30.5.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

156


L-AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2004/565/PESK

tas-26 ta' Lulju 2004

li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea f'dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u li temenda l-Azzjoni Konġunta 2003/870/PESK

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-8 ta' Diċembru 2003, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġuna 2003/870/PESK (1) li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea f'Dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

(2)

Fis-26 ta' Jannar 2004, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2004/86/PESK (2) li taħtar lis-Sur Søren JESSEN-PETERSEN bħala r-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea f'Dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, li l-mandat tiegħu jiskadi fil-31 ta' Lulju 2004.

(3)

Fit-12 ta' Lulju 2004, il-Kunsill qabel li jaħtar lis-Sur Michael SAHLIN bħala r-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea (EUSR) l-ġdid f'Dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, biex jissostitwixxi lis-Sur Søren JESSEN-PETERSEN.

(4)

L-Azzjoni Konġunta 2003/870/PESK għandha tiġi emendata kif xieraq.

(5)

L-EUSR ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tmur għall-agħar u li tista' tagħmel ħsara għall-objettivi tal-PESK kif stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 ta' l-Azzjoni Konġunta 2003/870/PESK qiegħed hawn jiġi sostitwit bis-segwenti:

“Artikolu 1

Is-Sur Michael SAHLIN qed jiġi maħtur Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea f'dik li Qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja mill-1 ta' Awwissu 2004 sat-28 ta' Frar 2005.”

Artikolu 2

L-Artikolu 5, paragrafu 1 ta' l-Azzjoni Konġunta 2003/870/PESK qiegħed hawn jiġi sostitwit bis-segwenti:

“1.   L-ammont finanzjarju ta' referenza maħsub sabiex ikopri l-ispiża relatata mal-mandat ta' l-EUSR għandu jkun ta' EUR 530 000. L-ispiża għandha tkun eleġibbli sa' mill-1 ta' Awwissu 2004.”

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Awwissu 2004.

Artikolu 4

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, nhar is-26 ta' Lulju 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

B. BOT


(1)   ĠU L 326, tat-13.12.2003, p. 39.

(2)   ĠU L 21, tat-28.1.2004, p. 30.