European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/5409

16.10.2026

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12600 – PORTOBELLO / BLUEGEM / SUAVINEX BEABA GROUP)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2026/5409)

1.   

Fis-7 ta’ Ottubru 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Portobello Capital Fondo V, FCR (“Portobello, Spanja”), ikkontrollata minn Portobello Capital Gestión, SGEIC, S.A. (Spanja),

—

Bluegem IV, SCSp (“Bluegem”, il-Lussemburgu), ikkontrollata minn Bluegem Capital S.à.r.l. (Il-Lussemburgu),

—

Béaba Suavinex Group SAS (“BSG”, Franza), ikkontrollata minn Bluegem.

Portobello u Bluegem se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ BSG.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Portobello huwa maniġer indipendenti Spanjol ta’ fondi ta’ ekwità privata ffukat fuq is-Suq Medju Spanjol, li jinvesti permezz tal-fondi li jimmaniġġja u jagħti pariri f’impriżi attivi f’bosta setturi u industriji,

—

Bluegem hija ditta ta’ ekwità privata pan-Ewropea b’politika ta’ investiment fin-negozji tal-konsumatur Ewropej f’setturi bħas-saħħa tal-konsumatur, il-kura tad-djar, il-kura tat-trabi, l-ikel u x-xorb, il-kura tal-annimali domestiċi u s-sbuħija u l-kura personali. BSG hija kumpanija b’portafoll ta’ Bluegem, li tfassal, timmanifattura u tiddistribwixxi prodotti primjum għall-kura tat-trabi u tat-tfal żgħar.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2), jenħtieġ jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12600 — PORTOBELLO / BLUEGEM / SUAVINEX BEABA GROUP

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5409/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)