31996D0298



Official Journal L 114 , 08/05/1996 P. 0033 - 0034


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-23 ta’ Frar 1996

li temenda d-Deċiżjoni 94/984/KE li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikati veterinarji għall-importazzjoni ta’ laħam tat-tjur frisk minn ċerti pajjiżi terzi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(96/298/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/494/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1991 fuq il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ laħam tat-tjur frisk [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 93/121/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 11, il-paragrafu 1 tagħha,

Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/984/KE [3], kif emendata bid-Deċiżjoni 95/302/KE [4], tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikati veterinarji għall-importazzjoni ta’ laħam frisk tat-tjur minn ċerti pajjiżi terzi;

Billi issa huwa possibbli li tkun riveduta l-lista ta’ pajjiżi billi jkunu inklużi l-Arġentina, il-Bulgarija, il-Lituwanja, il-Madagaskar u l-Islovenja u li jitwaqqaf ir-reġjonalizzazzjoni għaċ-Ċina, skond l-informazzjoni li tkun waslet minn dawn il-pajjiżi, f’ċerti każijiet kompluta bir-riżultati ta’ spezzjonijiet fuq il-post li jkunu saru mis-servizzi tal-Kummissjoni; billi, iżda, il-Madagaskar jista’ jkun biss konformi mall-kriterji tal-mudell A dwar il-fwied tal-wiżża u l-papra;

Billi għandu jkun ipprovdut ċertu dewmien għal dawn il-bidliet biex l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jkunu jistgħu jimplimentaw din id-Deċiżjoni; billi huwa meħtieġ dewmien ieħor għall-importazzjonijiet miċ-Ċina, minħabba r-reġjonalizzazzjoni ta’ dan il-pajjiż;

Billi t-Titolu tad-Deċiżjoni jeħtieġ jitwessa’ b’mod ġenerali għall-pajjiżi terzi, waqt li r-riferenza lejn ċerti pajjiżi terzi għandha titħassar;

Billi l-miżuri li hemm f’din id-Deċiżjoni huma b’mod konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/984/KE tiġi emendata kif ġej:

1. Fit-Titolu, il-kelma "ċerti" għandha titħassar;

2. L-Anness I jinbidel bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tkun tapplika mill-1 ta’ Marzu 1996.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-23 ta’ Frar 1996.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, tal-24.9.1991, p. 35.

[2] ĠU L 340, tal-31.12.1993, p. 39.

[3] ĠU L 378, tal-31.12.1994, p. 11.

[4] ĠU L 185, ta’ l-4.8.1995, p. 50.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

Anness I

Pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi li huma awtorizzati jużaw ċ-ċertifikati stabbiliti fl-Anness II għall-importazzjoni ta’ laħam frisk tat-tjur fil-Komunità

Nota:

il-karattri A u B jirreferu għall-mudell stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness II.

Kodiċi ISO | Pajjiż | Parti mit-Territorju | Mudell li għandu jintuża |

AR | L-Arġentina | | B |

AU | L-Awstralja | | A |

BG | Il-Bulgarija | | A |

BR-1 | Il-Brażil | L-Istati ta' Rio Grande do Sul, Santa Catarina, Parana, Sao Paolo, u Mato Grosso do Sul | A |

CA | Il-Kanada | | A |

CH | L-Isvizzera | | A |

CL | Iċ-Ċili | | A |

CN | Iċ-Ċina | Il-Muniċipalità ta' Shanghai esklużi l-kontea ta' Chongming u d-distretti ta' Weifang, Linyi, u Quingdao fil-Provinċja ta' Shangdong | B |

CY | Ċipru | | A |

CZ | Ir-Repubblika Ċeka | | A |

HR | Il-Kroazja | Il-provinċji ta' Zagrebacka, Krapsinko-Zagorska, Varazdinska, Koprivnicko-Krizevacka, Bjelovarsko-Bilogorska, Primorsko-Goranska, Viroviticko-Podravska, Pozesko-Slavonska, Istarska, Medimurska, Grad Zagreb | A |

HU | L-Ungerija | | A |

IL | L-Iżrael | | A |

LI | Il-Litwanja | | A |

MG | Il-Madagaskar | | A |

NZ | New Zealand | | A |

PL | Il-Polonja | | A |

RO | Ir-Rumanija | | A |

SI | L-Islovenja | | A |

SK | Is-Slovakkja | | A |

TH | It-Tajlandja | | B |

US | L-Istati Uniti ta' l-Amerika | | A |

"

--------------------------------------------------