx insinjifikattivi, peress li hija ħadithom inkunsiderazzjoni, kif jirriżulta mill-paragrafu 68 tad-deċiżjoni kkontestata, sabiex tiddetermina l-perijodu ta’ esklużjoni stabbilit. Konsegwentement, sabiex jiġi ddeterminat liema kienet<?PAGE NO="13"?> il-leġiżlazzjoni l-iktar klementi, l-Artikolu 106(7)(a) tar-Regolament Finanzjarju fil-verżjoni applikabbli b’effett mill-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE> jikkostitwixxi dispożizzjoni iktar klementi li tista’ tkun ta’ benefiċċju għar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mhux biss, kif espost fil-punt 9 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni rreferiet b’mod ġenerali fid-deċiżjoni kkontestata espliċitament għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju u tar-Regolament ta’ applikazzjoni relatati mas-sanzjonijiet applikabbli fiż-żmien meta seħħew il-fatti kkritikati, iżda jidher ukoll li hija ma ħaditx inkunsiderazzjoni b’mod konkret l-Artikolu 106(7)(a) tar-Regolament Finanzjarju fil-verżjoni applikabbli b’effett mill-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE>, li jistabbilixxi l-impossibbiltà li operatur li jkun ħa ċerti miżuri korrettivi li juru l-affidabbiltà tiegħu jiġi eskluż mill-kuntratti u mis-sussidji tal-Unjoni. Fil-fatt, minkejja li d-deċiżjoni kkontestata turi li ttieħdu inkunsiderazzjoni l-miżuri korrettivi tar-rikorrenti sabiex tiddetermina l-perijodu ta’ esklużjoni stabbilit, ma tirriżulta ebda raġuni li tesponi għaliex dawn kienu insuffiċjenti sabiex jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet previsti fl-imsemmija dispożizzjoni. Għandu jiġi konkluż li l-Kummissjoni ma eżaminatx jekk hija kellhiex tapplika jew tinjora din tal-aħħar. Hemm lok li jiġi speċifikat f’dan ir-rigward li l-argument imressaq fir-risposta tal-Kummissjoni, li n-nuqqas ta’ rikonoxximent, mir-rikorrenti, matul il-proċedura kontradittorja, tan-natura intenzjonali, min-naħa tagħha, tal-istabbiliment ta’ sejħiet għall-kompetizzjoni fittizji rrapportati fir-rapport tal-OLAF juri li l-affidabbiltà tagħha ma ġietx riintegrata, ma jistax jintlaqa’. Fil-fatt, operatur ekonomiku suġġett għal proċedura ta’ sanzjoni għandu dejjem id-dritt li jiddefendi ruħu kontra lmenti fformulati kontra tiegħu u l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt ma jippreġudikax l-evalwazzjoni tal-affidabbiltà tiegħu wara l-fatti imputat bihom, fid-dawl tal-miżuri korrettivi li huwa seta’ adotta. Dan jikkonferma li t-teħid inkunsiderazzjoni tal-Artikolu 106(7)(a) tar-Regolament Finanzjarju fil-verżjoni applikabbli b’effett mill-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE> seta’ jwassal għal deċiżjoni inqas severa għar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Iktar minn hekk, ma huwiex eskluż li, f’każ bħal dak ineżami, it-tnaqqis minn ħames għal tliet snin tal-perijodu massimu ta’ esklużjoni, li jirriżulta mill-Artikolu 106(14)(c) tar-Regolament Finanzjarju fil-verżjoni applikabbli b’effett mill-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE>, jista’ jwassal lil uffiċjal awtorizzanti responsabbli, taħt l-istess kundizzjonijiet fil-kumplament, meta jkun qiegħed japplika din il-verżjoni tar-Regolament Finanzjarju, li japplika perijodu ta’ esklużjoni fir-rigward tal-operatur ikkonċernat iżgħar minn dak li kien japplika taħt il-verżjonijiet preċedenti tar-Regolament Finanzjarju u tar-Regolament ta’ applikazzjoni. F’dan il-każ, il-Kummissjoni stess iddikjarat fl-ittra tagħha tal-<DATE ISO="20160301">1 ta’ Marzu 2016</DATE>, imsemmija fil-punt 17 iktar ’il fuq, li t-tnaqqis tal-limitu tal-perijodu ta’ esklużjoni kien ittieħed inkunsiderazzjoni fid-determinazzjoni tal-perijodu ta’ esklużjoni ta’ 18-il xahar minflok perijodu ta’ sentejn kif inizjalment previst. Konsegwentement, l-Artikolu 106(14)(c) tar-Regolament Finanzjarju fil-verżjoni applikabbli b’effett mill-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE> kien jikkostitwixxi wkoll <HT TYPE="ITALIC">in concreto</HT> dispożizzjoni iktar klementi li tista’ tkun ta’ benefiċċju għar-rikorrenti, anki jekk il-perijodu ta’ esklużjoni previst mill-Kummissjoni fl-ittra tagħha tal-<DATE ISO="20150831">31 ta’ Awwissu 2015</DATE> kien diġà iżgħar mil-limitu l-ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Madankollu, minkejja dak indikat fl-ittra tal-<DATE ISO="20160301">1 ta’ Marzu 2016</DATE> imsemmija fil-punt 59 iktar ’il fuq, it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni lanqas ma jidher fid-deċiżjoni kkontestata, b’mod partikolari fil-punti 45 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> fil-parti intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Perijodu tal-esklużjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, kif il-Kummissjoni kkonfermat fis-seduta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jista’ jiġi osservat li hemm ċertament fir-regoli applikabbli b’effett mill-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE> dispożizzjoni li tidher li hija iktar severa minn dik li kienet prevista fir-regoli applikabbli fiż-żmien ta’ meta seħħew il-fatti kkritikati. Fil-fatt, kif espost fil-punt 14 iktar ’il fuq, dawn tal-aħħar ma kinux jipprevedu l-possibbiltà ta’ pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni ta’ sanzjoni jew l-elementi essenzjali marbuta magħha, kuntrarjament għal dak li jirriżulta mill-verżjoni tar-Regolament Finanzjarju applikabbli mill-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE>. Madankollu, skont din tal-aħħar, mhux biss tali pubblikazzjoni ma hijiex obbligatorja, iżda, fil-każ ineżami, il-Kummissjoni la pprevediet u lanqas iddeċidiet tali pubblikazzjoni, li barra minn hekk kienet tmur kontra l-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività tas-sanzjonijiet amministrattivi mhux previsti fiż-żmien ta’ meta seħħew il-fatti kkritikati<?PAGE NO="14"?> (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050628">28 ta’ Ġunju 2005</DATE>, <NAME.CASE>Dansk Rørindustri <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-189/02 P, C-202/02 P, C-205/02 P sa C-208/02 P u C-213/02 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:408">EU:C:2005:408</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0202">202</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Konsegwentement, dan l-aspett ma jistax ikollu rwol f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Għalhekk, mill-evalwazzjoni konkreta tas-sitwazzjoni jirriżulta li l-Kummissjoni kellha, sabiex tosserva l-prinċipju ta’ applikazzjoni retroattiva tal-liġi kriminali inqas severa, tapplika r-regoli ta’ sanzjoni li jirriżultaw mir-Regolament Finanzjarju u mir-Regolament ta’ applikazzjoni fil-verżjonijiet tagħhom applikabbli b’effett mill-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni kkontestata għandha għalhekk tiġi annullata, peress li din ġiet adottata, kif ġie kkonstatat fil-punti 58 u 60 iktar ’il fuq, mingħajr ma jidher li ttieħdu inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet tar-regoli kriminali inqas severi li, applikati retroattivament għall-fatti tal-każ ineżami, setgħu jwasslu għal deċiżjoni iktar klementi. Għalhekk, ma hemmx ħtieġa li jsir eżami taż-żewġ motivi l-oħra mqajma mir-rikorrenti jew tat-talbiet ta’ miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura fformulati minnha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li l-Kummissjoni tilfet, hija għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, kif mitlub mir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Id-Disa’ Awla),</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-<DATE ISO="20160128">28 ta’ Jannar 2016</DATE>, li tipprovdi sanzjoni amministrattiva ta’ esklużjoni ta’ NC mill-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti u mis-sussidji ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għal perijodu ta’ 18-il xahar u li konsegwentement tinkludiha fid-database tas-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni prevista fl-Artikolu 108(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE>, dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Gervasoni</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Madise</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Kowalik-Bańczyk</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fis-<DATE ISO="20170627">27 ta’ Ġunju 2017</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>