<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-389/19 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CC0389</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:874">EU:C:2020:874</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>24</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>24</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Tanchev – Kawża C‑389/19 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">Il-Kummissjoni vs l-Isvezja</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Tanchev</HT></P><P>ippreżentati fid‑<DATE ISO="20201029">29 ta’ Ottubru 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P>Kawża C‑389/19 P</P><P>Il-Kummissjoni Ewropea</P><P>vs</P><P>Ir-Renju tal-Isvezja</P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Regolament REACH)</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 56, 58 u 60</KEYWORD><KEYWORD>Awtorizzazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-użu tas-sulfokromat taċ-ċomb isfar u s-sulfat tal-molibdat tal-kromat taċ-ċomb aħmar</KEYWORD><KEYWORD>Eżami tan-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ alternattivi xierqa</KEYWORD><KEYWORD>Rikors għal annullament</KEYWORD><KEYWORD>Żamma tal-effetti</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>F’dan l-appell, il-Kummissjoni Ewropea titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190307">7 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>L‑Isvezja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑837/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:144">EU:T:2019:144</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2016) 5644 finali tas‑<DATE ISO="20160907">7 ta’ Settembru 2016</DATE> li tawtorizza għal ċerti użi s-sulfokromat taċ-ċomb isfar u s-sulfat tal-molibdat tal-kromat taċ-ċomb aħmar taħt ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>deċiżjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), u ċaħdet it-talba tal-Kummissjoni li żżomm l-effetti ta’ din id-deċiżjoni sas-sostituzzjoni tagħha b’deċiżjoni ġdida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20061218">18 ta’ Diċembru 2006</DATE> dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="396" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006 L 396, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="136" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 136, p. 3</REF.DOC.OJ>, fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="141" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 141, p. 22</REF.DOC.OJ>, u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="036" PAGE.FIRST="84" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 36, p. 84</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> jistabbilixxi sistema ta’ awtorizzazzjoni għal sustanzi ta’ tħassib serju ħafna fir-rigward tar-riskji tagħhom għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. B’mod ġenerali, skont din is-sistema, ladarba tali sustanza hija inkluża fl-Anness XIV ta’ dan ir-regolament, din tista’ tintuża jew titqiegħed fis-suq wara ċerta data biss jekk tingħata awtorizzazzjoni speċifika mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-każ preżenti jipprovdi lill-Qorti tal-Ġustizzja l-opportunità li tiddeċiedi għall-ewwel darba dwar il-kundizzjonijiet li skonthom il-Kummissjoni tista’ tagħti awtorizzazzjoni, abbażi tal-Artikolu 60 tar-Regolament REACH, għal sustanza ta’ tħassib serju ħafna elenkata fl-Anness XIV għal dak ir-regolament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Hemm kawża oħra pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li tqajjem kwistjonijiet simili, iżda mhux identiċi, relatati b’mod partikolari mal-evalwazzjoni tal-alternattivi mill-Kummissjoni fil-kuntest taċ-ċaħda tagħha ta’ talba għal eżami mill-ġdid intern ta’ deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni: ara ClientEarth vs Il‑Kummissjoni, C‑458/19 P (ara wkoll il-punti 92 u 93 ta’ dawn il-konklużjonijiet). Kawża dwar iċ-ċaħda mill-Kummissjoni ta’ talba għal eżami mill-ġdid intern tad-deċiżjoni inkwistjoni hija wkoll pendenti quddiem il-Qorti Ġenerali: ara ClientEarth <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, T‑436/17.</P></NOTE>. Il-kwistjoni ewlenija mqajma minn dan il-każ tikkonċerna l-evalwazzjoni magħmula mill-Kummissjoni rigward in-nuqqas ta’ alternattivi adatti, li hija waħda mir-rekwiżiti ewlenin sabiex tingħata awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH. Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkonferma l-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża, din il-kawża tqajjem ukoll il-kwistjoni ġdida dwar jekk għandhomx jinżammu l-effetti tagħha sakemm il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni ġdida, fid-dawl tar-regoli tranżitorji previsti fl-Artikoli 56 u 58 tar-Regolament REACH.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>It-Titolu VII tar-Regolament REACH, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jiddedika l-Kapitolu 1 għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Ir-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> u l-Kapitolu 2 għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>L-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>. Il-Kapitolu 1 fih b’mod partikolari l-Artikoli 56 u 58. Il-Kapitolu 2 fih b’mod partikolari l-Artikolu 60.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 56 tar-Regolament REACH, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Dispożizzjonijiet ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="056.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Manifattur, importatur jew utent <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>downstream’ m’għandux iqiegħed fis-suq sustanza għall-użu jew jużaha huwa stess jekk dik is-sustanza tkun inkluża fl-Anness XIV, sakemm:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-użu jew użi ta’ dik is-sustanza waħidha jew fi preparat jew l-inkorporazzjoni ta’ sustanza f’oġġett li għalih is-sustanza titqiegħed fis-suq jew li għalih huwa juża s-sustanza huwa stess ġew awtorizzati skond l-Artikoli 60 sa 64; jew</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>tkun intlaħqet id-data msemmija fl-Artikolu 58(1)(ċ)(i) u huwa għamel applikazzjoni tmintax-il xahar qabel dik id-data iżda għadha ma tteħditx deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni; jew (b)</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 58 tar-Regolament REACH, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>L-inklużjoni ta’ sustanzi fl-Anness XIV<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="058.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Kull meta tittieħed deċiżjoni sabiex jiġu inklużi fl-Anness XIV sustanzi msemmija fl-Artikolu 57, din id-deċiżjoni għandha tittieħed skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 133(4). Għandha tispeċifika għal kull sustanza:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>l-arranġamenti transizzjonali:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>id-data jew dati minn meta t-tqegħid fis-suq u l-użu tas-sustanza għandhom ikunu projbiti sakemm ma tkunx ingħatat awtorizzazzjoni (minn hawn ’il quddiem imsejħa <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>d-data jew dati tat-terminazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/>) li għandha tieħu kont, fejn xieraq, taċ-ċiklu ta’ produzzjoni speċifikat għal dak l-użu;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>id-data jew dati mill-inqas tmintax-il xahar qabel id-data jew dati tat-terminazzjoni sa liema data jew dati għandhom jaslu l-applikazzjonijiet jekk l-applikant jixtieq li jkompli juża s-sustanza jew iqiegħdha fis-suq għal ċerti użi wara d-data jew dati tat-terminazzjoni; tali użu kontinwat għandu jkun permess wara d-data tat-terminazzjoni sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 60 tar-Regolament REACH, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>L-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jipprovdi fil-paragrafi 4 u 5 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="060.004"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>Jekk ma tistax tingħata awtorizzazzjoni skond il-paragrafu 2 jew għal sustanzi elenkati fil-paragrafu 3, tista’ tingħata awtorizzazzjoni biss jekk jintwera li l-benefiċċji soċjo-ekonomiċi jkunu akbar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent mill-użu tas-sustanza, u jekk ma jkunx hemm sustanzi jew teknoloġiji alternattivi adatti. Din id-deċiżjoni għandha tittieħed wara konsiderazzjoni ta’ l-elementi kollha li ġejjin, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-opinjoni tal-Kumitat għall-Istima tar-Riskji u tal-Kumitat għall-Analiżi Soċjo-ekonomika imsemmija fl-Artikolu 64(4) (a) u (b):</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>ir-riskju preżentat mill-użu tas-sustanza, inkluż kemm huma adatti u effettivi l-miżuri għall-immaniġġar tar-riskji proposti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-benefiċċji soċjo-ekonomiċi mill-użu tagħha u l-implikazzjonijiet soċjo-ekonomiċi ta’ rifjut ta’ awtorizzazzjoni, kif muri mill-applikant jew partijiet interessati oħra;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>l-analiżi ta’ l-alternattivi preżentati mill-applikant skond l-Artikolu 62(4)(e) jew kwalunkwe pjan għal sostituzzjoni preżentat mill-applikant skond l-Artikolu 62(4)(ea) u kwalunkwe kontribut ta’ terzi mogħtija taħt l-Artikolu 64(2);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>informazzjoni disponibbli dwar ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent ta’ kwalunkwe sustanza jew teknoloġija alternattiva.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="060.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fl-eżami jekk ikunux disponibbli sustanzi jew teknoloġiji alternattivi adegwati, l-aspetti kollha relevanti għandhom jiġu kkunsidrati mill-Kummissjoni, inklużi:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jekk it-trasferiment għal alternattivi jirriżultawx, kollox meqjus, f’riskji anqas għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent, b’kont meħud ta’ l-adegwatezza u l-effikaċja tal-miżuri ta’ l-immaniġġar tar-riskji;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-affidabbiltà teknika u ekonomika ta’ l-alternattivi għall-applikant.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Il-fatti li wasslu għall-kawża, kif elenkati fil-punti 1 sa 30 tas-sentenza appellata, jistgħu jiġu deskritti fil-qosor kif ġej għall-finijiet tal-kawża preżenti. Jeħtieġ li jingħataw ċerti osservazzjonijiet preliminari dwar ir-Regolament REACH u s-sistema ta’ awtorizzazzjoni (Taqsima A), qabel ma wieħed idur lejn il-fatti li wasslu għall-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali (Taqsima B).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-regolament REACH u s-sistema ta’ awtorizzazzjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Ir-Regolament REACH huwa strument legali ewlieni li jirregola l-leġiżlazzjoni tal-kimiċi fl-Unjoni. Kif il-Qorti tal-Ġustizzja għarfet, skont l-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-regolament, il-finijiet tiegħu huma li jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, inkluża l-promozzjoni ta’ metodi alternattivi għall-evalwazzjoni tal-perikoli tas-sustanzi, kif ukoll il-moviment liberu tas-sustanzi fis-suq intern filwaqt li tittejjeb il-kompetittività u l-innovazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170315">15 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Polynt vs ECHA</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑323/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:207">EU:C:2017:207</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>B’mod partikolari, hekk kif huwa enfasizzat, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, fil-premessi 69 u 70 tar-Regolament REACH, dan ir-regolament jagħti attenzjoni partikolari lis-sustanzi ta’ tħassib serju ħafna. Dawn is-sustanzi huma għalhekk suġġetti għas-sistema ta’ awtorizzazzjoni prevista fit-Titolu VII tar-Regolament REACH. L-Artikolu 55 ta’ dan ir-regolament jipprevedi li l-iskop ta’ din is-sistema ta’ awtorizzazzjoni huwa, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>li jiżgura l-funzjonament korrett tas-suq intern filwaqt li jiżgura li r-riskji mis-sustanzi ta’ tħassib serju ħafna jiġu kontrollati tajjeb u li dawn is-sustanzi eventwalment jiġu sostitwiti progressivament minn sustanzi jew teknoloġiji alternattivi adatti fejn dawn ikunu ekonomikament u teknikament vijabbli<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171025">25 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>PPG u SNF vs ECHA</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑650/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:802">EU:C:2017:802</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Is-sistema ta’ awtorizzazzjoni tinkludi tliet stadji<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Għal diskussjoni fil-fond, ara, pereżempju, Herbatschek, N. <HT TYPE="ITALIC">et al</HT>., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>The REACH Programmes and proceedings<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, f’Bergkamp, L. (edizzjoni), The European Union REACH Regulation for Chemicals: <HT TYPE="ITALIC">Law and Practice</HT>, Oxford University Press, 2013, p. 83‑170, fil-p. 133‑146.</P></NOTE>. L-ewwel stadju huwa l-proċedura ta’ identifikazzjoni tas-sustanzi ta’ tħassib serju ħafna, fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57 tar-Regolament REACH. It-tieni stadju huwa l-inklużjoni ta’ dawn is-sustanzi fil-lista tas-sustanzi suġġetti għall-awtorizzazzjoni fl-Anness XIV ta’ dan ir-regolament. It-tielet fażi – li fiha tinsab din il-kawża – tikkonċerna l-proċedura li twassal, jekk ikun il-każ, għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni għal sustanza ta’ tħassib serju ħafna<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171025">25 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>PPG u SNF vs ECHA</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑650/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:802">EU:C:2017:802</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Konsegwentement, kif stabbilit fl-Artikoli 56 u 58 tar-Regolament REACH, is-sustanzi ta’ tħassib serju ħafna inklużi fl-Anness XIV ta’ dan ir-regolament ma jistgħux jintużaw jew jitqiegħdu fis-suq sabiex jintużaw minn manifatturi, importaturi jew utenti downstream wara data speċifika (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>id-data tat-terminazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), sakemm l-użu ma jkunx ġie awtorizzat jew japplikaw ċerti limitazzjonijiet, inkluż meta applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tkun ġiet ippreżentata qabel l-aħħar data għall-applikazzjoniindikata għas-sustanza, iżda tkun għadha ma tteħditx deċiżjoni mill-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara r-Regolament REACH, Artikoli 56(1)(a) u (d), u 58(1)(ċ)(ii).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Manifatturi u importaturi jistgħu jissottomettu applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni sabiex sustanza titqiegħed fis-suq, sabiex jużaw dik is-sustanza huma stess u sabiex jagħtu l-użu tagħha lill-utenti downstream tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara r-Regolament REACH, Artikoli 56(1)(e) u (2), u 62(2) u (3).</P></NOTE>. Filwaqt li dawk l-applikazzjonijiet isiru lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (iktar il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>ECHA<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara r-Regolament REACH, Artikolu 62(1).</P></NOTE>, stabbilita skont dan ir-regolament sabiex tgħin tamministra d-dispożizzjonijiet tagħha, hija l-Kummissjoni li tieħu d-deċiżjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara r-Regolament REACH, Artikolu 60(1).</P></NOTE>. Deċiżjonijiet ta’ awtorizzazzjoni jispeċifikaw, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, l-użu kopert(i), il-perijodu ta’ żmien għar-reviżjoni tal-awtorizzazzjoni u l-kundizzjonijiet li għalihom hija suġġetta l-awtorizzazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara r-Regolament REACH, Artikoli 60(8) u (9), u 61; premessa 72.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat li l-Artikolu 60 tar-Regolament REACH jistabbilixxi żewġ rotot possibbli li bihom tista’ tingħata awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni: l-ewwel, ir-rotta ta’ kontroll adegwat skont l-Artikolu 60(2) tar-Regolament REACH, fejn ir-riskju mill-użu tas-sustanza huwa kkontrollat b’mod adegwat, u, it-tieni, ir-rotta soċjo-ekonomika skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH, inkwistjoni hawnhekk, li teħtieġ li jiġu ssodisfatti żewġ kriterji kumulattivi, jiġifieri (i) li l-benefiċċji soċjo-ekonomiċi huma ikbar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent li jirriżulta mill-użu tas-sustanza u (ii) li ma hemmx sustanzi jew teknoloġiji alternattivi adatti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara wkoll ir-Regolament REACH, premessi 22 u 69.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>L-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH jinkariga lill-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni wara li tqis diversi elementi, fosthom b’mod partikolari l-analiżi tal-alternattivi ppreżentati mill-applikant<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Skont l-Artikolu 62(4)(e) tar-Regolament REACH, applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandu jinkludi, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, analiżi tal-alternattivi li tikkunsidra r-riskji tagħhom u l-fattibbiltà teknika u ekonomika tas-sostituzzjoni.</P></NOTE> u kull sottomissjoni ta’ terzi bħala parti mill-proċedura, kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitati għall-Istima tar-Riskji u għall-Analiżi Soċjo-ekonomika. L-Artikolu 60(5) tar-Regolament REACH jippreċiża barra minn hekk li, fl-evalwazzjoni dwar jekk alternattivi adatti humiex disponibbli, il-Kummissjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-aspetti rilevanti kollha, inkluż, fl-ewwel lok, dwar jekk it-trasferiment lejn alternattivi jwassalx għal tnaqqis fir-riskji globali għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent; u, fit-tieni lok, il-fattibbiltà teknika u ekonomika ta’ alternattivi għall-applikant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni tagħha wara l-proċedura msemmija fl-Artikolu 64 tar-Regolament REACH. B’mod partikolari, dan jinvolvi, skont l-Artikolu 64(2) ta’ dan ir-regolament, konsultazzjoni pubblika, li tagħti lil terzi l-possibbiltà li jissottomettu informazzjoni dwar sustanzi jew teknoloġiji alternattivi. Skont l-Artikolu 64(3) u (4) tar-Regolament REACH, il-Kumitati għall-Istima tar-Riskji (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>RAC<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>) u għall-Analiżi soċjo-ekonomika (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>SEAC<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>), li huma entitajiet li jaqgħu taħt l-ECHA għall-eżekuzzjoni ta’ kompiti differenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara, b’mod partikolari, ir-Regolament REACH, Artikoli 76(1)(ċ) u (d), 77(3) u 85.</P></NOTE>, għandhom jagħtu l-opinjonijiet tagħhom fuq l-aspetti rilevanti tat-talba, li jinkludu, fil-każ tas-SEAC, id-disponibbiltà ta’ alternattivi. Skont l-Artikolu 64(8) tar-Regolament REACH, il-Kummissjoni għandha tipprepara abbozz ta’ deċiżjoni f’terminu ta’ tliet xhur minn meta tirċievi dawn l-opinjonijiet u tadotta d-deċiżjoni finali skont il-proċedura ta’ komitoloġija applikabbli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara wkoll ir-Regolament REACH, premessa 83.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fatti li wasslu għall-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Is-sulfokromat taċ-ċomb isfar (C.I Pigment Yellow 34) u s-sulfat tal-molibdat tal-kromat taċ-ċomb aħmar | (C.I. Pigment Red 104) (iktar ’il quddiem, flimkien, is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>sustanzi inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>) huma sustanzi magħmula miċ-ċomb u l-kromat VI. Minħabba d-durabbiltà, il-kulur ċar u l-fatt li jleqqu, huma kienu jintużaw b’mod partikolari fil-verniċ u ż-żebgħa (pereżempju, għall-pontijiet u għall-kostruzzjonijiet tal-ħadid u tal-azzar), sabiex jissodisfaw funzjoni ta’ sinjali (bħal fuq sinjali ta’ twissija) u għas-sinjali tat-triq sofor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Skont ir-Regolament Nru 125/2012<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 125/2012 tal‑<DATE ISO="20120214">14 ta’ Frar 2012</DATE> li jemenda l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="041" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 41, p. 1</REF.DOC.OJ>), premessi 6 u 7; Anness, Numri tad-dħul 11 u 12.</P></NOTE>, is-sustanzi inkwistjoni ġew inklużi fil-lista ta’ sustanzi ta’ tħassib serju ħafna fl-Anness XIV tar-Regolament REACH minħabba l-proprjetajiet tagħhom ta’ karċinoġeniċi u ta’ sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni umana. Konsegwentement, l-użu u t-tqegħid tagħhom fis-suq kienu suġġetti għal awtorizzazzjoni wara l‑<DATE ISO="20150521">21 ta’ Mejju 2015</DATE> (id-data tat-terminazzjoni) u l-aħħar data ta’ applikazzjoni kienet il‑<DATE ISO="20131121">21 ta’ Novembru 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20131119">19 ta’ Novembru 2013</DATE>, DCC Maastricht BV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>DCC Maastricht<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> jew l-applikant<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Kif indikat fil-punt 5 tas-sentenza appellata, DCC Maastricht hija l-uniku rappreżentant, fis-sens tal-Artikolu 8 tar-Regolament REACH, ta’ manifattur tas-sustanzi inkwistjoni barra mill-Unjoni (Kanadiż), b’tali mod li tirrappreżentah għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tas-sustanzi tagħha skont dan ir-regolament.</P></NOTE>, li tipprovdi s-sustanzi inkwistjoni lil madwar 100 utent downstream fl-Unjoni, ippreżentat applikazzjoni għal awtorizzazzjoni (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>applikazzjoni għal awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>) għat-tqegħid fis-suq ta’ dawn is-sustanzi għas-sitt użi li ġejjin, li huma identiċi għaż-żewġ sustanzi:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>id-distribuzzjoni u t-taħlit ta’ trab tal-pigment f’ambjent industrijali f’żebgħa bbażata fuq is-solventi mhux maħsuba għal użu tal-konsumaturi (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>użu 1<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>);</P></ITEM><ITEM><P>l-applikazzjoni industrijali taż-żebgħa fuq uċuħ tal-metall (bħal magni, vetturi, strutturi, sinjali, għamara tat-triq, il-kisi tal-koljaturi, eċċ) (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>użu 2<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>);</P></ITEM><ITEM><P>l-applikazzjoni taż-żebgħa fuq uċuħ tal-metall (bħall-magni, il-vetturi, l-istrutturi, is-sinjali, l-għamara tat-triq, eċċ) jew għas-sinjali tat-triq min-naħa tal-professjonisti u mhux għall-konsumaturi (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>użu 3<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>);</P></ITEM><ITEM><P>id-distribuzzjoni u t-taħlit ta’ trab tal-pigment f’ambjent industrijali sabiex isiru taħlitiet f’forma likwida jew solida lesti minn qabel sabiex jintużaw sabiex jingħata kulur lil oġġetti tal-plastik jew plastiċizzati mhux maħsubin għal użu min-naħa tal-konsumaturi (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>użu 4<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>);</P></ITEM><ITEM><P>l-użu industrijali ta’ taħlitiet u ta’ komposti f’forma likwida jew solida lesti minn qabel li fihom pigment sabiex jingħata kulur lil oġġetti tal-plastik jew plastiċizzati mhux maħsubin għal użu min-naħa tal-konsumaturi (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>użu 5<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>); u</P></ITEM><ITEM><P>l-użu ta’ taħlitiet u ta’ komposti f’forma likwida jew solida lesti minn qabel li fihom pigment fl-applikazzjoni ta’ sinjali tat-triq permezz tat-tidwib bis-sħana min-naħa tal-professjonisti (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>użu 6<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>).</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-konsultazzjoni pubblika, organizzata skont l-Artikolu 64(2) tar-Regolament REACH, il-manifatturi, l-utenti downstream tas-sustanzi inkwistjoni, l-organizzazzjonijiet industrijali, l-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi ppreżentaw opinjonijiet dwar l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni. B’mod partikolari, dawn l-utenti downstream indikaw li eventwali sustanzi alternattivi ma kinux joffru l-istess vantaġġi u kienu iktar għalja fil-parti l-kbira tal-każijiet. Kuntrarjament, il-membri tal-industrija taż-żebgħa u l-kisi indikaw li kien hemm sustanzi alternattivi iktar siguri u xierqa li jistgħu jintużaw għal spiża raġonevoli. DCC Maastricht wieġbet li numru ta’ impriżi kellhom bżonn sustanzi inkwistjoni sabiex jimmanifatturaw prodotti speċifiċi intiżi għal ċerti użi msejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>niċċa<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20141211">11 ta’ Diċembru 2014</DATE>, ir-RAC u s-SEAC adottaw 12‑il opinjoni kkonsolidata fuq kull wieħed mis-sitt użi għaż-żewġ sustanzi inkwistjoni. Fl-opinjonijiet tagħha, is-SEAC <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>ikkonfermat li ma <HT TYPE="ITALIC">kienx</HT> jidher li kien hemm alternattivi adatti mill-perspettiva tal-fattibbiltà teknika u ekonomika tagħhom għall-applikant<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Fil-laqgħat tas‑7 u tat‑<DATE ISO="20150708">8 ta’ Lulju 2015</DATE>, tat‑22 u tat‑<DATE ISO="20150923">23 ta’ Settembru 2015</DATE>, tat‑3 u tal‑<DATE ISO="20160204">4 ta’ Frar 2016</DATE> u tas‑6 u tas‑<DATE ISO="20160707">7 ta’ Lulju 2016</DATE>, l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ġiet eżaminata fi ħdan il-Kumitat tal-Komitoloġija stabbilit skont l-Artikolu 133 tar-Regolament REACH (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>Kumitat REACH<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>). B’mod partikolari, żewġ Stati Membri u r-Renju tan-Norveġja indikaw li s-sustanzi inkwistjoni ma kinux użati għas-sinjali tat-triq sofor u, f’wieħed minn dawn l-Istati Membri, tali użu kien ipprojbit 20 sena ilu. Il-Kumitat REACH finalment ta opinjoni pożittiva dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni; 23 Stati Membri vvotaw favur, filwaqt li 3 Stati Membri, fosthom ir-Renju tal-Isvezja, ivvotaw kontra u 2 Stati Membri astjenew.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20160907">7 ta’ Settembru 2016</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kontenzjuża. Permezz ta’ din id-deċiżjoni, hija tat awtorizzazzjoni lil DCC Maastricht, abbażi tal-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH, għas-sustanzi inkwistjoni f’dak li jirrigwarda s-sitt użi mitluba, bla ħsara għal ċerti kundizzjonijiet u limitazzjonijiet (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Fil-premessi 8 u 9 tad-deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni kkonstatat li, minħabba <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>Minħabba d-diffikultajiet li jiġi stabbilit kompletament in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ alternattivi teknikament fattibbli għall-użi kollha koperti<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] l-awtorizzazzjoni għandha tiġi rriveduta iktar kmieni minn kif kien irrakkomandat mis-SEAC. Hija nnotat ukoll fil-premessa 9 ta’ din id-deċiżjoni li, wara evalwazzjoni mal-Istati Membri, deher li l-użu tas-sustanzi inkwistjoni fis-settur tas-sinjali tat-triq kien ġie ssostitwit jew ipprojbit f’ċerti Stati Membri, iżda mhux f’oħrajn. Għalhekk, skont il-Kummissjoni, kien xieraq li l-perijodu ta’ reviżjoni jiġi ffissat għal 7 snin, minflok 12‑il sena, għall-użi 1, 2, 4 u 5 u għal 4 snin, minflok 7 snin, għall-użi 3 u 6.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Fil-premessa 12 tad-deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni indikat:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>Minħabba d-diffikultajiet li jiġi stabbilit kompletament in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ alternattivi teknikament fattibbli għall-użi kollha koperti mill-applikazzjoni, għandhom jiġu speċifikati wkoll l-użi awtorizzati, f’termini tal-karatteristiċi ta’ prestazzjoni teknikament meħtieġa ta’ taħlitiet [ta’ pigmenti] lesti minn qabel, ta’ żebgħat u ta’ komposti lesti minn qabel li fihom pigmenti u ta’ oġġetti li jinkluduhom, miksuba permezz taż-żewġ sustanzi u li ma jistgħux jinkisbu permezz ta’ sustanzi jew ta’ teknoloġiji alternattivi adatti, ikunu liema jkunu. L-awtorizzazzjoni għandha għaldaqstant tkun suġġetta għall-kundizzjoni li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jippreżenta rapport dwar l-adegwatezza u d-disponibbiltà ta’ alternattivi għall-utenti downstream tiegħu u, fuq din il-bażi, jirfina d-deskrizzjoni tal-użi awtorizzati […]<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</P></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fl-Artikolu 1(1) u (2) tad-deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni awtorizzat is-sitt użi tas-sustanzi mitluba inkwistjoni f’dan il-każ, kif indikati fl-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni (ara l-punt 6 iktar ’il fuq), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>bil-kundizzjoni li l-prestazzjoni tat-taħlitiet lesti minn qabel [tal-pigmenti], taż-żebgħat u tal-komposti ta’ kulur lesti minn qabel li jkun fihom [is-sustanzi inkwistjoni], jew tal-oġġetti lesti li jkunu jinkluduhom, f’termini ta’ funzjonalità, ta’ intensità tal-kulur, ta’ opaċità (setgħa ta’ ħabi) ta’ dispersibbiltà, ta’ reżistenza għall-kundizzjonijiet tad-dawl u t-temp, ta’ stabbiltà fis-sħana jew ta’ nuqqas ta’ tlissija, jew kombinazzjoni ta’ dawn, tista’ teknikament tintlaħaq biss permezz tal-użu tal-imsemmija sustanzi u li din il-prestazzjoni tkun meħtieġa għall-użu previst<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(3)(d) tad-deċiżjoni kontenzjuża, l-awtorizzazzjoni hija suġġetta għall-kundizzjoni li l-utenti downstream tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għandhom jipprovdu lill-ECHA, sat‑<DATE ISO="20170630">30 ta’ Ġunju 2017</DATE>, informazzjoni dwar l-istatus dwar l-adattatezza u d-disponibbiltà ta’ alternattivi għall-użi tagħhom, bl-għoti ta’ ġustifikazzjoni b’mod iddettaljat tan-neċessità li jużaw is-sustanzi inkwistjoni f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Fl-Artikolu 1(3)(e) tad-deċiżjoni kontenzjuża, l-awtorizzazzjoni hija suġġetta għall-kundizzjoni li d-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jippreżenta lill-Kummissjoni, sal‑<DATE ISO="20171231">31 ta’ Diċembru 2017</DATE>, rapport dwar l-elementi msemmija fl-Artikolu 1(3)(d), ta’ din id-deċiżjoni. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni huwa meħtieġ li jirfina, f’dak ir-rapport, id-deskrizzjoni tal-użi awtorizzati, abbażi tal-informazzjoni dwar l-alternattivi kif ipprovduta mill-utenti downstream tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fl-Artikolu 3(b) tad-deċiżjoni kontenzjuża, fuq talba tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, l-utenti downstream għandhom jiġġustifikaw ir-raġunijiet li għalihom japplikaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 1(1) u (2) u għaliex il-parametri ta’ prestazzjoni huma neċessarji għall-użu previst.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20161128">28 ta’ Novembru 2016</DATE>, ir-Renju tal-Isvezja ppreżenta rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni talbet li r-rikors jiġi miċħud. Hija talbet ukoll lill-Qorti Ġenerali, fil-każ ta’ annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża, iżżomm l-effetti tagħha sakemm tiġi ssostitwita permezz ta’ deċiżjoni ġdida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjonijiet tal‑24 ta’ Marzu u tat‑<DATE ISO="20170503">3 ta’ Mejju 2017</DATE>, il-President tal-Ħames Awla tal-Qorti Ġenerali awtorizza lir-Renju tad-Danimarka, lir-Repubblika tal-Finlandja u lill-Parlament Ewropew sabiex jintervjenu insostenn tat-talbiet tar-Renju tal-Isvezja. Barra minn hekk, permezz tad-digriet tal‑<DATE ISO="20170720">20 ta’ Lulju 2017</DATE>, l-ECHA tħalliet tintervjeni sabiex issostni t-talbiet tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali laqgħet it-tieni parti tal-ewwel motiv imqajjem mir-Renju tal-Isvezja, li jallega li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH billi tat l-awtorizzazzjoni mingħajr ma stabbilixxiet debitament li ma kienx hemm alternattivi adatti sabiex jissostitwixxu s-sustanzi inkwistjoni għall-użi mitluba, u annullat id-deċiżjoni kontenzjuża (punti 57 sa 106 tas-sentenza appellata)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Il-Qorti Ġenerali qieset li ma kienx neċessarju li jiġu eżaminati l-argumenti u l-motivi l-oħra mqajma fil-kawża (punti 46, 47 u 106 tas-sentenza appellata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ċaħdet ukoll it-talba tal-Kummissjoni li żżomm l-effetti tad-deċiżjoni kontenzjuża sakemm tiġi ssostitwita permezz ta’ deċiżjoni ġdida (punti 107 sa 112 tas-sentenza appellata).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u t-talbiet tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Permezz ta’ dan l-appell, ippreżentat fl‑<DATE ISO="20190520">20 ta’ Mejju 2019</DATE>, il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza appellata, tiċħad ir-rikors imressaq mir-Renju tal-Isvezja u tikkundanna lir-Renju tal-Isvezja għall-ispejjeż. Sussidjarjament, il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali għal kunsiderazzjoni mill-ġdid, tirriżerva l-ispejjeż tal-ewwel istanza u tal-appell, u żżomm l-effetti tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>L-ECHA, li intervjeniet fl-ewwel istanza insostenn tal-Kummissjoni, issostni t-talbiet tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Isvezja jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad l-appell u tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika tal-Finlandja u l-Parlament, intervenjenti fl-ewwel istanza insostenn tar-Renju tal-Isvezja, isostnu t-talbiet tar-Renju tal-Isvezja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal‑<DATE ISO="20191121">21 ta’ Novembru 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Il‑<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kummissjoni vs L‑Isvezja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑389/19 P‑R</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1007">EU:C:2019:1007</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll in-nota ta’ qiegħ il-paġna 35 ta’ dawn il-konklużjonijiet u t-test li jakkumpanjaha.</P></NOTE>, il-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja laqa’ t-talba għal miżuri provviżorji tal-Kummissjoni intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tas-sentenza appellata sal-eżitu tal-appell ippreżentat kontra din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Inżammet seduta fis‑<DATE ISO="20200707">7 ta’ Lulju 2020</DATE> li matulha r-Renju tad-Danimarka, ir-Renju tal-Isvezja, il-Parlament, il-Kummissjoni u l-ECHA ppreżentaw l-osservazzjonijiet orali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqajjem erba’ aggravji. L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq l-evalwazzjoni żbaljata tal-oneru tal-prova dwar in-nuqqas ta’ alternattivi adatti skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH. It-tieni aggravju huwa bbażat fuq in-nuqqas li tiġi kkunsidrata s-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni sabiex tiffissa limitu żero għal fattibbiltà teknika ta’ alternattivi, skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH. It-tielet aggravju huwa bbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH f’dak li jirrigwarda l-portata parzjali u l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni li jinsabu fid-deċiżjoni kontenzjuża. Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq l-evalwazzjoni żbaljata tat-talba għaż-żamma tal-effetti tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Għar-raġunijiet esposti iktar ’il quddiem, inqis li l-ewwel, it-tieni u t-tielet aggravji huma infondati filwaqt li r-raba’ aggravju huwa fondat. F’dawn iċ-ċirkustanzi, jien tal-fehma li l-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata għandu jiġi annullat u l-Qorti tal-Ġustizzja għandha żżomm l-effetti tad-deċiżjoni kontenzjuża sakemm din tiġi ssostitwita b’deċiżjoni ġdida.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-ewwel aggravju (dwar l-oneru tal-prova applikabbli għan-nuqqas ta’ alternattivi adatti)</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Sunt tal-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel aggravju, il-Kummissjoni, sostnuta b’mod ġenerali mill-ECHA, issostni, essenzjalment, li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi manifest, fil-punti 79, 81, 85, 86, 90 u 101 tas-sentenza appellata, f’dak li jirrigwarda l-oneru tal-prova applikabbli għan-nuqqas ta’ alternattivi adatti skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>L-ewwel, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali imponiet oneru tal-prova impossibbli meta eżiġiet li l-applikant għall-awtorizzazzjoni u l-Kummissjoni jeliminaw kull inċertezza xjentifika sabiex tipprova li ma hemm l-ebda alternattivi adatti skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH. Fil-fehma tagħha, l-evalwazzjoni tal-alternattivi timplika evalwazzjoni xjentifika li hija kkaratterizzata minn inċertezza sostanzjali, bir-riżultat li, jekk din l-inċertezza kollha għandha tiġi eskluża, din tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/><HT TYPE="ITALIC">probatio diabolica</HT><QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> (jiġifieri rekwiżit legali li jiġu prodotti provi li huwa impossibbli li jinkisbu).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>It-tieni, il-Kummissjoni tikkritika l-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali li, fid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kontenzjuża, kien għad hemm inċertezzi sinjifikattivi fir-rigward tan-nuqqas ta’ alternattivi adatti. Hija ssostni li l-piż tal-prova, inklużi l-inċertezzi, turi li l-alternattivi ma kinux jilħqu l-istess livell ta’ prestazzjoni teknika bħas-sustanzi inkwistjoni. Għaldaqstant, hija setgħet tikkonkludi, abbażi tal-applikazzjoni minnha ta’ limitu żero għat-telf ta’ prestazzjoni teknika, li l-alternattivi ma kinux teknikament fattibbli u, għalhekk, inadegwati għall-użi awtorizzati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni enfasizzat waqt is-seduta li l-argument tagħha dwar l-applikazzjoni ta’ livell żero għall-fattibbiltà teknika ta’ alternattivi huwa ammissibbli, peress li jikkostitwixxi kwistjoni ta’ liġi, dwar l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-alternattivi skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH, u dan ma huwiex argument ġdid, peress li dan tressaq, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, fis-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali. Hija ssostni wkoll li l-appell tagħha kontra l-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali jeħtieġ li dan l-argument jiġi żviluppat b’mod iktar dettaljat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Isvezja, sostnut mir-Renju tad-Danimarka u mill-Parlament sostna li l-ewwel aggravju huwa inammissibbli. Ir-Renju tal-Isvezja jsostni li l-applikazzjoni mill-Kummissjoni ta’ limitu żero għal fattibbiltà teknika ta’ alternattivi huwa argument ġdid li ma tqajjimx quddiem il-Qorti Ġenerali u għalhekk ma jistax jiġi eżaminat mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-appell. Għar-Renju tad-Danimarka u għall-Parlament, dan l-aggravju jirrigwarda l-evalwazzjonijiet fattwali tal-Qorti Ġenerali li ma jistgħux ikunu suġġetti għall-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ proċedura ta’ appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Isvezja, sostnut mir-Renju tad-Danimarka, mir-Repubblika tal-Finlandja u mill-Parlament, sostna, barra minn hekk, li l-ewwel aggravju huwa infondat. Fil-fehma tagħhom, il-Qorti Ġenerali ma imponietx oneru tal-prova impossibbli rigward l-evalwazzjoni tan-nuqqas ta’ alternattivi adatti, u l-allegazzjonijiet tal-Kummissjoni huma bbażati fuq qari żbaljat tas-sentenza appellata. Ir-Renju tal-Isvezja jikkontesta wkoll l-applikazzjoni mill-Kummissjoni ta’ limitu żero ta’ fattibbiltà teknika ta’ alternattivi, peress li ma jirriżultax mid-deċiżjoni kontenzjuża jew minn dokumenti oħra fil-proċess u li ma huwiex konformi mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH. B’mod partikolari, dan huwa minħabba li hija ma tiħux inkunsiderazzjoni li l-prestazzjonijiet tekniċi għandhom ikunu neċessarji sabiex jissodisfaw funzjoni speċifika fl-użu li għalih intalbet l-awtorizzazzjoni. B’hekk, hija tneħħi kull sens mir-rekwiżit dwar in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ alternattivi, peress li ebda sustanza ma għandha eżattament l-istess proprjetajiet tekniċi bħall-oħrajn.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Evalwazzjoni tal-ewwel aggravju</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>L-ewwel, ir-Renju tad-Danimarka u l-Parlament jikkontestaw, essenzjalment, l-ammissibbiltà tal-ewwel aggravju sa fejn dan jirrigwarda l-evalwazzjoni mill-Qorti Ġenerali tal-fatti u tal-provi li abbażi tagħhom hija kkonstatat li l-Kummissjoni ma kinitx debitament stabbilixxiet in-nuqqas ta’ alternattivi adatti, skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH. Fl-assenza ta’ allegazzjonijiet ta’ żnaturament tal-fatti u tal-provi, din l-evalwazzjoni ma tistax tiġi mistħarrġa mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-proċedura ta’ appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà ma tistax tirnexxi. Il-kwistjoni dwar jekk il-Qorti Ġenerali wettqitx żball fir-rigward tal-oneru tal-prova applikabbli għan-nuqqas ta’ alternattivi adatti skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH tikkonċerna jekk il-Qorti Ġenerali applikatx l-istandard legali korrett bħala l-bażi għall-evalwazzjoni tagħha tal-fatti u l-provi, li hija kwistjoni ta’ liġi suxxettibbli li tiġi riveduta mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-appell<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111025">25 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Solvay vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑109/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:686">EU:C:2011:686</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111025">25 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Solvay vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑110/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:687">EU:C:2011:687</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jääskinen fil-kawża Id‑<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Danimarka vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑417/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:286">EU:C:2014:286</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Barra minn hekk, il-kwistjoni dwar jekk il-Qorti Ġenerali setgħetx korrettament tikkonkludi, abbażi tal-fatti u tal-provi quddiemha, li l-Kummissjoni wettqet żball fl-evalwazzjoni tagħha tan-nuqqas ta’ alternattivi adatti skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH tikkonċerna l-klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti tal-kawża, li l-istħarriġ tagħha jaqa’ taħt il-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-appell<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Spanja <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑128/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:591">EU:C:2018:591</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>It-tieni, ir-Renju tal-Isvezja jikkontesta l-ammissibbiltà tal-ewwel aggravju fir-rigward tal-allegazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ limitu żero għal fattibbiltà teknika ta’ alternattivi minħabba li dan huwa argument ġdid li ma tqajjimx quddiem il-Qorti Ġenerali u li għalhekk ma jistax jiġi kkunsidrat mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-appell.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà wkoll ma tistax tirnexxi. Skont ġurisprudenza stabbilita, rikorrent huwa intitolat li jippreżenta appell billi jinvoka motivi li jirriżultaw mis-sentenza appellata stess u li huma intiżi li jikkritikaw, fid-dritt, il-fondatezza tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180906">6 ta’ Settembru 2018</DATE>, Ir‑<NAME.CASE>Repubblika Ċeka vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑4/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:678">EU:C:2018:678</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, bħalma huwa l-każ hawnhekk. Permezz tal-argument tagħha dwar l-applikazzjoni ta’ limitu żero għal fattibbiltà teknika ta’ alternattivi, il-Kummissjoni tipprova turi li, għal din ir-raġuni, ma kienx hemm inċertezzi sinjifikattivi fir-rigward tan-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ alternattivi u li hija wettqet evalwazzjoni xierqa ta’ dan ir-rekwiżit skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH. Għaldaqstant, dan l-argument huwa intiż sabiex jikkontesta l-fondatezza, fid-dritt, tal-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata. Barra minn hekk, dan l-argument kien tqajjem mill-Kummissjoni fis-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali fir-rigward ta’, b’mod partikolari, it-tieni parti tal-ewwel motiv tar-Renju tal-Isvezja, li fuqha huwa bbażat l-annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Għalhekk, nikkunsidra, l-ewwel aggravju ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel aggravju, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta imponiet oneru tal-prova impossibbli skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH, li jeħtieġ lill-applikant għall-awtorizzazzjoni u l-Kummissjoni li jeliminaw kull inċertezza sostanzjali li ma hemm l-ebda alternattiva adatta. F’dan ir-rigward, hija ssostni li, abbażi tal-applikazzjoni minnha ta’ livell żero għall-fattibbiltà teknika tal-alternattivi, ma kienx hemm inċertezzi sinjifikattivi fl-evalwazzjoni tagħha tal-alternattivi adatti fil-mument meta ttieħdet id-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, l-ewwel aggravju għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Jidhirli li l-qari li tagħmel il-Kummissjoni tal-punti 79, 81, 85, 86, 90 u 101 tas-sentenza appellata ma huwiex konvinċenti. Dawn il-punti għandhom jinqraw fil-kuntest proprju tagħhom. Għalhekk, l-ewwel aggravju jidher li huwa bbażat fuq qari żbaljat tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, huwa ċar li, fil-punti 79, 81, 85, 86, 90 u 101 tas-sentenza appellata, meta moqrija flimkien, b’mod partikolari, mal-punti 77, 78, 84 u 87 sa 98 tagħha, il-Qorti Ġenerali ma rrikjedietx li kull inċertezza xjentifika tiġi eskluża min-naħa tal-applikant għall-awtorizzazzjoni jew tal-Kummissjoni. Għall-kuntrarju, fl-imsemmija punti, il-Qorti Ġenerali applikat, fil-fehma tiegħi, oneru tal-prova raġonevoli li l-Kummissjoni għandha tissodisfa l-obbligu tagħha li tistabbilixxi, fid-dawl tal-informazzjoni ppreżentata fil-proċedura ta’ awtorizzazzjoni, in-nuqqas ta’ alternattivi adatti skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH. Fil-fatt, fil-punt 86 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-Kummissjoni kienet naqset milli tivverifika informazzjoni sinjifikattiva qabel ma tat l-awtorizzazzjoni sabiex tkun tista’ tikkonkludi li ma kienx hemm alternattivi għall-użi kollha applikati jew li l-inċertezzi li jifdal kienu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>negliġibbli<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif jidher mill-punt 77 tas-sentenza appellata, il-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali fil-punt 79 tas-sentenza appellata, li l-applikant għall-awtorizzazzjoni isostni r-riskju ta’ eventwali impossibbiltà li jistabbilixxi n-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ alternattivi u għalhekk f’każ li jibqgħu l-inċertezzi, ma jistax jingħata awtorizzazzjoni, li tirriżulta mill-formulazzjoni tal-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH, moqri flimkien mal-premessa 69 tiegħu, li skont din l-oneru tal-prova jaqa’ fuq l-applikant għall-awtorizzazzjoni f’dan ir-rigward u għalhekk isostni r-riskju fejn dan ir-rekwiżit jibqa’ mhux ipprovat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Bl-istess mod, kif indikat mir-Renju tal-Isvezja, il-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali fil-punt 81 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni ma tistax tadotta deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni abbażi ta’ sempliċi ipoteżi, ma tistax tinqara bħala li jimponi fuqha l-oneru tal-prova impossibbli. Minn din il-konstatazzjoni jirriżulta li jekk hemm biss preżunzjonijiet dwar in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ alternattivi adatti, dan ir-rekwiżit ma ġiex stabbilit, filwaqt li jekk il-Kummissjoni għandha informazzjoni li ssostni l-allegazzjoni li ma hemmx alternattivi adatti, dan ir-rekwiżit ikun issodisfatt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat ukoll li, fil-punt 85 tas-sentenza appellata, moqri flimkien mal-punt 84 tagħha, il-Qorti Ġenerali, ġustament fil-fehma tiegħi, iddeċidiet li, jekk il-provi prodotti mill-analiżi tal-alternattivi tal-applikant għall-awtorizzazzjoni huma kontradetti mill-provi prodotti minn terzi jew minn Stati Membri, il-Kummissjoni għandha teżamina r-rekwiżit dwar in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ alternattivi b’mod iktar iddettaljat, b’tali mod li jekk għad hemm inċertezzi wara tali eżami, dan ir-rekwiżit ma huwiex issodisfatt u l-Kummissjoni ma tistax tagħti awtorizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Huwa fuq din il-bażi li l-Qorti Ġenerali kkonstatat, fil-punt 86 tas-sentenza appellata, li fid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni inkwistjoni, il-Kummissjoni ma kinitx temmet l-eżami tagħha tan-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ alternattivi u li, fl-assenza ta’ eżami iktar fil-fond ta’ dan ir-rekwiżit, l-awtorizzazzjoni ma setgħetx tingħata. Huwa ċar li tali konstatazzjoni kienet ibbażata fuq diversi kunsiderazzjonijiet, stabbiliti fil-punti 87 sa 98 tas-sentenza appellata:</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punt 90 tas-sentenza appellata, moqri flimkien mal-punti 88 u 89 tagħha, li l-informazzjoni ppreżentata minn parti interessata kienet tpoġġi f’dubju l-affermazzjoni tal-applikant, fl-analiżi tagħha tal-alternattivi, li s-sustanzi inkwistjoni kienu kkaratterizzati minn prestazzjoni teknika għolja, li ma kienet tikkorrispondi għall-ebda mill-alternattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ċaħdet ukoll, fil-punt 101 tas-sentenza appellata, l-argument tal-Kummissjoni li hija wettqet analiżi addizzjonali tan-nuqqas ta’ alternattivi adatti, minħabba li dawn l-analiżi kienu jikkonsistu f’informazzjoni addizzjonali mill-applikant li ma tiċċarax l-użi li għalihom ma kienx hemm alternattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-argumenti tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni minnha ta’ limitu żero ta’ fattibbiltà teknika ta’ alternattivi ma humiex konvinċenti, peress li l-Qorti Ġenerali ma ħaditx pożizzjoni f’dan ir-rigward fil-punti tas-sentenza appellata kkontestata mill-Kummissjoni. Indipendentement mill-applikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ tali limitu, argumenti f’dan is-sens ma jippermettux li tiġi ssostanzjata l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali imponiet oneru tal-prova impossibbli skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH. Kif jidher mill-punti 86, 90 u 101 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali, fil-fehma tiegħi ġustament, qieset, fid-dawl tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni teknika tas-sustanzi inkwistjoni, li kienet teżisti evidenza ċara li l-evalwazzjoni mill-Kummissjoni tan-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ alternattivi ma kinitx tlestiet u li l-Kummissjoni ma kinitx spjegat b’mod suffiċjenti r-raġunijiet li għalihom hija kkunsidrat dawn l-alternattivi mhux xierqa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, nipproponi li l-ewwel aggravju jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="13"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">It-tieni aggravju (dwar il-limitu żero ta’ fattibbiltà teknika ta’ alternattivi)</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Sunt tal-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni aggravju, il-Kummissjoni, sostnuta b’mod ġenerali mill-ECHA, issostni, essenzjalment, li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi manifest, fil-punti 86, 90 u 96 tas-sentenza appellata, billi injorat is-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni sabiex tiffissa valur limitu ta’ fattibbiltà teknika u ekonomika fl-evalwazzjoni tal-alternattivi skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH. B’konsegwenza ta’ dan, hija tal-fehma li l-Qorti Ġenerali applikat kriterju ta’ stħarriġ ġudizzjarju żbaljat u ssostitwixxiet ruħha għall-Kummissjoni fl-ibbilanċjar tal-kunsiderazzjonijiet soċjali, ekonomiċi u tekniċi rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li d-deċiżjoni kontenzjuża hija bbażata fuq l-applikazzjoni minnha ta’ limitu żero għal telf ta’ prestazzjoni teknika u li l-ebda alternattiva ma kienet tissodisfa dan il-limitu. Fil-fehma tagħha, l-approċċ tal-Qorti Ġenerali naqset milli tieħu dan inkunsiderazzjoni u għaqqdet dawn iż-żewġ elementi. Skont il-Kummissjoni, hija ma wettqitx żball meta ffissat limitu żero, imbagħad billi evalwat l-alternattivi fid-dawl ta’ dan il-limitu, peress li huwa impossibbli li tiġi evalwata l-fattibbiltà teknika ta’ alternattiva mingħajr ma tiddeċiedi liema livell ta’ telf ta’ prestazzjoni jista’ jitqies bħala aċċettabbli, li japplika b’mod simili għall-fattibbiltà ekonomika. Din id-deċiżjoni taqa’ taħt id-diskrezzjoni tal-Kummissjoni, li tobbligaha tibbilanċja diversi kunsiderazzjonijiet. Huwa għalhekk, li hija ssostni, li l-evalwazzjoni tagħha tal-alternattivi taqa’ fil-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju bbażat fuq l-iżball manifest, kif iddeċidiet ġustament il-Qorti Ġenerali fis-sentenza tagħha tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190404">4 ta’ April 2019</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑108/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:215">EU:T:2019:215</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), iżda li hija naqset milli tapplika fis-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Isvezja, sostnuta mir-Renju tad-Danimarka, teċċepixxi li t-tieni aggravju huwa inammissibbli għal żewġ raġunijiet. L-ewwel, il-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali kkritikati jirrigwardaw kwistjoni ta’ fatt. It-tieni, l-applikazzjoni mill-Kummissjoni ta’ limitu żero ta’ fattibbiltà teknika ta’ alternattivi ma ġietx invokata quddiem il-Qorti Ġenerali u għalhekk tikkostitwixxi argument ġdid li ma jistax jiġi invokat fl-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Isvezja, sostnuta mir-Renju tad-Danimarka, mir-Repubblika tal-Finlandja u mill-Parlament, iżżid li t-tieni aggravju huwa infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>L-ewwel, ir-Renju tal-Isvezja u l-Parlament isostnu li l-approċċ tal-limitu żero adottat mill-Kummissjoni ma jirriżultax mid-deċiżjoni kontenzjuża u l-Kummissjoni lanqas ma qajmet dan l-argument quddiem il-Qorti Ġenerali. Għalhekk, ir-Renju tal-Isvezja jafferma li ma hemm l-ebda prova li tissostanzja l-allegazzjoni tal-Kummissjoni li l-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni dan l-element jew li injorat is-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni. Il-Parlament isostni li, għalkemm dan l-argument jikkostitwixxi sempliċi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>rikostruzzjoni retroattiva<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, huwa, fi kwalunkwe każ, irrilevanti jekk il-Kummissjoni stabbilixxietx tali limitu, peress li l-Qorti Ġenerali bbażat ruħha fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tistabbilixxi b’mod definittiv in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ alternattivi u li huwa jammetti, fid-deċiżjoni kontenzjuża, li ma huwiex ċar jekk jeżistux jew le alternattivi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>It-tieni, ir-Renju tal-Isvezja, sostnuta mir-Renju tad-Danimarka, mir-Repubblika tal-Finlandja u mill-Parlament, issostni li l-approċċ tal-limitu żero tal-Kummissjoni jmur kontra r-Regolament REACH. Ir-Renju tal-Isvezja jsostni li l-Qorti Ġenerali ġustament iddeċidiet li l-alternattivi għandhom jiġu evalwati konkretament skont l-użu previst tagħhom u, għalhekk, billi jiġi stabbilit limitu ta’ telf ta’ prestazzjoni mingħajr ma tittieħed inkunsiderazzjoni l-funzjoni li għaliha din il-prestazzjoni hija neċessarja fir-rigward tal-użu previst, il-Kummissjoni ma osservatx l-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH. Ir-Renju tad-Danimarka u l-Parlament jenfasizzaw li tali approċċ ma huwiex konformi mal-formulazzjoni u mal-għanijiet tar-Regolament REACH u jista’ jċaħħad mis-sustanza tiegħu<?PAGE NO="14"?> r-rekwiżit dwar in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ alternattivi, peress li jillimita s-sostituzzjoni bbażata fuq alternattivi b’karatteristiċi ekwivalenti għas-sustanza inkwistjoni. Ir-Repubblika tal-Finlandja tqis ukoll li l-prestazzjoni teknika għandha tiġi evalwata separatament għal kull użu u li l-approċċ tal-Kummissjoni jwassal sabiex jiġu awtorizzati sustanzi ta’ tħassib serju ħafna faċilment, li jippreġudika s-sistema ta’ awtorizzazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Evalwazzjoni tat-tieni aggravju</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>L-ewwel, ir-Renju tal-Isvezja, flimkien mar-Renju tad-Danimarka, jikkontestaw, essenzjalment, l-ammissibbiltà tat-tieni aggravju minħabba li dan jirrigwarda l-evalwazzjoni mill-Qorti Ġenerali tal-fatti u tal-provi li abbażi tagħhom hija kkonstatat li l-Kummissjoni ma kinitx ipprovat debitament in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ alternattivi, li, fl-assenza ta’ allegazzjonijiet ta’ żnaturament tal-fatti u tal-provi, ma jistgħux jiġu mistħarrġa mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Jiena ma naqbilx ma’ din l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà. Kif enfasizzajt fil-punt 50 ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-kwistjoni dwar jekk il-Qorti Ġenerali setgħetx korrettament tikkonkludi, abbażi tal-fatti u tal-provi prodotti quddiemha, li l-Kummissjoni wettqet żball fl-evalwazzjoni tagħha tan-nuqqas ta’ alternattivi adatti tikkonċerna l-klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti tal-kawża, li l-istħarriġ tagħha jaqa’ taħt il-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>It-tieni, ir-Renju tal-Isvezja, flimkien mar-Renju tad-Danimarka, jikkontestaw l-ammissibbiltà tat-tieni aggravju minħabba li l-allegazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni minnha ta’ limitu żero għal fattibbiltà teknika ta’ alternattivi huwa argument ġdid li ma tqajjimx quddiem il-Qorti Ġenerali u għalhekk ma jistax jiġi eżaminat mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Jiena ma naqbilx ukoll ma’ din l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà. Abbażi tal-analiżi fil-punt 52 ta’ dawn il-konklużjonijiet, l-argument tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni minnha ta’ limitu żero ta’ fattibbiltà teknika ta’ alternattivi għandu jitqies ammissibbli, konformement mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, peress li huwa intiż li jikkontesta l-fondatezza, fid-dritt, tal-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali li l-Kummissjoni naqset milli twettaq evalwazzjoni xierqa tan-nuqqas ta’ alternattivi adatti skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH u tibbaża ruħha fuq argumenti mqajma mill-Kummissjoni fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Nikkunsidra, għalhekk, it-tieni aggravju ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Bit-tieni aggravju, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta interpretat b’mod żbaljat id-diskrezzjoni li l-Kummissjoni għandha sabiex tiddetermina l-limitu ta’ fattibbiltà teknika u ekonomika tal-alternattivi skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH u l-livell ta’ stħarriġ ġudizzjarju fuq id-deċiżjonijiet tagħha meħuda skont din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Kif issemma fil-punt 61 ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-Qorti Ġenerali kkonstatat, fil-punt 86 tas-sentenza appellata, li, fid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni ma kinitx stabbilixxiet debitament in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ alternattivi skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH. Din il-konstatazzjoni kienet ibbażata fuq diversi kunsiderazzjonijiet, stabbiliti fil-punti 87 sa 98 tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat, fil-punt 90 tas-sentenza appellata, li l-informazzjoni ppreżentata minn parti interessata kienet tindika li, taħt ċerti kundizzjonijiet, kienu disponibbli fis-suq tal-Unjoni alternattivi għall-użi kollha msemmija fl-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali kkunsidrat ukoll, fil-punt 96 tas-sentenza appellata, li mill-premessi 8, 9 u 12 tad-deċiżjoni kontenzjuża jirriżulta li l-Kummissjoni kien għad kellha dubji dwar in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ alternattivi teknikament fattibbli għall-użi kollha koperti mill-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, ebda żball ta’ liġi ma jista’ jiġi identifikat f’dawn il-konstatazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, nosserva li d-determinazzjoni mill-Kummissjoni ta’ valur limitu għal fattibbiltà teknika ta’ alternattivi jew ekonomika ma tissemmiex la fid-deċiżjoni kontenzjuża u lanqas fis-sentenza appellata, kemm fis-sommarju tal-argumenti tal-Kummissjoni fil-punti 51 sa 56 ta’ din is-sentenza u lanqas fil-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali. Fil-fatt, is-sentenza appellata ma tiħux pożizzjoni ġenerali fuq is-setgħat diskrezzjonali tal-Kummissjoni sabiex tevalwa l-fattibbiltà teknika ta’ alternattivi. Konsegwentement, kif jindikaw ir-Renju tal-Isvezja u l-Parlament, ebda prova ma tidher li ssostni l-affermazzjoni tal-Kummissjoni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ma ħaditx inkunsiderazzjoni, l-applikazzjoni minnha ta’ livell żero ta’ prestazzjoni teknika fid-deċiżjoni kontenzjuża jew billi injorat is-setgħa diskrezzjonali tagħha li tiffissa limiti għal fattibbiltà teknika u ekonomika ta’ alternattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali, fil-punt 96 tas-sentenza appellata, fir-rigward tal-premessi 8, 9 u 12 tad-deċiżjoni kontenzjuża ma jidhirlix li tista’ tiġi kkritikata. Kif jirriżulta mill-punti 24 u 25 ta’ dawn il-konklużjonijiet, fil-premessi 8, 9 u 12 tad-deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni rrikonoxxiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>d-diffikultajiet li jiġi stabbilit kompletament in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ alternattivi teknikament fattibbli għall-użi kollha koperti<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> tal-użi msemmija fl-applikazzjoni. Għalhekk, il-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali tirriżulta mill-formulazzjoni ta’ dawn il-premessi. L-allegazzjonijiet tal-Kummissjoni li hija applikat limitu żero ta’ fattibbiltà teknika u kkonstatat li ebda alternattiva ma ssodisfat dan il-limitu ma jistgħux jinvalidaw dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Madankollu, sa fejn il-Kummissjoni tallega li l-applikazzjoni minnha ta’ livell żero li jikkonċerna l-fattibbiltà teknika ta’ alternattivi tikkostitwixxi bażi tad-deċiżjoni kontenzjuża, hija tqajjem il-kwistjoni dwar jekk tali approċċ huwiex konformi mar-Regolament REACH. Il-fehma tiegħi ta’ dan l-approċċ hija li alternattiva adatta hija teknikament fattibbli biss jekk hija toffri, għall-użi previsti, l-istess prestazzjoni teknika bħas-sustanzi inkwistjoni. Fuq din il-bażi, jidhirli li, kif jindikaw ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja u l-Parlament, jeżistu indizji serji, fid-dawl tal-formulazzjoni u l-għanijiet tar-Regolament REACH, li tali approċċ ma huwiex konformi mas-sistema ta’ awtorizzazzjoni implimentata minn dan ir-regolament. Lanqas ma hija konformi mas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-Qorti Ġenerali esponiet l-interpretazzjoni tagħha, fil-punti 70 sa 76 tas-sentenza appellata, tal-kunċett ta’ alternattiva adatta għall-finijiet tar-Regolament REACH. B’mod partikolari, hija fakkret li, skont dokument ta’ gwida maħruġ mill-ECHA, alternattiva tindika sostituzzjoni possibbli tas-sustanza inkwistjoni, u li għandha tkun tista’ tissostitwixxi l-funzjoni li din is-sustanza twettaq. Fil-fehma tagħha, il-kunċett ta’ alternattiva adatta mhux biss huwa iktar sigur, iżda wkoll <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>ekonomikament u teknikament vijabbli<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> fis-sens tal-Artikolu 55 tar-Regolament REACH. Din il-frażi timplika, skont il-Qorti Ġenerali, li l-alternattivi adatti ma humiex limitati għall-eżistenza ta’ sustanzi jew teknoloġiji alternattivi fl-astratt jew skont kundizzjonijiet li huma biss ta’ natura eċċezzjonali, iżda li l-evalwazzjoni għandha ssir mill-perspettiva tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni ta’ dawn is-sustanzi, tal-fattibbiltà ta’ dawn it-teknoloġiji u tar-rekwiżiti legali u fattwali meħtieġa għat-tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali żiedet li l-evalwazzjoni tal-alternattivi adatti timplika wkoll kriterju suġġettiv dwar jekk l-alternattivi humiex teknikament u ekonomikament fattibbli <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>għall-applikant<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> għall-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 60(5)(b) tar-Regolament REACH, b’tali mod li, meta alternattiva tkun disponibbli b’mod ġenerali, iżda għada mhux għall-applikant, l-awtorizzazzjoni tista’ dejjem tingħata jekk dak l-applikant jippreżenta pjan ta’ sostituzzjoni, kif previst minn dan ir-regolament, għal sostituzzjoni eventwali tas-sustanza permezz tal-alternattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Mis-sentenza appellata jirriżulta li r-rekwiżit dwar in-nuqqas ta’ alternattivi adatti skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH jimplika evalwazzjoni konkreta, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni kriterji oġġettivi u suġġettivi, fir-rigward tal-kapaċitajiet tal-alternattiva għas-sostituzzjoni tal-funzjoni li twettaq is-sustanza ta’ tħassib serju ħafna fir-rigward tal-użi previsti mill-applikant għall-awtorizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat ukoll li, għalkemm fir-Regolament REACH ma hemmx definizzjonijiet relatati mal-kunċetti ta’ alternattiva jew fattibbiltà teknika u ekonomika xierqa, mill-formulazzjoni tar-Regolament REACH, jiġifieri li l-alternattivi għall-finijiet tal-Artikolu 60(4) u (5) ta’ dan ir-regolament għandhom ikunu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>adegwati<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>fattibbli<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>, jista’ jiġi dedott li dawn għandhom ikunu jistgħu, abbażi ta’ evalwazzjoni raġonevoli tal-ispejjeż, tad-disponibbiltà u tal-effikaċja, jwettqu l-funzjoni moqdija mis-sustanza inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara, f’dan ir-rigward, Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi u li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u r-Regolament (KE) {dwar il-materjal organiku persistenti li jniġġes}, COM(2003) 644 final tad‑<DATE ISO="20031029">29 ta’ Ottubru 2003</DATE>, Memorandum ta’ Spjegazzjoni, abbozz tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 57.</P></NOTE>. Dan huwa sostnut b’mod partikolari mill-Artikolu 60(4)(d) (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>kwalunkwe sustanza jew teknoloġija alternattiva<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>) u mill-Artikolu 60(5) (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>l-aspetti kollha relevanti<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>) tar-Regolament REACH, li jikkostitwixxi kunċett wiesa’ ta’ alternattiva adatta li jista’ jkun kapaċi li jissostitwixxi s-sustanza, u ma huwiex limitat sempliċiment għal sostituti eżatti (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>tnaqqis<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>). Dan jidher ukoll fid-dokumenti ta’ gwida tal-ECHA, li jindikaw li l-fattibbiltà teknika ta’ alternattiva hija bbażata fuq l-alternattiva li tissodisfa jew tissostitwixxi l-funzjoni li twettaq is-sustanza, filwaqt li l-fattibbiltà ekonomika hija kkonċentrata fuq it-tibdil fl-ispejjeż u d-dħul tal-applikant għall-awtorizzazzjoni b’riżultat tat-trasferiment għall-alternattiv<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara, pereżempju, ECHA, Gwida dwar it-tħejjija ta’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="028" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, C 28, p. 1</REF.DOC.OJ>), b’mod partikolari l-punti 3.6 u 3.8. Ara wkoll, iktar reċentement, ECHA, How to apply for authorisation (Kif tapplika għal awtorizzazzjoni), Ottubru 2017, disponibbli fuq https://echa.europa.eu/, punt 3.3.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-evalwazzjoni tan-nuqqas ta’ alternattivi adatti għandha tieħu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, l-għan imfittex mir-Regolament REACH li jiġi żgurat livell għoli ta’ saħħa tal-bniedem u ta’ protezzjoni tal-ambjent, skont l-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-regolament, kif ukoll l-għan speċifiku tas-sistema ta’ awtorizzazzjoni, stabbilita fl-Artikolu 55 tiegħu, li jiġi żgurat li s-sustanzi ta’ tħassib serju ħafna jiġu progressivament issostitwiti b’alternattivi adatti, meta dawn ikunu ekonomikament u teknikament vijabbli (ara l-punti 9 u 10 ta’ dawn il-konklużjonijiet).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, l-applikazzjoni mill-Kummissjoni ta’ livell żero ta’ fattibbiltà teknika ta’ alternattivi kif deskritt fil-punt 84 ta’ dawn il-konklużjonijiet ma jidhirlix li hija konformi mal-kunċett wiesa’ tal-alternattivi adatti riflessi fir-Regolament REACH u mal-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali li l-evalwazzjoni tal-alternattivi adatti għandha tiġi evalwata konkretament fid-dawl taċ-ċirkustanzi u tal-kapaċitajiet rilevanti tal-alternattiva sabiex titwettaq il-funzjoni tas-sustanza għall-użi mitluba. Permezz tal-istabbiliment ta’ limitu għal telf ta’ prestazzjoni teknika mingħajr ma tittieħed inkunsiderazzjoni l-funzjoni li għandha tiġi ssodisfatta mis-sustanza li għaliha din il-prestazzjoni hija neċessarja fl-użi mitluba, tali approċċ jinjora l-fatt li l-fattibbiltà teknika tal-alternattiva għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-funzjoni li għandha titwettaq għall-użu previst u mhux fir-rigward tal-prestazzjoni tas-sustanza ta’ tħassib serju ħafna. Konsegwentement, dan l-approċċ jista’ jkun li jċaħħad mis-sustanza tiegħu r-rekwiżit dwar in-nuqqas ta’ alternattivi adatti skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH, peress li jillimita b’mod inevitabbli l-firxa ta’ alternattivi potenzjali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>Tali approċċ jidher għalhekk li jmur kontra l-għan tar-Regolament REACH ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent sa fejn dan jista’ jwassal għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet f’sitwazzjonijiet fejn alternattivi adatti jistgħu effettivament ikunu disponibbli. Bl-istess mod, huwa jippreġudika l-għan tas-sistema ta’ awtorizzazzjoni fl-Artikolu 55 tar-Regolament REACH li tiġi ffavorita s-sostituzzjoni progressiva tas-sustanzi ta’ tħassib serju ħafna, peress li tista’ twassal għall-possibbiltà li tiġi aċċettata sostituzzjoni fil-każijiet eċċezzjonali biss fejn din ma twassal għal ebda telf ta’ effikaċja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fil-fehma tiegħi, l-ilmenti bbażati fuq il-livell ta’ stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjoni kontenzjuża ma humiex konvinċenti. B’mod partikolari, ir-riferiment magħmul mill-Kummissjoni għas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190404">4 ta’ April 2019</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑108/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:215">EU:T:2019:215</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>L-appell kontra din is-sentenza huwa pendenti: ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 3 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, jidhirli mhux f’loku. Kif indikat mir-Repubblika tal-Finlandja, iċ-ċirkustanzi li jirriżultaw minn din il-kawża huma differenti minn dawk li jirriżultaw f’dik is-sentenza, iktar u iktar peress li dan ma kienx jikkonċerna l-eżami mill-ġdid mill-Qorti Ġenerali ta’ deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni bbażata fuq ir-Regolament REACH, iżda pjuttost deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad talba għal eżami mill-ġdid intern tad-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1367/2006, li timplimenta l-obbligi li jinsabu fil-Konvenzjoni ta’ Aarhus<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20060906">6 ta’ Settembru 2006</DATE> dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="264" PAGE.FIRST="13" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 264, p. 13</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, f’din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-istħarriġ tagħha għal żball manifest jirrigwarda l-evalwazzjoni minn istituzzjoni tal-Unjoni ta’ fatti kumplessi, tali li l-provi mogħtija mill-applikant għandhom ikunu biżżejjed sabiex tagħmel l-evalwazzjonijiet fattwali użati fl-att adottat minn dik l-istituzzjoni mhux plawżibbli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190404">4 ta’ April 2019</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑108/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:215">EU:T:2019:215</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, b’mod partikolari l-punti 246, 248, 249, u 259 sa 262).</P></NOTE>. B’kuntrast, il-punti kkontestati tas-sentenza appellata ma jirrigwardawx il-plawżibbiltà tal-evalwazzjonijiet fattwali tal-Kummissjoni bħala l-bażi għall-awtorizzazzjoni, iżda pjuttost in-nuqqas ta’ konformità mal-obbligu ta’ evalwazzjoni tagħha li tistabbilixxi n-nuqqas ta’ alternattivi adatti skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH. B’mod simili, jien ma nara l-ebda bażi għall-affermazzjoni li l-Qorti Ġenerali ssostitwixxiet lilha nfisha għall-Kummissjoni fl-evalwazzjoni tad-disponibbiltà ta’ alternattivi, peress li l-Qorti Ġenerali ma ddeċidietx fuq din il-kwistjoni f’dawk il-punti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>Għaldaqstant nipproponi li t-tieni aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">It-tielet aggravju (dwar il-portata u l-kundizzjonijiet parzjali ta’ awtorizzazzjoni tad-deċiżjoni kontenzjuża)</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet mfakkra</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet aggravju, il-Kummissjoni, sostnuta b’mod ġenerali mill-ECHA, tafferma li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi manifest, fil-punti 86, 97 u 98 tas-sentenza appellata, fir-rigward tad-deċiżjoni kontenzjuża. Dan l-aggravju huwa maqsum f’żewġ partijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tat-tielet aggravju, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni li d-deċiżjoni kontenzjuża ma kinitx tawtorizza l-użi kollha msemmija fl-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, iżda pjuttost kienet tikkostitwixxi awtorizzazzjoni parzjali għal ċerti użi tas-sustanzi inkwistjoni li fihom il-proprjetajiet tekniċi ta’ prestazzjoni ta’ dawn is-sustanzi kienu neċessarji għall-użu previst. Għalhekk hija ssostni li d-deċiżjoni kontenzjuża ma setgħetx tiġi interpretata fis-sens li r-rekwiżiti tal-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH ma kinux issodisfatti għal awtorizzazzjoni parzjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tat-tielet aggravju, il-Kummissjoni tikkontesta l-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali li ċerti kundizzjonijiet fid-deċiżjoni kontenzjuża jindikaw li l-evalwazzjoni tan-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ alternattivi fl-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH ma ġietx kompluta. Fil-fehma tagħha, huwa possibbli li l-portata tal-awtorizzazzjoni tiġi limitata permezz ta’ kriterji oġġettivi u li jiġi ddefinit l-użu awtorizzat billi jsir riferiment għall-funzjonalitajiet imfittxija, kif sar fl-Artikolu 1(1) u (2) tad-deċiżjoni kontenzjuża. Skont il-Kummissjoni, il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(3)(d) u (e) ta’ din id-deċiżjoni dwar ir-rekwiżiti li jingħata rendikont tad-detentur tal-awtorizzazzjoni u tal-utenti downstream tiegħu kienu intiżi sabiex itejbu l-informazzjoni disponibbli għall-ECHA u l-Kummissjoni fl-istadju tal-eżami mill-ġdid, jew saħansitra qabel. Hija ssostni wkoll li hija ma ddelegatx lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru l-kompitu diskrezzjonali li jevalwaw l-alternattivi skont l-Artikolu 3(b) tad-deċiżjoni kontenzjuża. Fid-dawl ta d-dispożizzjonijiet tar-Regolament REACH dwar ir-rwol tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ dak ir-regolament, bħall-Artikoli 122, 125 u 126 u l-premessi 119 sa 121 tiegħu, hija tikkunsidra li l-fatt li l-Istati Membri ma humiex permessi jwettqu kompiti ta’ monitoraġġ u verifika ta’ konformità fil-kuntest ta’ awtorizzazzjoni tinjora d-diviżjoni tal-kompetenzi previsti f’dak ir-regolament u jista’ jkollha effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98.</NO.P><TXT>Ir-Renju tad-Danimarka jsostni li t-tielet aggravju huwa inammissibbli, peress li huwa bbażat fuq l-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi mill-Qorti Ġenerali, li ma tistax tiġi mistħarrġa fl-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99.</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Isvezja, sostnuta mir-Renju tad-Danimarka, mir-Repubblika tal-Finlandja u mill-Parlament, issostni, barra minn hekk, li t-tielet aggravju huwa infondat. Huma tal-fehma, li l-Qorti Ġenerali ġustament iddeċidiet li l-Kummissjoni naqset milli tasal għal konklużjoni dwar in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ alternattivi, kif jirriżulta mill-kundizzjonijiet fid-deċiżjoni kontenzjuża li kienu jeħtieġu lid-detentur tal-awtorizzazzjoni u l-utenti downstream tiegħu jipprovdu informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta’ alternattivi adatti u fuq l-utenti downstream li jastjenu milli jużaw is-sustanzi inkwistjoni fil-każ fejn huma jidentifikaw alternattiva. Huma jenfasizzaw li, għalkemm huwa possibbli li l-portata tal-awtorizzazzjoni tiġi limitata minn kriterji oġġettivi, il-Kummissjoni ma tistax tifformula kundizzjonijiet li jirrappreżentaw ir-rekwiżiti li hija responsabbli li tevalwa skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH. Ir-Renju tal-Isvezja jsostni wkoll li l-Kummissjoni ma tistax tiddelega lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-kompiti fdati lilha skont ir-Regolament REACH; dawn l-awtoritajiet għandhom is-setgħa li jinforzaw id-deċiżjonijiet ta’ awtorizzazzjoni, iżda ma jistgħux jieħdu pożizzjoni dwar jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 60(4) humiex issodisfatti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Evalwazzjoni tat-tielet aggravju</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100.</NO.P><TXT>Ir-Renju tad-Danimarka jikkontesta, essenzjalment, l-ammissibbiltà tat-tielet aggravju minħabba li jirrigwarda l-evalwazzjoni fattwali tal-Qorti Ġenerali li abbażi tagħha hija kkonstatat li l-Kummissjoni ma kinitx stabbilixxiet debitament in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ alternattivi skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH, li ma tistax tiġi mistħarrġa mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-appell.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, din l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà ma tistax tirnexxi. Kif rilevat fil-punti 50 u 73 ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-kwistjoni dwar jekk il-Qorti Ġenerali setgħetx korrettament tikkonkludi, abbażi tal-fatti u tal-provi prodotti quddiemha, li l-Kummissjoni wettqet żball fl-evalwazzjoni tan-nuqqas ta’ alternattivi xierqa għall-għoti tal-awtorizzazzjoni tikkonċerna l-klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti tal-kawża, li l-istħarriġ tagħha jaqa’ taħt il-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102.</NO.P><TXT>Għalhekk, nikkunsidra, it-tielet aggravju ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103.</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet aggravju tagħha, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH għad-deċiżjoni kontenzjuża. Fl-ewwel parti ta’ dan l-aggravju, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat b’mod żbaljat li kienet awtorizzat l-użi kollha msemmija fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni filwaqt li kienet tat biss awtorizzazzjoni parzjali. Fit-tieni parti ta’ dan l-aggravju, il-Kummissjoni tikkritika l-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali li ċerti kundizzjonijiet fid-deċiżjoni kontenzjuża kienu juru li hija kienet tat l-awtorizzazzjoni qabel ma wettqet eżami suffiċjenti tan-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ alternattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104.</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jiġi rrilevat li l-ewwel parti tat-tielet aggravju jidhirli li hija infondata fil-fatt. Kuntrarjament għal dak li ssostni l-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali kkonstatat, fil-punt 97 tas-sentenza appellata, moqri flimkien mal-punti 54 sa 56 tagħha, li d-deċiżjoni kontenzjuża ma kinitx tawtorizza l-użi kollha mitluba, iżda kienet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>limitata biss għall-każijiet<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> li fihom il-karatteristiċi ta’ prestazzjoni tas-sustanzi inkwistjoni kienu neċessarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105.</NO.P><TXT>Madankollu, huwa minnu li, kif tallega l-Kummissjoni fl-ewwel u fit-tieni parti tat-tielet aggravju, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punti 97 u 98 tas-sentenza appellata, li l-kundizzjonijiet marbuta mill-Kummissjoni mal-awtorizzazzjoni isostnu l-konstatazzjoni tagħha, li tinsab fil-punt 86 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni ma kinitx stabbilixxiet debitament in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ alternattivi fid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106.</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punt 97 tas-sentenza appellata, li l-kundizzjoni fl-Artikolu 1(1) u (2) tad-deċiżjoni kontenzjuża, li skontha l-Kummissjoni llimitat l-awtorizzazzjoni għal dawk il-każijiet li fihom il-prestazzjonijiet tal-kompożizzjonijiet li jinkludu s-sustanzi inkwistjoni kienu realment neċessarji, kienet tammonta għal dikjarazzjoni li utent downstream, kull darba li jidentifika alternattiva, għandu jastjeni milli juża s-sustanzi inkwistjoni. Il-Qorti Ġenerali hija tal-fehma li tali kundizzjoni tikkostitwixxi indikazzjoni qawwija li, fid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni ma kkunsidratx li l-eżami tan-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ alternattivi kien konkluż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punt 98 tas-sentenza appellata, li l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 1(3)(d) u (e) tad-deċiżjoni kontenzjuża, li skonthom l-utenti downstream tad-detentur tal-awtorizzazzjoni kellhom jipprovdu l-informazzjoni dwar l-alternattivi adatti u disponibbli li kienu jiġġustifikaw b’mod iddettaljat in-neċessità li jintużaw is-sustanzi inkwistjoni u d-detentur tal-awtorizzazzjoni kellu jippreżenta rapport li fih kellu jirfina d-deskrizzjoni tal-użu awtorizzati bbażata fuq l-alternattivi pprovduti mill-utenti downstream tiegħu, kienu prova li l-eżami mill-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ alternattivi kien għadu mhux konkluż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, dawn il-konstatazzjonijiet ma humiex ivvizzjati minn żball ta’ liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109.</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH, in-nuqqas ta’ alternattivi adatti hija kundizzjoni minn qabel għall-awtorizzazzjoni mogħtija skont din id-dispożizzjoni u għalhekk l-evalwazzjoni ta’ dan ir-rekwiżit għandha tkun tlestiet qabel it-teħid tad-deċiżjoni kontenzjuża. Għalkemm ir-Regolament REACH jeżiġi, b’mod ġenerali, li l-kundizzjonijiet ikunu imposti fuq l-awtorizzazzjonijiet (ara l-punt 13 ta’ dawn il-konklużjonijiet) u ma jidhirx li jeskludi, kif tirrileva<?PAGE NO="20"?> l-Kummissjoni, il-limitazzjoni tal-portata tal-awtorizzazzjoni permezz ta’ kriterji oġġettivi, mill-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH jirriżulta li l-Kummissjoni ma tistax tissuġġetta awtorizzazzjoni għal kundizzjonijiet li hija obbligata tevalwa skont din id-dispożizzjoni. Kif il-Qorti Ġenerali, ġustament fil-fehma tiegħi, iddeċidiet fil-punti 82 u 83 tas-sentenza appellata, il-possibbiltà li jiġu marbuta kundizzjonijiet ma’ awtorizzazzjoni ma tistax b’mod partikolari tintuża bħala mezz li jippermetti lill-Kummissjoni tħalli miftuħa l-kwistjoni dwar jekk ir-rekwiżiti tal-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH humiex issodisfatti jew sabiex tirrimedja l-irregolaritajiet fl-evalwazzjoni li hija għandha twettaq skont din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110.</NO.P><TXT>Konsegwentement, jidhirli li l-Kummissjoni ma tistax, skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH, tissuġġetta awtorizzazzjoni għar-rekwiżit li ma jkun hemmx hemm alternattiva adatta għal sustanza partikolari, li huwa rifless fil-kundizzjoni fl-Artikolu 1(1) u (2) tad-deċiżjoni kontenzjuża li l-prestazzjoni għandha tkun teknikament vijabbli biss permezz tal-użu tas-sustanzi inkwistjoni u li din il-prestazzjoni hija neċessarja għall-użu previst (ara l-punt 26 ta’ dawn il-konklużjonijiet). Fil-fehma tiegħi, din il-kundizzjoni tħalli, essenzjalment, lid-detentur tal-awtorizzazzjoni u lill-utenti downstream tiegħu jiddeċiedu huma stess jekk hemmx alternattiva adatta. Għaldaqstant, kif iddeċidiet ġustament il-Qorti Ġenerali, din il-kundizzjoni timplika li l-Kummissjoni ma wettqitx l-evalwazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111.</NO.P><TXT>Jiena naqbel ukoll mal-qari li l-Qorti Ġenerali għamlet tal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 1(3)(d) u (e) tad-deċiżjoni kontenzjuża. L-Artikolu 1(3)(d) ta’ din id-deċiżjoni jobbliga b’mod partikolari lill-utenti downstream jipprovdu informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta’ alternattivi u jiġġustifikaw in-neċessità li jintużaw is-sustanzi inkwistjoni, filwaqt li l-Artikolu 1(3)(e) ta’ din id-deċiżjoni jobbliga lid-detentur tal-awtorizzazzjoni jirrapporta dwar din l-informazzjoni ppreżentata mill-utenti downstream tiegħu u jirfina d-deskrizzjoni tal-użi awtorizzati abbażi ta’ din l-informazzjoni (ara l-punti 27 u 28 ta’ dawn il-konklużjonijiet). Fil-fehma tiegħi, dawn il-kundizzjonijiet, essenzjalment, ifissru li jitolbu lid-detentur tal-awtorizzazzjoni u lill-utenti downstream tiegħu sabiex jipprovdu informazzjoni intiża għall-evalwazzjoni tan-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ alternattivi għall-użi tas-sustanzi inkwistjoni wara li dan l-użu jkun ġie awtorizzat mill-Kummissjoni. Għalhekk, jidhirli li din il-kundizzjoni tindika wkoll li l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ alternattivi ma kinitx tlestiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112.</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li jistgħu jinsiltu konklużjonijiet simili fir-rigward tal-Artikolu 3(b) tad-deċiżjoni kontenzjuża, li jippreċiża li, fuq talba tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat, l-utenti downstream tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għandhom jiġġustifikaw ir-raġunijiet li għalihom japplikaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 1(1) u (2) ta’ din id-deċiżjoni u għaliex il-parametri ta’ prestazzjoni huma neċessarji għall-użu previst (ara l-punt 29 ta’ dawn il-konklużjonijiet). Fil-fehma tiegħi, dan jipprevedi, essenzjalment, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jivverifikaw jekk l-utenti downstream iddeterminawx korrettament li ma jeżistux alternattivi adatti għall-użi tas-sustanzi inkwistjoni. Għalhekk, jista’ jitqies li jiġi ssostanzjat iktar li l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ alternattivi ma kinitx konkluża. Kuntrarjament għal dak li ssostni l-Kummissjoni, ma hemm xejn li jissuġġerixxi, mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament REACH dwar ir-rwol tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni u fl-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, li huma jistgħu jwettqu kompiti li jaqgħu taħt l-obbligu ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, nipproponi li t-tielet aggravju jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="21"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">D.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-raba’ aggravju (dwar iż-żamma tal-effetti tad-deċiżjoni kontenzjuża)</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Sunt tal-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114.</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ aggravju, ippreżentat sussidjarjament, il-Kummissjoni, sostnuta b’mod ġenerali mill-ECHA, targumenta li l-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata, li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali rrifjutat li żżomm l-effetti tad-deċiżjoni kontenzjuża, huwa bbażat fuq żball ta’ liġi manifest fil-punt 112 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115.</NO.P><TXT>L-ewwel, il-Kummissjoni ssostni li l-punt 112 tas-sentenza appellata huwa bbażat fuq premessa żbaljata – li hija tammetti li sar ukoll fis-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali – li l-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża jirriżulta fi projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq tas-sustanzi inkwistjoni. Fil-fehma tagħha, l-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża għandu l-effett li jistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni legali eżistenti qabel l-adozzjoni tagħha, li jimplika li, fid-dawl tar-regoli tranżitorji stabbiliti fl-Artikolu 56(1)(d) tar-Regolament REACH, is-sustanzi inkwistjoni jistgħu jkomplu jintużaw u jitqiegħdu fis-suq mill-applikant u l-utenti downstream tiegħu għall-użi mitluba sakemm il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni ġdida dwar l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116.</NO.P><TXT>It-tieni, il-Kummissjoni ssostni li l-effett immedjat tal-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża jippreżenta riskju sinjifikattivament ogħla għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent, peress li s-sustanzi inkwistjoni jistgħu jintużaw u jitqiegħdu fis-suq mingħajr ma jkunu suġġetti għall-kundizzjonijiet u għal-limitazzjonijiet previsti mid-deċiżjoni kontenzjuża. Għaldaqstant, hija tqis li, anki jekk l-aggravji l-oħra jiġu miċħuda, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tannulla l-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata u żżomm l-effetti tad-deċiżjoni kontenzjuża sakemm dan jiġi ssostitwit b’deċiżjoni ġdida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117.</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Isvezja, sostnut mir-Renju tad-Danimarka u r-Repubblika tal-Finlandja, jikkontesta ir-raba’ aggravju bħala infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118.</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Isvezja, flimkien mar-Repubblika tal-Finlandja, isostni li, għalkemm l-effetti tal-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża huma differenti minn dawk previsti mill-Qorti Ġenerali, iċ-ċaħda minnha tat-talba tal-Kummissjoni hija fondata, għaliex il-kundizzjonijiet għaż-żamma tal-effetti tad-deċiżjoni kontenzjuża ma humiex issodisfatti. B’mod partikolari, dawk l-Istati Membri jaffermaw li l-annullament ta’ din id-deċiżjoni ma jwassalx għal konsegwenzi gravi għal DCC Maastricht, peress li hija tista’ tkompli tikkummerċjalizza s-sustanzi inkwistjoni għall-użu mitlub sakemm il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni ġdida. Huwa ma joħloqx riskji wkoll għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent, minħabba li hemm regoli tal-UE fis-seħħ sabiex jipproteġu lill-ħaddiema mill-espożizzjoni għas-sustanzi inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Dawk l-Istati Membri jirreferu, f’dan ir-rigward, għad-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad‑<DATE ISO="19921019">19 ta’ Ottubru 1992</DATE> dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 110); għad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas‑<DATE ISO="19980407">7 ta’ April 1998</DATE> dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x’jaqsmu ma’ l-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (l-erbatax‑il Direttiva individwali fit-tifsira ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 279); u għad-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati ma’ l-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (Sitt Direttiva individwali fis-sens ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 35).</P></NOTE>. Il-Kummissjoni lanqas ma wriet li l-kwantitajiet awtorizzati mid-deċiżjoni kontenzjuża huma inqas minn dawk imsemmija fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="22"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119.</NO.P><TXT>Ir-Renju tad-Danimarka jargumenta li r-regoli tranżitorji fl-Artikolu 56(1)(d) tar-Regolament REACH jiskadu ladarba l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni tagħha u ma jistgħux jiġu stabbiliti mill-ġdid meta din id-deċiżjoni tkun annullata, bħal fil-każ preżenti, għaliex dan imur kontra l-għan li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent imfittex minn dan ir-regolament. Fil-fehma tagħha, din id-dispożizzjoni tistabbilixxi eċċezzjoni għall-projbizzjoni ġenerali ta’ użu u ta’ tqegħid fis-suq ta’ sustanzi ta’ tħassib serju ħafna u għalhekk għandu jiġi interpretat b’mod restrittiv.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Evalwazzjoni tar-raba’ aggravju</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120.</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ aggravju, ippreżentat sussidjarjament, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet it-talba tagħha għaż-żamma tal-effetti tad-deċiżjoni kontenzjuża. Hija titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tannulla l-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata u żżomm l-effetti tad-deċiżjoni kontenzjuża sakemm il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni ġdida dwar l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121.</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li jkun neċessarju li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar dan l-aggravju biss jekk tiċħad l-aggravji l-oħra u tikkonferma l-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża, kif nipproponi jien.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122.</NO.P><TXT>Qabelxejn nixtieq nindika li r-raba’ aggravju huwa fondat. Ir-raġunijiet li hija bbażata fuqhom din il-konklużjoni huma s-segwenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123.</NO.P><TXT>Għandu jiġi mfakkar li l-annullament ta’ att tal-Unjoni ġeneralment jirriżulta fl-eliminazzjoni tiegħu mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni mid-data meta dak l-att daħal fis-seħħ, jiġifieri, għandu effetti retroattivi (<HT TYPE="ITALIC">ex tunc</HT>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19880426">26 ta’ April 1988</DATE>, <NAME.CASE>Asteris <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>97/86, 99/86, 193/86 u 215/86</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:199">EU:C:1988:199</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>CELF u ministre de la Culture et de la Communication</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑199/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:79">EU:C:2008:79</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Madankollu, skont ġurisprudenza stabbilita, li ssemmiet fil-punti 109 sa 111 tas-sentenza appellata, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE jippermetti lill-qrati tal-Unjoni jtaffu l-effetti retroattivi tal-annullament billi jsostnu li huma jistgħu, jekk jidhrilhom li dan hu meħtieġ, jindikaw liema mill-effetti tal-att iddikjarat null għandhom jitqiesu bħala definittivi. Din id-dispożizzjoni ġiet interpretata, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, bħala li tippermetti, għal raġunijiet ta’ ċertezza legali kif ukoll għal raġunijiet intiżi li jipprevjenu degradazzjoni tal-politiki tal-Unjoni, bħal fl-oqsma tas-saħħa pubblika u tal-protezzjoni tal-ambjent, li jinżammu l-effetti ta’ att tal-Unjoni ddikjarat null sakemm l-istituzzjoni jew il-korp tal-Unjoni kkonċernat jadotta l-miżuri xierqa<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990225">25 ta’ Frar 1999</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑164/97 u C‑165/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:99">EU:C:1999:99</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150416">16 ta’ April 2015</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑317/13 u C‑679/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:223">EU:C:2015:223</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181213">13 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Ville de Paris, Ville de Bruxelles u Ayuntamiento de Madrid vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑339/16, T‑352/16 u T‑391/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:927">EU:T:2018:927</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0160">160</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għal diskussjoni ddettaljata, ara, pereżempju, Rosenkranz, F., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>Temporal Effects of CJEU Judgments<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, f’Riesenhuber, K. (ed.), European Legal Methodology, Intersentia, 2017, p. 561‑590.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124.</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punt 112 tas-sentenza appellata, li l-annullament b’effett immedjat tad-deċiżjoni kontenzjuża seta’ jwassal għal konsegwenzi negattivi serji għal DCC Maastricht, peress li hija ma tkunx iktar f’pożizzjoni li tikkummerċjalizza s-sustanzi kontenzjużi. Madankollu, hija enfasizzat li l-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża kien ibbażat fuq raġunijiet relatati mal-legalità fuq il-mertu tagħha. Hija ħadet il-fehma wkoll li ż-żamma tal-effetti ta’ din id-deċiżjoni ma kinitx kompatibbli mal-għan tar-Regolament REACH li jiġi żgurat livell għoli ta’ saħħa tal-bniedem u ta’ protezzjoni tal-ambjent. Fuq din il-bażi, il-Qorti Ġenerali rrifjutat, fil-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata, li żżomm l-effetti tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, il-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali fil-punt 112 tas-sentenza appellata hija vvizzjata bi żball ta’ liġi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="23"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126.</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkunsidrat li l-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża kellu l-effett li jmur lura għar-regoli tranżitorji stabbiliti fl-Artikolu 56(1)(d), moqri flimkien mal-Artikolu 58(1)(ċ)(ii) tar-Regolament REACH, li jindikaw li applikant jista’ jkompli jqiegħed is-sustanza inkwistjoni fis-suq għall-użi mitluba wara d-data tat-terminazzjoni sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, bil-kundizzjoni li din it-talba tkun tressqet fl-aħħar data tal-applikazzjoni għal sustanza elenkata fl-Anness XIV ta’ dan ir-regolament (ara l-punti 5, 6 u 12 ta’ dawn il-konklużjonijiet).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, DCC Maastricht, li applikat għal awtorizzazzjoni fit-terminu mogħti, ibbenefikat minn din is-sistema tranżitorja (ara l-punti 18, 19 u 23 ta’ dawn il-konklużjonijiet). Peress li l-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża kellu l-effett li jeħtieġ lill-Kummissjoni terġa’ tikkunsidra mill-ġdid l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, jidhirli li DCC Maastricht terġa’ tikseb il-benefiċċju ta’ dawk ir-regoli tranżitorji sakemm il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni ġdida dwar dik l-applikazzjoni. Kuntrarjament għal dak li jsostni r-Renju tad-Danimarka, ma hemm xejn li jissuġġerixxi mill-formulazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet li huma ma japplikawx fis-sitwazzjoni fejn deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni ġiet annullata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128.</NO.P><TXT>Għalhekk, jidhirli li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-punt 112 tas-sentenza appellata billi naqset milli tikkunsidra r-regoli tranżitorji fl-Artikoli 56(1)(d) u 58(1)(ċ)(ii) tar-Regolament REACH.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, huwa minnu li, skont il-ġurisprudenza stabbilita msemmija fil-punt 111 tas-sentenza appellata, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, l-effetti ta’ att tal-Unjoni ddikjarat null jistgħu jinżammu b’mod partikolari fejn il-legalità ta’ dak l-att hija kkontestata, mhux minħabba l-għan jew il-kontenut tiegħu, iżda minħabba raġunijiet ta’ nuqqas ta’ kompetenza jew ksur ta’ rekwiżit proċedurali essenzjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141126">26 ta’ Novembru 2014</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Parlament u Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑103/12 u C‑165/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2400">EU:C:2014:2400</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0090">90</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160728">28 ta’ Lulju 2016</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kunsill vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑660/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:616">EU:C:2016:616</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Madankollu, qari mill-qrib tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja juri li, filwaqt li dak l-element jista’ jitqies bħala ostakolu li jipprevjeni lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tiddeċiedi li l-effetti ta’ att tal-Unjoni jinżammu f’xi każijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151201">1 ta’ Diċembru 2015</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Parlament u Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑124/13 u C‑125/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:790">EU:C:2015:790</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0089">89</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160907">7 ta’ Settembru 2016</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Ġermanja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑113/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:635">EU:C:2016:635</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0084">84</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, f’oħrajn, il-Qorti tal-Ġustizzja żammet l-effetti ta’ att tal-Unjoni li ġie annullat għal raġunijiet relatati mal-legalità fuq il-mertu tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060907">7 ta’ Settembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Spanja vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑310/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:521">EU:C:2006:521</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0138">138</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0141">141</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, moqrija flimkien mal-punti 135 sa 137), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080903">3 ta’ Settembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Kadi u Al Barakaat International Foundation vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑402/05 P u C‑415/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:461">EU:C:2008:461</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0373">373</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0376">376</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, moqrija flimkien mal-punti 333 sa 372).</P></NOTE>. Għalhekk, jidher li, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja sal-lum, dan l-element ma huwiex rekwiżit li jrid jiġi ssodisfatt f’kull każ, iżda jiddependi mis-sitwazzjoni partikolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, ma jistax jiġi eskluż, fiċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, li ċ-ċaħda tat-talba tal-Kummissjoni li jinżammu l-effetti tad-deċiżjoni kontenzjuża tippreżenta riskji għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Kuntrarjament għall-argumenti mressqa mir-Repubblika tal-Finlandja u mir-Renju tal-Isvezja, id-deċiżjoni kontenzjuża tistabbilixxi kundizzjonijiet u limitazzjonijiet li jirrestrinġu, effettivament, l-użu tas-sustanzi inkwistjoni barra mir-regoli tal-Unjoni li jipproteġu lill-ħaddiema mill-espożizzjoni l dawk is-sustanzi inkwistjoni msemmija fil-punt 118 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Dan jinkludi, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, il-programm speċifiku dwar it-tagħmir ta’ protezzjoni personali u t-taħriġ tal-ħaddiema msemmija fl-Artikolu 1(3)(b) u fil-premessa 10 tad-deċiżjoni kontenzjuża, kif ukoll il-limiti ta’ tunnellaġġ annwali, imsemmija fl-Artikolu 1(3)(c) u fil-premessa 13 tal-imsemmija deċiżjoni, sabiex jiġi żgurat li l-kwantitajiet tas-sustanzi inkwistjoni ma jeċċedux dawk indikati fl-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni. Barra minn hekk, it-termini limitati ta’ reviżjoni previsti fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kontenzjuża jiġu mħassra<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara, f’dan ir-rigward, id-digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191121">21 ta’ Novembru 2019</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs L‑Isvezja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑389/19 P‑R</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1007">EU:C:2019:1007</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għalhekk, fil-kuntest tal-bilanċ, iż-żamma tal-effetti tad-deċiżjoni kontenzjuża hija preferibbli għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="24"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131.</NO.P><TXT>Nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tannulla l-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata u tordna ż-żamma tal-effetti tad-deċiżjoni kontenzjuża sakemm il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni ġdida dwar l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VII.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Spejjeż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura, meta l-appell ikun infondat jew meta l-appell ikun fondat u l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti sentenza definittiva hija stess, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. Skont l-Artikolu 138(3) ta’ dawn ir-regoli, li japplika għall-appell abbażi tal-Artikolu 184(1) tagħhom, fejn kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha jekk il-partijiet jitilfu rispettivament fuq waħda jew iktar mit-talbiet tagħhom. Madankollu, jekk fiċ-ċirkustanzi tal-kawża jkun jidher ġustifikat, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi li parti għandha, minbarra li tbati l-ispejjeż tagħha, tħallas parti mill-ispejjeż tal-parti l-oħra. Peress li l-Kummissjoni rebħet biss fir-rigward tat-talbiet sussidjarji tagħha, jidher li huwa raġonevoli li l-Kummissjoni tbati erba’ partijiet minn ħamsa tal-ispejjeż sostnuti mir-Renju tal-Isvezja, filwaqt li r-Renju tal-Isvezja għandu jbati parti minn ħamsa tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 140(1) tar-Regoli tal-Proċedura, li japplika għall-appelli skont l-Artikolu 184(1) tagħhom, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jintervjenu fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess. Skont l-Artikolu 184(4) ta’ dawn ir-regoli, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi li intervenjent fl-ewwel istanza li jipparteċipa fl-appell għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess. Għalhekk, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika tal-Finlandja, il-Parlament u l-ECHA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VIII.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0134"><NO.P>134.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla l-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190307">7 ta’ Marzu 2019</DATE>, L‑<NAME.CASE>Isvezja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑837/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:144">EU:T:2019:144</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>);</P></ITEM><ITEM><P>tiċħad il-kumplament tal-appell;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tbati erba’ partijiet minn ħamsa tal-ispejjeż tagħha stess u tbati erba’ partijiet minn ħamsa tal-ispejjeż sostnuti mir-Renju tal-Isvezja;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-Renju tal-Isvezja jbati parti minn ħamsa tal-ispejjeż tiegħu stess u parti minn ħamsa tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea; u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-Renju tad-Danimarka, lir-Repubblika tal-Finlandja, lill-Parlament Ewropew u lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi jbatu l-ispejjeż tagħhom stess.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>